Għall-ħabta tas-sebgħa ta’ dalgħodu l-Pulizija ta’ Birżebbuġa ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza tagħha ġewwa l-power station ta’ Delimara minħabba raġel li waqa’ minn għoli.

Għall-ħabta tas-sebgħa ta’ dalgħodu l-Pulizija ta’ Birżebbuġa ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza tagħha ġewwa l-power station ta’ Delimara minħabba raġel li waqa’ minn għoli.
Ħaddiem indarab b’mod serju waqt li kien qed iwettaq xogħolu fil-Manikata, għal ħabta tas-07:15 ta’ dalgħodu.
L-ewwel indikazzjonijiet huma li r-raġel indarab serjament wara li waqa’ bejn bini u blat, f’post dejjaq ħafna. Kienet operazzjoni diffiċli biex dan seta’ ttella’ minn fejn kien.
Il-Gvern Nazzjonalista nefaq kważi €425,000 f’konsulenzi u ħidma relatata mal-proġett tal-Corporate Village li kellu jsir fl-Imrieħel – proġett li qatt ma qabad art.
Ma kienx biss il-kardjologu u Professur Albert Fenech li ħareġ jitkellem dwar kemm hu importanti l-investiment fil-qasam tas-saħħa bi sħubija bejn il-gvern u l-privat u li ma ddejjaq xejn isir parti minnu. Tkellem dwar dan ukoll il-Professur Mark Brincat
Michael Vassallo huwa persuna b’diżabilità li snin ilu weġġa’ waqt attività tal-festa fis-Siġġiewi. Kif jidher fil-filmat, kien mistieden biex jinawgura sala ġdida ta’ €80,000 flimkien mal-Prim Ministru u l-President tas-Socjetà. Grazzi għal din is-sala u dan il-proġett, Michael jista’ wkoll ikun fiċ-ċentru ta’ din is-socjetà. Aqra aktar
Il-Perit Ruben Abela huwa l-Kap Eżekuttiv tal-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi. Huwa kien jaħdem fl-Awtorità tal-Ippjanar kif ukoll f’Heritage Malta.
Il-ħatra tiegħu tħabbret ilbieraħ filgħaxija mill-Ministru Josè Herrera waqt li kien qed jagħlaq id-diskussjoni dwar l-estimi ta’ dħul u nfiq tal-awtorità għas-sena finanzjarja 2016. Din l-awtorità hija aġenzija li tieħu ħsieb l-ambjent u nħolqot wara li l-gvern fired l-ambjent mill-ippjanar skont il-manifest elettorali.
Id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili ser jiżdiedulu r-responsabbiltajiet tiegħu hekk kif il-kabinett iddeċieda li dan id-Dipartiment ikun responsabbli mir-regolizazzjoni u l-leġiżlazzjoni tan-nar f’pajjizna u b’hekk ser ikun qed isservi ta’ awtorità u kif ukoll jieħu ħsieb is-sigurtà fl-attivitajiet pubbliċi u tal-massa.
Ħabbar dan il-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali Carmelo Abela waqt it-tieni sessjoni ta’ Gvern li Jisma’. Aqra aktar
“Kellu bżonn isib ftit sens komun il-Kap tal-Oppożizzjoni, f’każijiet li għandu jiġru ma’ saqajh, bħal dak li llum huwa ppruvat anke mill-Qorti, ta’ pressjoni illeċita fuq ħaddiema tal-Gvern minn Deputat tal-Partit Nazzjonalista.”
20:22: Ninsabu informati li l-ajruplan kien qieghed fl-ispazju tal-ajru Malti, mingħajr ma kienu mgħarrfa l-awtoritajiet kif suppost jiġri ladarba ajruplan jidħol fl-ispazzju tal-ajru Malti.
19.52: Fuq l-ajruplan, ‘Ultra Light Aircraft’ u reġistrat l-Italja, kien hemm żewġ persuni ta’ nazzjonalità Taljana. Infurmati li ż-żewġ persuni ma sofrewx ġrieħi.
Mill-informazzjoni li għandna jidher li l-ewwel għajnuna ngħatat minn persuni li kienu bid-dgħajsa tagħhom fil-viċinanzi.
Aqra aktar
Fl-okkażjoni ta’ Jum ir-Refugjati għal din is sena, bħalissa għaddej talb interreliġjuż għar- refuġjati u vittmi tal-gwerra fuq il-bejt ta’ Dar l-Emigrant fil-Belt Valletta.
Qed jinqraw silti kemm mill-Evanġelju mill-Bibbja, u kif ukoll mill-Koran.
Fost dawk preżenti hemm l-Arċisqof Emeritus Pawlu Cremona, Patri Dijonisju Mintoff u l-IMAM.
Send this to a friend