Lokali – Page 4112 – One News

Notifiki

Tbassir pożittiv fuq l-ekonomija mill-Bank Ċentrali

Skont il-Bank Ċentrali ta’ Malta, din is-sena l-ekonomija ta’ pajjiżna se tikber b’4.9%.

Dan huwa kważi żewġ punti perċentwali aktar, jew darba u nofs, ir-rata ta’ tkabbir li sa sena ilu l-Bank Ċentrali kien qiegħed ibassar għall-2016. It-tbassir tal-Bank Ċentrali jiżboq sewwa dak magħmul mill-Gvern u minn aġenziji internazzjonali.Aqra aktar

Paceville: ebda applikazzjoni barra l-pjan lokali mhi se tkun proċessata

 

L-ebda applikazzjoni li llum ma taqax taħt il-pjan lokali eżisteni mhi se tiġi proċessata mill-Awtorità tal-Ippjanar qabel ma jiġi konkluż pjan lokali parzjali ġdid u master plan għall-inħawi ta’ Paceville.

Dan ħabbru l-Ministru Edward Zammit Lewis meta kien qed iwieġeb lid-deputat indipendenti Marlene Farrugia waqt laqgħa tal-Kumitat dwar ix-Xogħol tal-Kamra.

Farrugia staqsiet meta se tiġi diskussa l-mozzjoni tagħha dwar moratorium dwar proġetti kbar. Il-Gvern qal li, għalkemm ma jaqbilx mal-mozzjoni kif inhija imfassla, hemm punti li hemm konverġenza dwarhom, li bħalissa qed jiġu indirizzati permezz tal-ħidma tal-Gvern stess u tal-Awtorità tal-Ippjanar.

Aqra aktar

Ġewwa b’differenza

Il-Kap Eżekuttiv tal-kumpanija Ryanair, Michael O’ Leary, ħeġġeġ in-nies tar-Renju Unit biex jibqgħu fl-Unjoni Ewropea. O’ Leary għamel dan bi ftit kulur u differenza. Ir-ritratti jitkellmu waħedhom.

Aqra aktar

Binja ġdida għall-Aġenzija tal-Pagamenti Rurali

Ġiet inawgurata l-binja l-ġdida tal-Aġenzija tal-Pagamenti Rurali, b’investiment ta’ madwar miljun ewro. Dan huwa pass ieħor importanti fit-twettiq tal-Politika Agrikola Komuni.

L-aġenzija hija responsabbli direttament mal-Unjoni Ewropea għal ħlasijiet tal-fondi Ewropej li jirrigwardjaw l-miżuri kollha tal-bdiewa, bl-ogħla livell ta’ governanza tajba meħtieġa.

Aqra aktar

Tmien saċerdoti ġodda

Tmien djakni saru saċerdoti. L-ordinazzjoni ta’ dawn iż-żgħażagħ se ssir nhar l-Erbgħa 29 ta’ Ġunju 2016, fil-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta. Il-Quddiesa tibda fis-6:00 p.m. It-tmien djakni li ser jiġu ordnati saċerdoti huma:

Aqra aktar

Send this to a friend