Lokali – Page 4110 – One News

Notifiki

ĠIMGĦA WARA: Busuttil bl-ebda deċiżjoni fuq Toni Bezzina

Aktar minn ġimgha wara deċiżjoni tal-Qorti fil-konfront tad-Deputat Nazzjonalista Toni Bezzina jidher li mhux se jkun hemm azzjoni mill-kap nazzjonalista Simon Busuttil fil-konfront ta’ Bezzina.

Waqt konferenza tal-aħbarijiet, id-Deputat Mexxej Chris Cardona qal li l-aġir ta’ Simon Busuttil qed jikkontradixxi d-dokument dwar l-istandards li ħareġ bih l-Partit Nazzjonalista f’Diċembru li ghaddha.

Iżda minflok jimxi skont dan id-dokument, Busuttil li jilgħaba taċ-champion tal-good governance qed jagħżel li ma jieħux azzjoni u jaġixxi b’double standards.

Aqra aktar

Jibdew xogħlijiet fuq il-libsa l-ġdida tas-Suq tal-Belt

 

Ftit tal-jiem ilu bdew ix-xogħlijiet fis-Suq tal-Belt bil-għan li jingħata ħajja ġdida. Dan il-proġett, li mistenni jsir mill-privat b’investiment ta’ €10 miljun, se jitlesta sal-aħħar tas-sena d-dieħla.

Il-Perit tal-proġett, il-Professur Marco Casamonti, spjega li l-binja se tinqasam f’tliet partijiet: il-parti fejn se jkun hemm is-suq, it-terran fejn jisserva l-ikel u l-parti ta’ fuq bħala spazju ta’ mistireħ. Dan tal-aħħar ser jintuża għall-affarjiet kulturali. Jemmen li din ir-rinovazzjoni se tagħmel din iż-żona aktar popolari mat-turist. B’dan il-proġett mistenni jgħaqqad il-passat, il-preżent u l-futur.Aqra aktar

Studenti tal-ITS iħallu xtutna biex jistudjaw

In-numru rekord ta’ 193 student mill-Istitut għall-Istudji Turistiċi, bdew vjaġġ ta’ sena li eventwalment għandu jwassalhom għal karriera fl-industrija tat-turiżmu u l-ospitalità.

Dan meta ftit ħin ilu qabdu ajruplan li se jimmarka l-bidu ta’ internship internazzjonali ta’ tnax –il xahar f’pajjiżi differenti madwar id-dinja.

L-istudenti għal din l-ischolarship, bl-iżgħar wieħed ikollu tmintax –il sena, qegħdin f’fażi li jiffinalizzaw id-Diplomas f’dixxiplini differenti fis-settur turistiku fl-ITS.Aqra aktar

Aktar nisa favur il-Morning After Pill

Il-konfederazzjoni tal-organizzazzjonijiet tan-nisa hija favur l-Morning After Pill. Dan qaluh fi stqarrija fen qalu li l-Morning After Pill tipprevjeni tqala li l-ommijiet ma jkunux iridu. Wara l-kunsiderazzjoni li hemm numru oħra ta’ kontraċettivi , bħal COIL, l-MCWO qalet li n-nisa għandu jkollhom dritt għal aktar tipi ta’ kontraċezzjoni.Aqra aktar

Vann b’scanner għad-Dwana

Il-Ministru għall-Finanzi Edward Scicluna ppreżenta vann lid-Dipartiment tad-Dwana. Din il-vettura hija mgħammra b’scanner u se tkompli tiffaċilità x-xogħol tad-dwana.

Dan il-vann, b’valur ta’ miljun ewro, huwa kofinanzjat mill-Fondi Ewropej.

Il-Ħamis filgħodu nħatru seba’ rekluti ġodda mad-Dipartiment tad-Dwana.Aqra aktar

L-obeżità minn ta’ quddiem fil-Presidenza

F’laqgħa bejn il-Kummissarju Ewropew għas-Saħħa u s-Sigurtà tal-Ikel Vytenis Andriukaitis u l-Ministru għas-Saħħa Malti Chris Fearne, qed tiġi diskussa fost l-oħrajn l-obeżità, b’mod partikolari fost it-tfal.

Il-Ministru Chris Fearne tkellem dwar il-prioritajiet ta’ Malta fil-qasam tas-saħħa għall-ewwel sitt xhur tal-2017 proprju meta Malta se jkollha f’idejha l-Presidenza Ewropea.

Il-Ministru jittama li l-Presidenza sservi ta’ sisien biex din il-problema tkompli tkun indirizzata.Aqra aktar

Sfurzata tħalli lil binha ta’ erba’ snin warajha f’Malta

Omm qed tgħid li kienet sfurzata tħalli lil binha ta’ erba’ snin elf u ħames mitt mil ’il bogħod f’Malta wara li tellgħet kontijiet ta’ £25, 000 lira waqt battalja għall-kustodja.

Mirror irrappurtat li Janice Dunn, ta’ 42 sena qattgħet disa’ xhur tgħix f’lukanda fis-Swieqi wara li kienet ordnata tmur lura f’pajjiżha f’Settembru wara akkużi li ħatfet lil binha, Frazer.

Aqra aktar

Send this to a friend