Lokali – Page 4109 – One News

Notifiki

“Aħna preparati” – Joseph Muscat

“Se noqgħod fuq li qed jgħidu s-swieq Ewropej. Matul il-ġurnata għalqu b’mod pożittiv. L-isterlina qed tagħlaq fl-ogħla livell fl-aħħar xhur. Indikazzjonijiet ċari favur li r-Renju Unit se jibqa’ fl-Unjoni Ewropea, iżda din tibqa’ spekulazzjoni.”

Aqra aktar

Żmien ta’ sfida għall-UE – Grech

Id-Deputat Prim Ministru, Louis Grech, iddikjara li dan huwa żmien ta’ sfida għall-Unjoni Ewropea. Dan f’wieħed minn diversi kummenti minn tiegħu li qed jixxandru bħalissa fi programm speċjali li għaddejja fuq ONE. Grech iddikjara dan fil-kumment li jidher hawn taħt fejn stqarr li ħafna pajjiżi jistgħu jitħajru mir-Renju Unit. Iktar reazzjonijiet live fuq ONE.

Aqra aktar

Ħidma biex ikollna WI-FI State … s’issa 250 hotspot

Illum komplew is-sessjonijiet ta’ Gvern li Jisma’, bir-raba’ sessjoni kienet indirizzata mill-Ministru għall-Kompetittività u l-Ekonomija Marittima u tas-Servizzi Manuel Mallia.
Huwa spjega kif dan il-Ministeru huwa mutur li qed imexxi l-ekonomija, dan għaliex jgħaqqad il-komponenti kollha li jagħtu l-ispinta biex setturi tant importanti f’pajjiżna jkunu jistgħu jimxu ’l quddiem fosthom il-komunikazzjoni.

Aqra aktar

Itajjar żagħżugħ u jibqa’ sejjer… Isuq ukoll fuq il-Pulizija

Ġuvni ta’ 24 sena ttajjar minn karozza li baqgħat sejra. Il-każ seħħ fi Triq l-Ibraġġ, is-Swieqi.

Il-Pulizija mir-Rapid Intervention Unit għamlu diversi rondi wara informazzjoni li ġiet mogħtija dwar min seta’ kien involut fl-inċident.

Intant, team mediku kien qiegħed jassisti liż-żagħżugħ.  Huwa ġie meħud l-Isptar Mater Dei għall-kura medika.Aqra aktar

Miżuri ġodda ta’ sigurtà għall-Isle of MTV

Fadal inqas minn ġimgħa għall-appuntament annwali tal-Isle of MTV u l-preparamenti fuq il-fossos tal-Furjana għaddejjin ġmielhom. Edward Zammit mill-Awtorita Maltija għat-Turiżmu stqarr magħna li sa nhar is-Sibt il-pjanijiet li ilhom xhur jitħejjew se jieħdu l-ħajja.

Minkejja li l-istruttura ġenerali tal-palk se tibqa’ l-istess bħal ta’ snin preċedenti, dawk li se jattendu Isle of MTV din is-sena se jesperjenzaw show bid-dwal bla preċedent.Aqra aktar

B’servizz speċjali għall-Isle of MTV

Bil-għan li tiffaċilità l-ivvjaġġar għall-għaxar edizzjoni tal-Isle of MTV, il-Malta Public Transport se tkun qed topera b’12-il rotta speċjali matul il-lejl tat-28 ta’ Ġunju li ġej.

Il-Malta Public Transport ħabbret li se tkun qed topera b’dawn ir-rotot. Aqra aktar

Aġġornat: Salvat bil-ħelikopter wara li waqa’ minn irdum

16:57 Minn informazzjoni li ksibna minn fuq il-post nistgħu nikkonfermaw li r-raġel huwa ta’ nazzjonalità Taljana u waqa’ għoli ta’ madwar seba’ sulari. Il-kundizzjoni tal-persuna għadha mhix magħrufa.

16:20 Ħelikopter tal-Forzi Armata niżel mal-irdum bil-għan li jtella’ l-ferut li jidher li għadu konxju. Fuq il-post hemm ambulanza li mistennija tiġbor il-vittma biex tieħdu l-Isptar Mater Dei għall-kura.

Aktar qabel: Għaddejja ħidma mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili u l-Pulizija biex ikun assistit raġel ferut fil-Mistra. Dan wara li mill-ewwel tagħrif li għandna waqa’ xi ġebel fuqu. Jirriżulta li għalkemm ir-raġel jinsab konxju qiegħed f’post li l-aċċess għalih huwa diffiċli u għalhekk intalbet l-assistenza tal-Forzi Armati ta’ Malta.Aqra aktar

Send this to a friend