Lokali – Page 4108 – One News

Notifiki

Il-maġġoranza tal-istudenti Maltin kuntenti bis-sistema ko-edukattiva

Studju li għamel il-Ministeru għall-Edukazzjoni juri biċ-ċar li l- maġġoranza tal-istudenti Maltin huma kuntenti bis-sistema ko-edukattiva f’Malta. Fl-Istess waqt l-għalliem saħħqu li draw din is-sistema u kuntenti bil-mod kif l-istudenti qed jirrispondu għaliha.

Dan kollu ntqal waqt konferenza stampa l-Ġimgħa filgħodu li sejjaħ il-Ministru għall-Edukazzjoni Evarist Bartolo.

Aqra aktar

Brasos?! Asos mhux jaħdem

Is-sit elettroniku Asos mhux jiffunzjona kif jagħmel issoltu. Mhux magħruf jekk dan hux riżultat tal-inċertezza ekonomika fl-Ingilterra wara li l-poplu vvota biex joħroġ mill-Unjoni Ewropea, iżda esperti ekonomiċi li tkellimna magħhom hekk jemmnu.

Aqra aktar

Il-Kabinett jiltaqa’, mistennija tkun waħda twila

F’dik li mistennija tkun sessjoni twila ta’ laqgħa tal-Kabinett wara Brexit, Ministri u Segretarji Parlamentari bdew dieħlin Kastilja.

Il-Prim Minsitru Joseph Muscat qal “se nkunu qed nieħdu kull opportunità biex inġibu x-xogħol lejn Malta u m’hemmx dubju li issa iktar minn qatt qabel hemm bżonn li naħdmu id f’id mill-aspett ekonomiku”.

Aqra aktar

S&P twissi dwar l-AAA tar-Renju Unit

Ir-Renju Unit jista’ jitlef ir-rata ta’ kreditu, AAA, wara r-riżultat favur il-kampanja LEAVE.

AAA hija indikazzjoni finanzjajra tajba ħafna lill-investituri prospettivi. Iżda, uffiċjali minn Standard&Poor’s kkummentaw dwarha u qalu li preżentament din is-sitwazzjoni fid-dawl tar-Renju Unit mhi b’saħħitha xejn anke għax jidher li m’hemmx pjan għal Brexit. Aqra aktar

Reazzjoni fis-swieq madwar id-dinja

Filwaqt li d-deċiżjoni tar-Renju Unit li toħroġ mill-Unjoni Ewropea mal-ewwel kellha effett fuq l-isterlina, il-Professur tal-Ekonomija Philip Von Brockdorf fisser kif l-effett huwa mifrux ferm iktar minn hekk, bir-reazzjoni tinħass fi swieq oħra, saħansitra fil-Ġappun. Von Brockdorf qal dan f’kummenti ma’ ONE fi programm speċjali li qed jixxandar bħalissa. Il-kumment tista’ tisimgħu hawn taħt.

Aqra aktar

IR-RENJU UNIT SE JITLAQ MILL-U.E.

Il-poplu tar-Renju Unit iddeċieda li joħroġ mill-Unjoni Ewropea. Wara li l-Ħamis filgħaxija kollox kien qed jindika li dawk li xtaqu jibqgħu seta’ deher li kellhom vantaġġ, fis-sigħat bikrin ta’ filgħodu, meta bdew jingħaddu l-voti, il-folja nqalbet u r-riżultat huwa dak li jidher hawn taħt. 

Aqra aktar

Send this to a friend