Lokali – Page 4107 – One News

Notifiki

Lestu l-umbrelel!

Wasalna fix-xahar ta’ Ġunju iżda mid-dehra t-temp ma jridx jaf. Illum qed nerġgħu nisimgħu r-ragħad u naraw ix-xita nieżla.

Temp li żgur ma jħajrekx tmur il-baħar anzi pjuttost jgħidlek oqgħod ġewwa ! Il-MET office qed ibassar li matul il-lejl ikollna iżjed xita.

Aqra aktar

33 karozza tal-linja ġodda

B’ investiment ta’ €8 miljun ewro, l- Malta Public Transport żiedet il-flotta tal-karozzi tal-linja b’33 trakk gdid. B’ hekk b’kollox se jkun hawn 400 karozza tal linja.

B’differenza minn dawk li diġa hawn, dawn ġodda huma 12-il metru twal, jiġifieri 3 metri itwal minn dawk preċedenti. Dan ifisser li jifilħu aktar passiġġieri.

Aqra aktar

Pospost is-smigħ ta’ Leo Brincat

Is-smigħ ta’ Leo Brincat, li kellu jsir nhar it-Tnejn, ġie pospost. Brincat huwa nominat għall-Qorti Ewropea tal-Awdituri.

one.com.mt huwa informat li kull laqgħa tal-Kumitat Ewropew tħassret wara r-riżultat ta’ Brexit. S’issa m’hemmx data speċifika għal meta se jsir is-smigħ.

 

It-torri taċ-Ċaqnu għal isfel

Sa nofs il-ġimgħa d-dieħla it-torri li ċ-Ċaqnu bena illegalment fil-kumpless Monte Kristo se jkun inħatt kollu kemm hu kif ordnat mill-Awtorità tal-Ippjanar. Qalet dan il-kumpanija Polidano fi stqarrija li nnotat kif ix-xogħol mistenni jkun tlesta sal-ġimgħa d-dieħla. Aqra aktar

Is-saħħa: Prijorità tal-Presidenza ta’ Malta tal-Kunsill Ewropew

L-aspetti fil-qasam tas-saħħa li Malta se tkun qed tmexxi fuq livell Ewropew waqt il-Presidenza ta’ Malta tal-Kunsill Ewropew minn Jannar li ġej kien is-suġġett ta’ laqgħa li saret fil-Ministeru tas-Saħħa bejn il-Ministru Chris Fearne u l-Kummissarju Ewropew għas-Saħħa Vytenis Andriukaitis.

Il-Ministru Fearne spjega li Malta se tkun qed tpoġġi s-settur tas-saħħa fuq l-aġenda tal-Presidenza tal-Kunsill Ewropew u spjega wkoll li  l-obeżità fit-tfal, il-marda tal-HIV u koperazzjoni aħjar pajjiżi membri tal-Unjoni Ewropea se jingħataw prijorità. Il-Ministru Fearne qal li l-obeżità fit-tfal hija problema li qed taffettwa t-tfal kollha fl-Ewropa u għalhekk Malta se tkun qed tipproponi linji gwida fuq skala Ewropea ta’ kif aġenziji statali jużaw u jixtru ikel li hu bnin. 

Aqra aktar

Għall-MTV fil-Furjana, tmurx mgħobbi!

Għall-Isle of MTV ma tistax tieħu dawn l-oġġetti:

  • Fliexken tal-ħġieġ, inkluż tal-fwieħa
  • Alkoħol jekk għandek taħt is-17-il sena
  • Armi, inkluż oġġetti bil-ponta, screw drivers, siringi u mqass
  • Sustanzi llegali
  • Drones
  • Logħob tan-nar
  • Apparat professjonali li jirrekordja l-ħoss jew il-viżwal
  • Bnadar bil-lasti
  • Laser pens

Aqra aktar

Send this to a friend