Lokali – Page 4106 – One News

Notifiki

Mijiet ta’ ewro fi ħsara

Is-sindku ta’ Ħal Qormi Rosianne Cutajar, spjegat li l-maltemp ikkawża mijiet ta’ ewro fi ħsara fil-logħob tan-nar tal-art ta’ llejla u ta’ għada f’Ħal Qormi.

Aqra aktar

VOX POP: Brexit fi Triq ir-Repubblika

Dalgħodu Brexit kien fuq fomm kulħadd. Dinah Seguna ltaqgħet man-nies fit-toroq tal-Belt, kemm Maltin kif ukoll barranin li jinsabu f’pajjiżna. “Ma nafux x’se jiġri,” kien kumment komuni kif jidher mill-filmat hawn taħt. Aqra aktar

Tifel fil-qalba ta’ battalja legali

Tifel t’għaxar snin miżmum fis-sezzjoni magħrufa bħala YPU fl-isptar Monte Karmeli jinsab fil-qalba ta’ battalja legali.

Dan hekk kif allegatament sofra xi tbenġil iżda infermier li jaħdem fl-isptar sostna li t-tbenġiliet kienu hemm qabel mat-tifel idaħħal fl-isptar.

Aqra aktar

Aċċess aħjar għall-bajjiet f’Malta u Għawdex

Siġġijiet tar-roti li jgħinu persuni b’diżabilita’ jinżlu l-baħar, rampi ta’ aċċess, mekkaniżmu ieħor u passaġġi għandhom l-għan li joffru aċċess aħjar għall-bajjiet ta’ Malta u Għawdex. Dawn ġew inawgurati propju dalgħodu matul konferenza stampa li saret fuq il-bajja tal-Għadira, l-Mellieħa.

Is-CEO tal-MTA, Mr.Paul Bugeja, spjega li l-awtorita’ tat-Turiżmu b’kollaborazzjoni mal-Ministeru tat-Turiżmu, għamlu ħidma kontinwa biex isir titjieb fl-aċċessibilita’ tal-bajjiet. Fil-bajja tal-Mellieħa saru passaġġi speċjali li jwasslu mill-bankina sal-baħar. Dawn ir-rampi ntlaqtu tajjeb ħafna u l-MTA stqarret li se jkunu qed jiżdiedu f’bajjiet oħra.

Aqra aktar

Statwi bil-plastik u nar imxarrab

F’lokalitajiet fejn hemm il-festi x-xita li għamlet fl-aħħar siegħat kienet biċċa uġigħ ta’ ras. Fost oħrajn fis-Siġġiewi d-dilettanti tal-festa libsu l-istatwi bil-plastik, filwaqt li t-tapit tal-logħob tan-nar tal-arti ukoll messu ftit ilma. Dawn ikunu mumenti ta’ taqtigħ il-qalb għad-dilettanti li jkunu għamlu sena sħiħa iħejju għal dan it-tmiem il-ġimgħa u li jaraw kif wara xitwa xotta kellu jkun il-jum tal-24 ta’ Ġunju li jagħti tixriba nobis.

Aqra aktar

Mhux mistennija!

Il-maltemp jippersisti! Minjaf kemm huma dawk li qed jinkwetaw minħabba l-festa tar-raħal matul tmiem il-ġimgħa. Kien hemm dawk ukoll li malajr telqu mill-baħar hekk kif spiċċaw għasra bix-xita flok bil-baħar. Tgħid se jkollna sajf kollu maltemp?

Aqra aktar

Villaġġ studentesk bejn l-Università u Mater Dei

 

Ftehim bejn l-Universita’ ta’ Malta u Vassallo Builders Group Ltd. għal operat ta kumpless ġdid residenzjali u komunitarju ta’ 11,000 metru kwadru li qed jissejjaħ University Residence and Community Complex.

Kumpless li fisser investiment ta’ 25 miljun ewro fuq mudell ta’universitajiet Ewropej oħrajn. Dan se jkun jixbaħ villaġġ akkademiku iktar milli binja waħda, bil-faċilitajiet kollha li għandha bżonn Universita’.

Aqra aktar

Baħar imdardar!

Ftit tal-ħin ilu nies li marru jgħumu Lapsi, s-Siġġiewi sabu baħar kanella, dan wara li għamlet ħalba xita fl-inħawi.

Screen Shot 2016-06-24 at 15.23.38

Credit: Josef Borg

Send this to a friend