Lokali – Page 4104 – One News

Notifiki

Minn għada jirritorna għall-ħidma

Wara intervent mediku u ġimgħat irtirat mix-xena politika bħala parti mir-rijabilitazzjoni, is-Segretarju Parlamentari Ian Borg qal li minn għada se jissokta bil-ħidma Ministerjali tiegħu. Huwa rringrazzja lil dawk kollha li kienu ta’ għajnuna matul l-aħħar ġimgħat.

Is-Segretarju Parlamentari kien spjegalna li fix-xhur li għaddew, waqt li kien qed jagħmel eżerċizzji sportivi, induna li kien hemm xi ħaġa mhux tas-soltu fuq in-naħa ta’ wara t’irkopptu.Aqra aktar

L-ajruport inaqqas l-emissjonjiet ħżiena b’700 tunnellata

L-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta naqqas l-emissjonijiet tal-gassijiet serra bi kważi 700 tunnellata fl-2015, filwaqt li naqqas l-emissjonijiet tas-CO2 minn 2.29 kilos għal kull passiġġier għal 1.98 kilo, li jfisser titjib ta’ 13.5%

Din l-informazzjoni toħroġ mir-Rapport dwar is-Sostenibbiltà tal-ajruport li ġie kkumpilat f’konformità mal-linji gwida tal-Global Reporting Initiative (GRI), li huma użati fuq livell globali.

Ir-rapport jiżvela wkoll li l-MIA injettat aktar minn €58 miljun fl-ekonomija lokali fl- 2015 f’forma ta’ kostijiet tal-operat, pagi, benefiċċji, pagamenti lill-Gvern u investimenti fil-komunità lokali.Aqra aktar

Fil-pussess ta’ dokumenti foloz

Albaniż ta’ 36 sena ġie kkundannat sena ħabs sospiżi għal tliet snin wara li uża passaport falz f’pajjiżna. Dan wara li ħalla Malta fil-wieħed u 30 ta’ Lulju li għadda lejn ir-Renju Unit fejn l-awtoritajiet tal-pajjiż indunaw li l-passaport Grieg li kellu kien wieħed falz. Kien għalhekk li huwa ntbagħat lura Malta fejn tressaq il-Qorti u ammetta li kellu fil-pussess tiegħu dan id-dokument taparsi, maħruġ mill-Greċja fuq persuna b’isem ieħor.Aqra aktar

It-Taljani kienu jkunu kburin!

B’€140,000 tlestiet fażi oħra tal-proġett ta’ restawr fil-Berġa tal-Italja fil-Belt Valletta, li kien jinvolvi r-restawr fuq il-faċċata tal-istess Berġa.
Il-bust tal-bronż tal-Granmastru Gregorio Carafa reġa sab postu fuq il-bieb ewlieni tal-Berġa tal-Italja.

Aqra aktar

Oppożizzjoni irresponsabbli li f’iżolament tibqa’ tippersisti fl-iżball

“Permezz tax-Shadow Minister Jason Azzopardi, l-Oppożizzjoni għażlet li tibqa’ taġixxi b’mod irresponsabbli, tibqa’ tippersisti fl-iżball u tibqa’ iżolata.”

Dan intqal fi stqarrija tal-Ministeru għall-Ġustizzja, filwaqt li jingħad ukoll kemm huwa inaċċettabbli li l-Oppożizzjoni ddawwar l-att kundannabbli ta’ mibegħda fuq il-Koran f’ballun politiku.  “Huwa iktar inaċċettabbli li tipprova tallarma s-soċjetà li l-Gvern neħħa xi protezzjoni kontra dawn l-atti meta fil-fatt sar preċiżament bil-maqlub, u l-protezzjoni kontra l- mibegħda reliġjuża ssaħħet” tkompli tgħid l-istqarrija.

Aqra aktar

“Ħadd m’għadu jieħu lill-PN bis-serjetà”

Il-Viċi Kap tal-Partit Nazzjonalista Beppe Fenech Adami reġa’ għamel dak li jinqala’ ħafna fih – jitgħajjar bl-addoċċ. Il-Partit Laburista saħaq li l-Oppożizzjoni ta’ Simon Busuttil tibqa’ taħseb li għandha d-dritt divin li tagħmilha ta’ prosekutur, ġurat u imħallef. Iżda tant m’għandha ebda kredibbiltà, li ħadd ma jeħodha bis-serjetà.Aqra aktar

Il-Pharmacy of Your Choice bis-sitt rikonoxximent fi 3 snin

Il-Pharmacy of Your Choice kienet rikonoxxuta għall-aqwa Imprenditorjat fil-Kura tas-Saħħa. Il-premju jirrikonoxxi l-kisbiet tal-aħjar imprendituri lokali għall-kontribuzzjoni pożittiva tagħhom lejn it-tkabbir ekonomiku tal-pajjiż, għal titjib fil-komunità tan-negozju u sservi bħala mudell għall-mexxejja t’għada.

Aqra aktar

Kawża kontra Maġistrat eks PL, quddiem Imħallef eks PN

Il-logħba perikoluża ta’ Jason Azzopardi bil-ġudikatura qed toħroġ iktar fid-deher. Il-każ li qed iqajjem f’isem is-Sindku tar-Rabat Għawdex, Samuel Azzopardi, biex kawża ma tinstemax quddiem eks kandidat tal-Partit  Laburista, se tinstema’ quddiem eks kandidat tal-Partit Nazzjonalista. Fil-fatt one.com.mt jista’ jikkonferma li se tkun l-Imħallef Lorainne Schembri Orland li tisma’ din il-kawża.

Aqra aktar

Azzopardi ma jiċħadx li jibdlu l-liġi taċ-ċensura għal kif kienet

Id-Deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi ma ċaħadx li jekk il-Partit Nazzjonalista jerġa’ jkun fil-Gvern jikkunsidra li jerġa’ jibdel il-liġijiet taċ-ċensura għal kif kienu. Kien one.com.mt li dalgħodu żvela li l-Partit Nazzjonalista jrid jerġa’ jemenda l-liġi biex iġibha kif kienet qabel għaddew riformi importanti fl-aħħar ġimgħat. Aqra aktar

Send this to a friend