Ħarab lejn Dubai, għex l-Italja, arrestat fi Frankfurt
Neville Spiteri, ta’ 47 sena, tressaq quddiem il-Maġistrat Joe Mifsud akkużat bi frodi f’każi li jmorru lura għal bejn Lulju 2006 u Novembru 2008. Aqra aktar
Neville Spiteri, ta’ 47 sena, tressaq quddiem il-Maġistrat Joe Mifsud akkużat bi frodi f’każi li jmorru lura għal bejn Lulju 2006 u Novembru 2008. Aqra aktar
Għalkemm kien ikkonsultat bħala partit mill-proċess li kien għaddej bih il-President tal-Kummissjoni Ewropea, Jean Claude Juncker, il-Kummissarju Malti Karmenu Vella żamm id-dekasteru tiegħu.
Hemm bżonn ta’ bidla fil-liġi li tirregola t-testijiet tal-Breathalyzers mill-Pulizija. Din hija l-fehma tal-Malta Insurance Association li qed tisħaq li kull darba li jsir inċident serju tat-traffiku, b’mod mandatorju għandu jsir breathalyzer test. Dan għaliex mhux l-ewwel darba li mingħajr dan it-test ikun hemm nuqqas ta’ provi li jistgħu jigħinu lill-pulizija biex jipproċedu.
Bejn April u Ġunju kien hemm ħames inċidenti ta’ traffiku fatali. F’dawn it-tliet xhur, l-ammont ta’ inċidenti tat-traffiku li ġew irrapportati żdied bi kważi 6% biex laħqu l-4,331.
L-ammont ta’ persuni li weġgħu żdied bi kważi 9% f’dan il-perjodu meta mqabbel ma’ sena qabel. Jiġifieri weġġgħu 498 persuna, 321 minnhom kienu sewwieqa.
273 sewwieq sofra ġrieħi ħfief filwaqt li 46 oħra sofrew ġrieħi gravi. Disa’ passiġġieri u 25 persuna li kienet miexja fit-triq sofrew ġrieħi gravi. 100 passiġġier u 40 persuna fit-triq ndarbu ħafif.
Kien hemm żewġ sewwieqa, passiġġier u persuna li kienet miexja fit-triq li tilfu ħajjithom.
Fl-aħħar xhur il-Gvern Malti kiseb iktar fiduċja, biex issa għandu livell ta’ fiduċja ta’ 55%. Meta wieħed iqabbel l-aħħar stħarriġ tal-Eurobarometer ma’ dak ta’ qablu, jinnota kif minkejja l-maltemp li tipprova toħloq l-Oppożizzjoni, il-Gvern kompla jkun iktar fdat.
Il-Bank HSBC Malta għamel qligħ qabel it-taxxa ta’ €41.3 miljun għall-ewwel sitt xhur li ntemmu fit-30 ta’ Ġunju 2016. Il-bank ħabbar li l-prestazzjoni kienet ta’ €5 miljuni jew 13.8% ogħla mill-istess perjodu tas-sena l-oħra.
Neville Spiteri, negozjant li ilu maħrub minn Malta mill-2008, se jitressaq il-qorti llum b’akkużi relatati ma’ frodi. Tagħrif li għandu one.com.mt jgħid li Spiteri kien arrestat fl-aħħar jiem u nġib Malta minn Dubai ilbieraħ. Il-każi li se jkun akkużat dwarhom imorru lura għal qabel ħarab minn Malta u fihom huwa allegat li hemm għadd ta’ kredituri migduma.
Id-direttur Bulgaru tal-films Javor Gardev, popolarissimu u rebbieħ ta’ diversi premji, għadu kemm temm xogħolu hawn Malta, fejn kien qed jaħdem fuq il-film Russu ‘Icaria’.
Dan huwa film tal-fantaxjenza, li jseħħ fl-2027, meta d-dinja għamlet progressi kbar fil-ġenetika u l-mewt saret impossibbli.
L-imħuħ wara dan il-film inġibdu lejn Malta grazzi għall-faċilitajiet uniċi tal-Film Studios fil-Kalkara. Iżda wara diskussjonijiet mal-Malta Film Commission, inġibdu xejni f’postijiet oħra madwar Malta u Għawdex.
Send this to a friend