Lokali – Page 4101 – One News

Notifiki

Imħassba bl-inċidenti fatali

Meta mqabbel mal-ġirien Ewropej tagħna, in-numru ta’ fatalitajiet tal-inċidenti tat-traffiku f’ pajjiżna huma ferm inqas. Madanakollu, tnax-il fatalita f’ sebgħa xhur qanqlu r-reazzjoni ta’ bosta.

Aqra aktar

Approvata l-ħatra ta’ Bundy bħala CEO tal-PBS

Il-Bord tad-Diretturi tal-PBS approva l-ħatra ta’ John Bundy bħala Kap Eżekuttiv. Charles Dalli se jkun id-deputat Kap Eżekuttiv u t-tnejn li huma se jkunu qed jirrapportaw lill-bord tad-diretturi tal-istazzjon nazzjonali. Il-ħatra kienet ikkonfermata llum f’laqgħa tal-bord li matulha ntqal li l-PBS se jkun qed jadotta strateġija ġdida u se jkun hemm ukoll ristrutturar fit-tmexxija.  Bundy, li għandu esperjenza twila fix-xandir u ħadem kważi fuq l-istazzjonijiet kollha, se jkun qiegħed jieħu post Anton Attard.

Aqra aktar

162 Accountant ġdid

Waqt iċ-ċerimonja tal-ħatra ta’ 162 accountant ġdid, il-Ministru tal-Finanzi, Edward Scicluna sostna li l-professjoni tal- ‘accountancy’ hija is-sinsla tal-forza tax-xogħol Maltija.

Aqra aktar

L-Oppożizzjoni tkompli bl-attakki tagħha

Il-Kap tal- Oppożizzjoni jagħżel li jerġa’ jattakka l-istituzzjonijiet ewlenin ta’ pajjiżna. Wara li attakka għal diversi drabi l-Kummissarju tal-Pulizija, l-Awtorita tax-Xandir, il-Qorti Kostituzzjonali, u saħansitra l-ġudikatura għax jippretendi li hu jagħżel il-ġudikanti li jisimgħu l-kawżi, issa kien imiss li jattakka l-Financial Intelligence Analysis Unit u ċ-Chairman tiegħu li hu l-Avukat Ġenerali.

Aqra aktar

Casa jitgħajjar wara li ma weġibx għal stediniet

David Casa, ħareġ jgħid li t-tħejjijiet għal Presidenza tal-Unjoni Ewropea minn pajjiżna, huma dilettanteski. Dan għax fi stqarrija qal li ma kienx mgħarraf b’laqgħat li saru f’setturi marbuta ma’ kumitati li hu membru tagħhom hu. Il-kritika ta’ Casa kienet diretta lejn il-Ministeru ta’ Helena Dalli. Biex ftit tas-sigħat wara rriżulta li kien hu li m’attendiex għal stediniet li sarulu.

Aqra aktar

Aktar minn nofs miljun passiġġier fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta f’Lulju

  •  Lulju jesperjenza tkabbir ta’ 5.9% fuq l-istess xahar is-sena li għaddiet
  •  Is-suq Spanjol jerġa’ jistabbilixxi ruħu bħala wieħed mill-aqwa swieq tal-MIA
  •  Aktar minn 2 miljun passiġġier jgħaddu mill-MIA fix-xhur tas-sajf s’issa

L-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta ħabbar li f’Lulju biss għaddew aktar minn 580,000 passiġġier mill-ajruport; kważi daqs il-popolazzjoni tal-akbar belt tal-Iskozja, Glasgow.

Din iċ-ċifra għal Lulju tfisser li kien hemm żieda ta’ 5.9% fil-movimenti tal-passiġġieri fuq l-istess xahar is-sena li għaddiet minħabba żieda fil-postijiet disponibbli fuq it-titjiriet ta’ 3.1% u seat load factor (SLF) imtejjeb. B’effiċjenza ta’ 88% fil-mili ta’ dawn il-postijiet, is-seat load factor tax-xahar li għadda stabbilixxa rekord ġdid għal Lulju.

L-aqwa ħames swieq baqgħu relattivament l-istess, bir-Renju Unit iżomm l-ewwel post segwit mill- Italja, il-Ġermanja u Franza. Bi tkabbir sostanzjali ta’ 20.8%, Spanja kisbet il-ħames post u b’hekk reġgħet dehret mal-aqwa swieq tal-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta għall-ewwel darba din is-sena. Dawn ir-riżultati inkoraġġanti jindikaw li l-ħidma tal-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta sabiex jerġa’ jirkupra t-traffiku minn Spanja qed tagħti l-frott. Is-suq Spanjol esperjenza l-ogħla rata ta’ tkabbir meta mqabbel mas-swieq l-oħrajn.

Aqra aktar

Ħaddiema tal-Kunsill ta’ Raħal Ġdid imbeżżgħin

Dawn l-aħħar ġimgħat il-Kunsill Lokali ta’ Raħal Ġdid kien fil-mira ta’ atti ta’ vandaliżmu. Is-Sindku Dominic Grima talab l-għajnuna tal-pubbliku biex kull min jara xi att vandalu jew inkella jaf b’xi informazzjoni utli, jinforma lill-Pulizija minnufih.

Fir-ritratti tidher il-ħsara li saret fit-twieqi fil-binja tal-Kunsill. Barra minn hekk saret ħsara fuq l-għamara ta’ barra fi Ġnien Pawlu Boffa, liema ġnien sewa xejn inqas minn €96,000 biex tlesta. Il-ħsara li saret għandha implikazzjonijiet koroh. Fost oħrajn tqaċċtu tabbelli li fuqhom hemm indikat liema etajiet jistgħu jużaw partijiet differenti mill-bandli. Għalhekk jekk xi ħadd iweġġa’ għaliex ikun uża bandla mhux adattata għalih, jista’ jeħel il-kunsill, li huwa fid-dmir li jagħmel dawn in-notifiċi.  Dan huwa wkoll l-ewwel bandli aċċessibbli għal min juża siġġu tar-roti.

Aqra aktar

Min-noti tal-manifest ta’ Simon

Kif tafu, Simon Busuttil huwa l-awtur tal-aħħar żewġ manifesti elettorali tal-Partit Nazzjonalista. U din id-darba, peress li Lawrence Gonzi kien għamlu kap, jew RCC insomma, jinsab daqsxejn imħabbat. Għalhekk beda kmieni.

Fil-filmat niżvelaw l-ewwel għaxar punti li ħadem fuqhom. Uħud sirna nafuhom minn wara dahru u oħrajn intqalu pubblikament. Aqra aktar

Send this to a friend