Żagħżugħ Żvizzeru ta’ 21 sena qed isofri minn ġrieħi gravi wara li waqa’ għoli ta’ madwar sular. L-inċident seħħ għall-ħabta tas-6.15 a.m. fi Triq Ball f’San Ġiljan, meta ż-żagħżugħ kien f’appartament u għal xi raġuni pprova jaqbeż minn tieqa għall-oħra, bil-konsegwenza li waqa’ għal isfel.Aqra aktar
Il-vapur tal-kontejners ‘MSC Sveva’ b’kapaċità li jġorr aktar minn 19,000 kontejner illum daħal għall-ewwel darba fil-Malta Freeport.
L-‘MSC Sveva’ huwa wieħed mill-akbar vapuri tal-kontejners fid-dinja u l-akbar vapur li qatt daħal fil-Malta Freeport. Dan kien biss possibli għall-viżjoni għaqlija u l-investiment kontinwu li l-Kumpanija tagħmel biex tkun tista’ tilqa’ dan id-daqs ta’ vapuri. Sabiex jinħadem dan il-vapur f’Malta kien jeħtieġ fond biżżejjed ta’ baħar, cranes ta’ l-aħħar ġenerazzjoni li huma fost l-ikbar fil-Mediterran u l-aħħar u mhux l-inqas, taħriġ lill-ħaddiema biex joperaw dawn il-cranes ġodda.Aqra aktar
Fit-tarf tal-Mosta fuq Burmarrad u b’veduta mill-isbaħ hemm ġnien il-ġmiel tiegħu li forsi ftit jafu bih. Jismu l-Għarusa tal-Mosta. Illum huwa wkoll lok ta’ mistrieħ għall-istudenti tal-MCAST li jistudjaw fl-istitut li jinsab ftit passi bogħod. Iżda, għalkemm il-post għandu potenzjal mill-aqwa u laħaq kien post ta’ żvog għall-ħafna familji llum qed jibki għal dawra tajba.Aqra aktar
Mhux xi ħaġa daqstant komuni li naraw. Iżda l-Ingliż Clattenburg ħass li kellu jagħmilha. Penġa fuq idu it-tazza tac-Champions League u l-emblema tal-Euro 2016, iżda mhux għax rebaħhom.
Waqt li kien qiegħed fi Spanja għal btala, ir-referee ta’ fama internazzjonali Mark Clattenburg iddeċieda li fuq idu jpenġi dawn iż-żewġ ikoni tal-futbol Ewropew għaliex kien hu li rrefja l-finali ta’ dawn ż-żewġ kompetizzjonijiet Ewropej fl-2016 u b’hekk ħass li kellu jżomm rekordju fuq ġismu ta’ dawn iż-żewġ avvenimenti.
Il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma tavża li parti mir-roundabout ta’ Triq Valletta, Lija (ħdejn Kind’s) se tkun magħluqa llum. Dan minħabba xogħlijiet fuq proġett, parzjalment iffinanzjat mill-Unjoni Ewropea, biex tissaħħaħ l-infrastruttura tal-ilma.
Traffiku li ġej mill-Mosta jew min-Naxxar biex jgħaddi minn Triq Pantar jrid jinżel u jdur mar-roundabout ta’ Ħal Lija kif jidher fil-mappa. Dan l-arranġament mistenni jdum madwar ġimgħa.
Is-sewwieqa huma mitluba jsuqu bil-galbu u jsegwu s-sinjali u l-istruzzjonijiet mogħtija.
Il-Fakultà għat-Tisħiħ tas-Soċjetà għandha dekan ġdid; Andrew Azzopardi. Dwar is-soċjetà jitkellem u jirrifletti kontinwament, fi programmi, f’pubblikazzjonijiet u f’diskussjonijiet f’postijiet differenti. Fost it-temi li għandhu għal qalbu hemm iż-żgħażagħ u l-inklussività tagħhom fis-soċjetà. Proprju wieħed mill-korsijiet fil-fakultà li tagħhha issa huwa dekan iħejji persuni jaħdmu maż-żgħażagħ, il-kors tal-Youth Workers.
Il-professjoni tal-youth work hija professjoni relattivament ġdida f’pajjiżna. Milux wisq li ngħatat status ta’ professjoni u giet akkreditata bil-warrant. Madankollu din il-professjoni qed ssir ferm aktar popolari u rikjesta u issa qed jibda jkollna l-isfida li hemm ħafna aktar domanda milli supply ta’ Youth Workers. Infatti bħalissa bejn BA u MA għandna madawar 100 student li qed jitħarrġu imma nittamaw li matul is-snin li ġejjin dawn in-numri jkomplu jikbru biex ilaħqu mat-talba. Tant hu hekk li issa apparti l-kors ta’ filgħaxija part-time, BA (Hons) Youth and Community Studies u l-MA Youth and Community Studies minn din is-sena akkademika li ġejja ħa nkunu qed noffru ukoll l-BA (Hons.) Youth and Community Studies Day Course u l-MA bir-ricerka fil-Youth Justice, biex inkomplu inwessgħu aktar ir-reach tagħna.
X’ħidma qed issir sabiex l-aġenzija żgħażagħ u l-Università ta’ Malta jintegraw il-ħidma tagħhom?
Għall-ewwel darba, dalwaqt ħa jiġi ffirmat Memorandum of Understanding bejn id-Dipartiment taż-Żgħażagħ u l-Komunita’ fi ħdan l-Università u l-Aġenzija Żgħażagħ, biex tissaħħah il-kollaborazzjoni fuq livell ta’ taħriġ tal-istudenti, opportuntajiet ta’ ħidma barra minn Malta, żvilupp ta’ policy u riċerka.
Għalkemm ir-relazzjoni tagħna mal-Aġenzija Żgħażagħ immexxija minn Miriam Teuma hija brillant, dan il-MoU ser jikkonsolida din ir-relazzjoni u jagħti messaġġ importanti ta’ sħubija bejn min qed iħarreġ il-Youth Workers u min qed jimpjeghom u jagħti s-servizzi fil-qasam. Irridu li t-taħriġ li qed jipprovdu lil Youth Workers ikunu kontinwament aġġornat u strutturat biex jilqa’ għat-tibdil li qed isir kontinwament.
X’inhuma l-issues l-aktar pertinenti fejn jidħlu żgħażagħ?
Iż-żgħażagħ jibqgħu fiċ-ċentru tal-attenzjoni u xi kultant tal-kontroversja ukoll. Madankollu ż-żogħożija li llum tinfirex mill-eta’ ta’ 12–il sena għall-eta’ ta’ 30 sena hija eta’ kumplessa imma interssanti. Jien inqis din l-eta’ bħala d-demm tas-socjetà tagħna, dik il-ġenerazzjoni li tghħddi l-ossignu. Huwa meħtieg li nisimgħu x’ qed jgħidulna imma anke nieħdu azzjoni fuq dak li qed jgħidulna.
Irridu nghidu ukoll li t-teknoloġija, il-globalizazzjoni, is-sitwazzjoni politika internazzjonali, il-ġid li jinħoloq għamlu din l-eta’ kumplessa immens u xi kultant diffiċli biex ninterpretaw l-lingwa tagħhom. Għalhekk, li jkollna Youth Workers professjonali saret tant importanti u neċessarja llum-il ġurnata, biex jgħinuna noħolqu pontijiet maż-żgħażagħ.
Kif tixtieq tarah jiżviluppa dan is-servizz?
Jien nittama li ma ndumux ma naraw il-Youth Workers joperaw f’numri akbar fi klabbs, fil-Faċilità Korrettiva (specjalment fis-sezzjoni taż-żgħażagħ), jaħdmu aktar qrib mal-pulizija, fil-qasam edukattiv, fl-aġenzija soċjali bħal Sedqa, SAPPORT u APPOGG, fl-NGOs u anke nsibuhom aktar preżenti fis-settur tad-divertiment u tal-mistrieħ. Il-Youth Worker qiegħed hemm mhux biss biex jakkumpanja liż-żgħażagħ meta s-sitwazzjoni tal-ħajja tibgħat ċerta diffikultajiet, imma anke biex takkumpanja liż-żgħażagħ fit-tiftix għax-xogħol, fl-iżvilupp tal-karriera u fl-iżvilupp tal-personalità.
M’ilux wisq li tajna merħba lix-xahar t’Awwissu. Malli jdawru l-kalendarju (jekk idawruh – ta’ ħafna jkun għadu jimmarka Jannar) ħafna jtennu kliem li fettlilna nistaqsu xi jfisser: Awwissu, la tarah u lanqas tmissu. Imma x’tara? Xi tmiss? Tkellimna mal-Professur tal-Malti Manwel Mifsud. Skoprejna li din hija biss varjazzjoni, u fil-verità l-qawl jirreferi għall-biedja u t-temp.
Fi kliem il-professur
Aħna l-Maltin għandna ħafna qwiel, imma l-aktar fejn jidħlu t-temp u l-biedja. Tifhimha, għaliex dari bosta minna kienu jgħixu mill-biedja. Tista’ tgħid li kull xahar għandu l-qwiel tiegħu, li bihom l-għerf u l-esperjenza tal-missier kienu jgħaddu għal għand ibnu.
AWWISSU
L-aktar qawl popolari fuq Awwissu jgħidilna li: Awwissu, ix-xemx taħarqu u x-xita tmissu. Dan il-qawl għandu ħafna varjanti, l-aktar marbutin mal-frott, li bħalissa jkun fl-aqwa tiegħu. Tisma’ min jgħidlek: F’Awwissu, it-tin tibda tmissu jew F’Awwissu, l-għeneb iħallik tmissu. Ġieli mbagħad nisimgħu lil xi ħadd li dal-qawl idawru biex iġibu ftit ħamallu u jdaħħaq lil ta’ madwaru.
It-tifsira tal-qawl oriġinali hija ċara: f’Awwissu x-xemx taħraqna u taħqarna kemm tiflaħ… imma lejn tmiemu mhix l-ewwel darba li tagħmel xi bexxa xita (kemm tmissu), jekk ma tilħaqniex ukoll it-taqliba tat-temp li soltu jagħtina Settembru. Mela huwa xahar ta’ kuntrast fil-klima, kuntrast li jidher f’xi qwiel oħra: Xemx u xita, Alla jaf meta, jew Ix-xita u x-xemx, tgħammed Tork!
Kos, kemm hemm għerf u tradizzjoni fil-qosor ta’ dawn il-qwiel!
Dalgħodu fil-Qorti, waqt li kien qed ikompli jinstema’ l-każ ta’ tranġar tal-logħob, b’rabta mal-partita bejn Malta u l-Montengro ta’ Marzu li għadda, iż-żewġ plejers li qed jiġu akkużati stqarrew li r-raġuni għala ma rrapurtawx lil individwi Asjatiċi li avviniċawhom biex jintxraw għal din il-logħba sempliċiment kienet ħabba is-sigurtà tagħhom.