Lokali – Page 4028 – One News

Notifiki

Skoperti li kieku ma kinux isiru

Il-Ministru għall-Kultura Owen Bonnici elenka miżuri li ttieħdu mis-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali.  Is-sena l-oħra din għamlet 1,130 konsultazzjoni fuq diversi forom ta żvilupp, fosthom mal-Mepa, Transport Malta u entitajiet oħra. Dan huwa 200 aktar mis-sena li għaddiet.

Aqra aktar

14-il dritt ġdid għall-persuni b’diżabilità

Persuni b’diżabilita issa jgawdu minn 14-il dritt ġdid. Dan għaliex fil-Parlament għaddiet mill-istadji kollha liġi importanti għall-persuni b’dizabilita’ liema liġi ġiet ippilotata fl-istadji kollha mis-Segretarju Parlamentari għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilita’ u Anzjanita’ Attiva Justyne Caruana.

Mill-lum għalhekk il-liġi dwar l-opportunitajiet indaqs għall-persuni b’dizabilita’ mhux biss hija aġġornata għall-ħtiegijiet tal-lum iżda ġiet imsaħħa b’diversi modi.

Aqra aktar

Minn Leicester imma ‘married to a local Ħamrun girl’

Raymond Allen ferħan se jtir. Mhux minħabba l-Ħamrun girl li kaġun tagħha ilu pajjiżna iktar minn 30 sena, iżda għax Leicester rebħu l-Premier League.

Supporter ta’ Leicester jgħid… “Tal-għaġeb x’jista’ jagħmel il-futbol” Kienu ħafna dawk li ferħu bis-suċċess ta’ Leicester City fil-kampjonat Ingliż, anki jekk ħadd minnhom ma appoġġja lil dan it-tim rivelazzjoni matul dan l-istaġun. Madankollu ONE News sab lil Raymond Allen, supporter ferventi ta’ Leicester li twieled f’din il-belt Ingliża u li ilu għal iżjed minn tletin sena jgħix f’pajjiżna. Araw x’qalilna dwar is-suċċess mhux mistenni mit-tim favorit tiegħu.

 

Se jitressaq abbozz ta’ liġi biex jissimplifika l-proċess tal-adozzjoni

Malta tistenna li fi ftit taż-żmien ikollha ftehim ma’ għadd ta’ pajjiżi biex tfal minnhom ikunu jistgħu jiġu adottati minn familji Maltin.

Meta wieġeb mistoqsijiet fil-parlament illejla, il-Ministru Michael Farrugia qal li qed isiru taħdidiet mar-Russja, il-Bulgarija, l-Indja, il-Filippini,iċ-Ċilè, il-Kosovo, is-Slovakkja, l-Albanija, il-Polonja, ir-Republika Ċeka, il-Kambodja, il-Vjentam u l-Istati Uniti.

Aqra aktar

ODZ huwa ODZ – jew le?!

Min tafu ssaqsix għalih, jgħidlek il-Malti. U David Agius qaxxar dan il-qawl.

Meta kien qed jitkellem waqt dibattitu parlamentari, qal li jinkwieta meta jisma “blank(et) statement” li ma jsir l-ebda żvilupp fl-ODZ.

Dak li qal il-Whip tal-PN ma kenitx żelqa, iżda l-politika veru tal-Partit Nazzjonalista.

Aqra aktar

Għadhom jibdew il-ħajja

Qarrej ta’ dan is-sit bagħat ritratt ta’ dawn l-għasafar li għadhom jibdew il-ħajja. Xena mhux tas-soltu li ltaqa’ magħha l-Buskett.

Jekk tiltaqa’ ma’ xi ħaġa li tiġbidlek l-attenzjoni, tista’ tibgħatha fuq [email protected]

 

 

 

 

Infurzar li minnu jgawdi l-ħaddiem

Diġa’ ħabbarna regoli ġodda fil-mod kif ikunu aġġudikati s-sejħiet għall-offerti. L-infurzar se jkun element kruċjali biex id-dinjita’ tal-ħaddiema tkunu mħarsa. Jessica Sultana tkellmet ma’ min f’pajjiżna hu responsabbli li jinforza.

Aqra aktar

Għada stess jibdew negozjati bejn l-Alitalia u l-Air Malta

Għada stess ser ikun hemm team Malti ġewwa Ruma, immexxi miċ-chairwoman Maria Micallef, għal negozjati bejn l-Alitalia u l-Air Malta.

Dan ħabbru l-Ministru Edward Zammit Lewis fuq il-programm Ħu Siġġu ftit tal-ħin ilu. Il-Ministru għat-Turiżmu qal li n-negozjati se jkunu iebsin, sabiex jintlaħqu l-għanijiet tal-kontiġent Malti. 

Nar fi kċina- Għawdxi, Ċiniż u Russa l-isptar

Tlett ħaddiema kienu qegħdin jaħdmu fil-kċina tar-restorant meta kien hemm xi nirien. Kawża ta’ dan, Malti ta’ 36 sena, residenti ż-Żebbuġ, Għawdex, Ċiniż ta’ 51 sena, residenti l-Imsida u Russa ta’ 30 sena residenti San Ġiljan sofrew xi ġrieħi u ttieħdu l-isptar.

Aqra aktar

Send this to a friend