Lokali – Page 3770 – One News

Notifiki

Aktar nies qed joħorġu mid-dipendenza fuq l-assistenza soċjali

Matul l-ewwel kwart tal-2016 reġa kien hemm tnaqqis fid-dipendenza soċjali. L-uffiċċju nazzjonali tal-istatistika juri kif, filwaqt li fit-tmiem l-ewwel sena ta’ din l-amministrazzjoni kien hemm 9,240 persuna li kienu jieħdu l-assistenza soċjali, tlett snin wara l-ammont ta’ nies dipendenti mill-assistenza soċjali naqas għal kważi 5,500. Aqra aktar

‘Farsa’ jgħid Simon Busuttil, li ser jirrifletti

Il-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil irreaġixxa għall-fatt li m’għadditx il-mozzjoni kontra l-Ministru Konrad Mizzi billi qal li r-reshuffle li għamel il-Prim Ministru fil-kabinett hija ‘farsa’.

‘Diżappunt kbir’ qal Simon Busuttil għall-proċess demokratiku li għadu kemm seħħ, għaliex fi kliemu ‘kellna l-possibiltà nkeċċu lil Konrad Mizzi’.

Hedded li l-PN ser ikompli jinsisti fuq il-kwitsjoni, iżda mistoqsi eżattament x’ser jagħmel, wieħeb ‘ser nibqgħu nirriflettu’.

Dwar l-iskema ta’ self sigriet tal-Partit Nazzjonalista  u dwar l-irċevuti ta’ Mario Demarco li dwarhom kliemu u kliem Demarco mhux jaqblu, Simon Busuttil ma wieġeb assulutament xejn.

 

Id-diskors kollu tal-PM: Ċar u Sod

Fil-Parlament il-Prim Ministru kellu diskors ta’ kwarta li segwa 40 minuta tal-Kap tal-Oppożizzjoni. Għalhekk il-Prim Ministru uża l-ħin tiegħu biex wieġeb ukoll numru ta’ ineżatezzi li għamel l-istess Kap tal-Oppożizzjoni. Id-diskors kollu tal-Prim Ministru fil-filmat.

Iħajrek tiġi hawn!

Xeni mill-isbaħ ta’ pajjiżna huma l-protagonisti ta’ filmat dwar il-konferenza tal-Commonwealth li ser issir f’pajjiżna s-sena d-dieħla. Filmat garantit li jqanqal kurzità dwar din il-gżira f’nofs il-Mediterran.

Konsultazzjoni pubblika għall-istrateġija nazzjonali għad-drittijiet ta’ persuni b’diżabilità

Waqt seminar konsultattiv dwar l-Istrateġija, s-Segretarju Parlamentari għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità u Anzjanità Attiva Justyne Caruana illum ppreżentat abbozz ta’ Strateġija mfassla biex tilħaq l-għanijiet tal-Politika għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità u naghmlu qabza kbira fil-kwalita’ tal-hajja tal-persuni b’dizabilita’ u tal-familji taghhom.

Aqra aktar

Valletta Pageant of the Seas: Spettaklu Uniku fil-Port il-Kbir

Il-Fondazzjoni Valletta 2018 ħarġet id-dettalji għall-Valletta Pageant of the Seas, spettaklu uniku li se jsir fil-Port il-Kbir fis-7 ta’ Ġunju 2016.

Dan l-avveniment huwa parti mill-programm ta’ ċelebrazzjoni tal-Fondazzjoni Valletta 2018 fl-okkażjoni tal-450 anniversarju mit-twaqqif tal-Belt Valletta. Valletta Pageant of the Seas huwa festa mhux tas-soltu fuq il-baħar fil-Port il-Kbir; festa ta kuluri, xwieni, dgħajjes tar-regatta, power boats u jottijiet, għawm, tlielaq u bosta karrijiet tal-Karnival fost l-oħrajn, kollha fl-ambjent maestuż tal-Port il-Kbir. L-attivitajiet jibdew mis-sitta ta’ filgħaxija ’l quddiem.

Aqra aktar

Mhux ħatja fi tmiem ġuri

Iż-żewġ persuni li fl-aħħar jiem kienu għaddejin b’ġuri b’rabta ma’ traffikar ta’ droga ma nstabux ħatja u hekk kif inqara l-verdett fl-awla kien evidenti l-ferħ tal-qraba tagħhom u s-sodisfazzjon tal-akkużati nfushom.

Godfrey Gambin, ta’ 40 sena mill-Iklin u Adel Mohammed Babani, ta’ 51sena kienu akkużati b’assoċjazzjoni, importazzjoni, u pusses ta’ droga li mhux għall-użu esklussiv tagħhom. Huma ma nstabux ħatja b’sebgħa voti kontra tnejn. Gambin instab ħati ta’ pussess ta’ ħaxixa u reżina tal-kannabis. Akkużi ferm iżgħar mill-kumplament li setgħu jwasslu sa għomor il-ħabs.

Il-mozzjoni m’għaddietx

Illum il-Parlament qed jiddiskuti mozzjoni ta’ sfiduċja fil-Ministru Konrad Mizzi. Mozzjoni ta’ sfiduċja li tressqet mid-deputat indipendenti Marlene Farrugia ftit wara li l-Gvern kien għadu kif għeleb b’saħħa mozzjoni ta’ sfiduċja mressqa mill-Oppożizzjoni.

Marlene Farrugia riedet iddum tiddiskuti din il-mozzjoni jum sħiħ, filwaqt li l-Gvern (li għandu kull dritt jiddetta l-aġenda tal-Kamra) ried tliet sigħat kif normalment dejjem jiġri.

Wara diskussjonijiet intlaħaq qbil li d-dibattitu idum għaddej ħames sigħat b’Farrugia u l-Oppożizzjoni jinsistu li l-importanti ma jdumux iktar mid-21.30.

Aqra aktar

Send this to a friend