Lokali – Page 3710 – One News

Notifiki

Tonio Fenech jitlef kawża kontra l-Ministri Cardona u Bartolo

Il-Maġistrat Francesco Depascuale ta s-sentenza tiegħu fil-każ tal-libell kriminali li l-eks Ministru Nazzjonalista kien għamel b’rabta ma’ kummenti li l-Ministri Chris Cardona u Evarist Bartolo għaddew ftit qabel l-aħħar elezzjoni ġenerali f’konferenza tal-aħbarijiet dwar ir-rigal li rċieva mingħand l-aħwa Farrugia.

Intqal li “l-Qorti ma tistax tara kif Tonio Fenech jista’ jħossu malafamat b’fatti li huma veri.”

Aqra aktar

“Għalija l-Partit Nazzjonalista huwa passat”

Erbat’ijiem ilu, Joseph Galea irriżenja b’mod uffiċjali minn kunsillier Nazzjonalista, biex issa huwa kunsillier indipendenti.

Mentally, imkisser…li hu ċert hu li l-Partit Nazzjonalista għalija huwa ħaġa tal-passat” stqarr magħna Joseph, li mhux minnu li rriżenja minħabba ‘raġuni personali’, kif qal il-Partit Nazzjonalista fi stqarrija l-għada tar-riżenja tiegħu.

Aqra aktar

Esplora jiġbed l-għajn

Iċ-ċentru tax-xjenza “Esplora” jinsab fi stadju avvanzat ħafna u dawk li għaddew minn ħdejn Villa Bighi f’dawn l-aħħar jiem setgħu jinnotaw l-istruttura mill-isbaħ li tissimbolizza l-innovazzjoni li se jkun marbut miegħu dan iċ-ċentru li qed isir b’investiment ta’ €26,000,000.

Aqra aktar

Hemm bżonn dentisti biex jimlew is-snien

Id-Dipartiment tas-Saħħa ħareġ sejħa għal dentisti fil-privat, biex jagħmlu fillings fil-privat.

Dan is-servizz se jkun imħallas mill-Gvern, għal pazjenti li jinsabu fuq il-lista fl-isptar Mater Dei. Dan ħabbru l-Ministru għas-Saħħa, Chris Fearne, fil-Parlament,  fi tweġiba Parlamentari għall-mistoqsijiet tal-kelliema tal-Oppożizzjoni għas-Saħħa Claudette Buttigieg.

Aqra aktar

Ernest Tonna daħħal aktar minn €217,000 mill-Kunsilli Lokali

Ernest Tonna, wieħed minn ta’ ġewwa fid-Dar Ċentrali, magħruf l-iktar għall-appoġġ lil eks Ministru Austin Gatt daħħal iktar minn €217,000 bħala ‘authorized officer’ ta’ Kunsilli Lokali.

Dan fl-istess żmien li gawda wkoll minn ħatriet fil-Malta Freeport Corporation, li tagħha kien responsabbli l-istess Austin Gatt.

Dawn id-dettalji tahom fil-Parlament il-Ministru, Owen Bonnici, għal domanda tad-deputat Luciano Busttil.

Aqra aktar

Anzjani Karkariżi jivjaġġaw u jitgħallmu

Tmien anzjani Karkariżi li għandhom bejn is-60 u s-70 sena se jintagħżlu biex imorru ġimgħa Abruzzo.

Dan bħala parti mill-proġett “PLEASE”, fejn mhux biss se sservihom bħala ġimgħa vaganza f’belt Taljana mill-isbaħ, iżda anki se jingħataw kors li jżewweġ flimkien l-ippjanar tal-vaganzi, mat-teknoloġija, kif spjegat is-Sindku ta’ Birkirkara.

Aqra aktar

Send this to a friend