Lokali – Page 3688 – One News

Notifiki

ll-Monument tas-Sette Giugno se jiċċaqlaq

Jitnieda eżerċizzju ta’ konsultazzjoni pubblika dwar ir-rilokazzjoni tal-Monument tas-Sette Giugno li b’mod temporanju jinsab fil-ġnien ta’ Hastings fil-Belt Valletta.

ll-fehmiet dwar fejn il-monument għandu jitqiegħed ivarjaw. Fl-aħħar ċerimonja ta’ tqegħid ta’ fjuri fuq il-monument, l-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati Anġlu Farrugia qabel li l-monument għandu jitneħħa mill-post temporanju u jitqiegħed quddiem il-Parlament.Aqra aktar

Tfal minn wara gradi twal tal-ħadid: “Imma għala ma tridniex?”  

Mal-wasla tagħha f’wieħed mill-kampijiet tar-refuġjati li hemm mal-fruntiera bejn is-Sirja u t-Turkija, kienet milqugħa minn Sabha. Tifla ta’ għaxar snin. Ħarbet mis-Sirja flimkien ma’ familtha ftit tax-xhur ilu. Kellmitha bl-Għarbi u weġibtha bil-Malti. Irrakkuntatilha dwar l-iktar lezzjoni favoritha tagħha fl-iskola fejn qed tmur bħalissa fit-Turkija.

Imxiet maċ-ċkejkna id f’id madwar fil-madwar tal-kampijiet. Il-bqija tat-tfal bdew jinġabru magħhom. Fosthom kien hemm erbgħa li qabdu ma’ saqajha. Iddispjaċiha li ma kellha xejn fuqha – ħelu jew ġugarelli – x’tagħtihom. Iżda tifla mfarfra qaltilha: “Mhux problema. Imħabba u attenzjoni kulma jridu.”

Aqra aktar

Mediċina sportiva fiċ-ċentri tas-saħħa

Il-mediċina sportiva, magħrufa aħjar bħala Sports and Exercise Medicine, huwa kunċett pjuttost ġdid għal pajjiżna u fiċ-ċentru tas-saħħa ta’ Birkirkara beda jingħata dan is-servizz.

Għalkemm ħafna jaħsbu li din hija relatata biss ma’ meta wieħed iweġġa’, il-kura għas-saħħa primarja f’pajjiżna hija iktar ibbażata fuq l-aspett ta’ prevenzjoni kif spjega l-konsulent Kirill Micallef Stafrace.

 

Intant, b’investiment ta’ €45,000, kien inawgurat ukoll ċentru ta’ rijabilitazzjoni għall-fiżjoterapija fiċ-ċentru tas-saħħa ta’ Birkirkara. Dan b’erba’ cubicles, u b’apparat ġdid biex dak li jsir fl-iSptar Mater Dei, jista’ jsir anke fiċ-ċentru tas-saħħa.

Meta żar iċ-ċentru l-Ministru għas-Saħħa Chris Fearne, innota kif f’Birkirara, m’għadx hemm lista’ ta’ stennija għall-fiżjoterapija, u pazjenti jinqdew f’medja ta’ jumejn. F’Birkirkara beda ta’ mediċina sportiva.

Il-Kap Eżekuttiv tal-kura għas-Saħħa Primarja, Renzo Degabriele, ħabbar li se toħroġ expression of interest għall-fiżjoterapisti bil-għan li dawn jaħdmu wkoll filgħaxijiet.

Schiavone jagħmel waħda bħal Kap

Donnu li esponenti tal-Partit Nazzjonalista qed jittieħdu mill-Kap tagħhom.

Jghidu li ltaqgħu ma’ nies li qed jaffaċjaw xi problema, imbagħad ma jressqux isimhom lill-Ministeru kkonċernat biex jekk il-problema teżisti tissolva. Aqra aktar

Akkademja ġdida – ħolma li saret realtà

Il-Federazjoni Maltija tal-Kenura kellha ħolma li issa saret realtà, hekk kif tħabbar il-bidu tal-Akkademja Maltija tal-Kenura.

L-akademja tilqa’ tfal ta’ bejn il-11 u s-16-il sena għall-ewwel kors ta’ taħriġ fil-qasam tal-kenuri u l-kayaks. Il-korsijiet fi ħdan l-akkademja se jibdew dan ix-xahar u l-membri jistgħu jattendu żewġ sessjonijiet ta’ taħrig fil-ġimgħa.

Aqra aktar

Malta protagonista kontra s-swat bħala kastig

Konferenza globali dwar l-abolizzjoni tal-kastig bis-swat se ssir f’Malta fl-2018.

Fi tmiem konferenza ta’ jumejn fi Vjenna bl-isem “Towards Childhoods Free from Corporal Punishment” il-Ministru Awstrijakk għall-Familja u ż-Żgħażagħ Sophie Karmasin ħabbret li l-konferenza globali li jmiss se ssir taħt l-awspiċi tal-President ta’ Malta Marie-Louise Coleiro Preca.

Aqra aktar

Pruvaw ixaħħmu disa’ plejers

Allegatament żewġ plejers tat-tim nazzjonli tal-futbol ta’ taħt il-wieħed u għoxrin sena kienu interessati li jixxaħmu biex ikun irranġat l-iskor ta’ logħba kompetitiva li t-tim lagħab kontra l-Montenegro.

Aqra aktar

Send this to a friend