Lokali – Page 3560 – One News

Notifiki

Tas-Sanità b’regoli ġodda

L-Awtorità tal-Ippjanar ippubblikat avviż legali dwar regolamenti ġodda li jappartjenu liġijiet tas-saħħa  sanitarji relatati mal-bini. Ir-regolamenti l-ġodda se jtejbu d-dispożizzjonijiet sanitarji qodma stabbiliti fil-liġijiet ta’ Malta kif ukoll d-dispożizzjonijiet oħra riveduti.

Aqra aktar

Il-Kanadiżi m’emmnuhx u bagħtuh lura Malta

Raġel ta’ nisel Sirjan li jgħix Malta ġie ordnat jitlaq mill-Kanada sa nhar is-Sibt li ġej.

Skont l-aġenzija tal-aħbarijiet CBC, Nader Kaseb wasal l-ajruport Halifax nhar it-12 ta’ Ġunju, b’$2,037, ittra li tikkonferma li ssieħeb f’kors biex jitgħallem l-Ingliż, u biljett biex imur lura ftit wara li jintemm il-kors.

Aqra aktar

Clean Bandit għall-Isle of MTV

Il-band Clean Bandit ukoll se tipparteċipa fl-10 edizzjoni tal-kunċert Isle of MTV ta’ din is-sena li se jsir fit-28 ta’ Ġunju fuq il-Fossos tal-Furjana.

Il-band Ingliża laħqet il-quċċata tac-charts ħames darbiet. Waħda mill-akbar suċċessi ta’ din il-band hija d-diska There’s no place I’d Rather be. Minbarra l-artisti internazzjonali li tħabbru diġà, se jieħdu sehem ukoll il-kantanti lokali, Amber u l-band Airport Impressions.

“L-ebda relazzjoni bejn il-Morning After Pill u tqala mhux pjanata”

L-evidenza turi li m’hemm l-ebda korelazzjoni bejn l-aċċess għall-Morning After Pill u t-tnaqqis ta’ tqala mhux pjanta. Dan stqarritu l-Women for Life, b’reazzjoni għall-protest ġudizzjarju mressaq mill-Fondazzjoni għad-Drittijiet tan-Nisa kontra l-istat biex f’pajjiżna tidħol il-kontraċezzjoni ta’ emerġenza, bħall-Morning After Pill.

Aqra aktar

Taħwida familjari fin-Nadur

Il-każ fejn intalbu jittieħdu passi b’rabta ma’ numru kbir ta’ direct orders kontra l-liġi mill-Kunsill Lokali tan-Nadur idur kollu kemm hu ma’ membri tal-istess familja.

Il-Bord tal-Gvernanza Lokali talab li jittieħdu passi kontra l-eks Sindku Charles Said u l-eks Segretarju Eżekuttiv tal-Kunsill Lokali, Rita Mifsud Attard.Aqra aktar

Schembri bil-flokk ta’ Boavista

Il-klabb Portugiż ta’ Boavista, għamel uffiċjali l-akkwist tal-attakant Malti Andre Schembri. Dan huwa trasferiment prestiġjuż għal Schembri li dejjem wera impenn li jilgħab barra minn pajjiżna. Anke jekk Boavista m’għadhomx il-forza tal-imgħoddi Schembri se jkun qed jilgħab f’kampjonat b’timijiet bil-livell ta’ Porto u Benfica fost oħrajn. Aqra aktar

Karozza li tidher sospiża wara li niżlet mill-Gozo Channel

Qarrej ta’ dan is-sit bagħat ritratt ta’ karozza li għal ftit mumenti spiċċat tistrieħ fuq ir-rampi fuq l-art wara li niżlet mill-vapur tal-Gozo Channel.

Is-sitwazzjoni kienet ikkontrollata minnufih u ħadd ma ndarab. Il-karozzi l-oħra li kienu fuq il-vapur niżlu mingħajr xkiel wara li l-vapur kien irmiġġjat. 

Ġmiel fil-ġebel fl-Isla

Ikompli jinkixef il-ġmiel tal-iskulturi fil-ġebel li kienu mixkufa b’kumbinazzjoni f’Jannar li għadda, waqt xogħol volontarju li kien qed isir fil-bażilika tal-Isla.Aqra aktar

Send this to a friend