Lokali – Page 3523 – One News

CT scanner ġdida – aktar pazjenti jinqdew

Fl-isptar Mater Dei il-Ministru għas-Saħħa Chris Fearne żar sala ġdid li fiha se tkun qed titħaddem CT scanner ġdida li tiswa maż-żewġ miljun ewro.

Din il-magna hija l-aktar waħda moderna fis-suq u se tkun qed twassal għal vantaġġi kbar, fost oħrajn billi jinkisbu dettalji dwar l-arterji tal-qalb u billi tgħin fit-trattament ta’ mard bħal kanċer.

Aqra aktar

Xogħol ta’ manutenzjoni fi Triq D’Argens il-Gżira

Ser ikompli x-xogħol ta’ manutenzjoni fi Triq D’Argens, illejla bejn it-8.00 ta’ filgħaxija u s-6.00 ta’ filgħodu. Ix-xogħol li hu relatat mall-preparamenti għall-proġett tal-Kappara, ser isir fin-naħa tal-junction ta’ din it-triq kantuniera ma’ Triq L-Imsida u Triq E. Mizzi.

It-traffiku mill-Imsida lejn il-Gżira u Tas-Sliema ser jgħaddi minn Triq Testaferrata. It-traffiku mill-junction tal-Kappara għal Triq Tas-Sliema fil-Gżira u lejn L-Imsida u l-Gżira ser jgħaddi minn Triq D’Argens għal Triq il-Gżira għal Triq ix-Xatt Ta’ Xbiex. It-traffiku mill-junction tal-Kappara lejn Tas-Sliema mhux ser jiġi affettwat  u jibqa għaddej lejn Triq D’Argens.

Aqra aktar

Issa aktar minn qatt qabel, Busuttil għandu jippubblika l-ismijiet

F’konferenza tal-aħbarijiet organizzata mill-Ministru Edward Zammit Lewis u l-kandidat għall-elezzjoni ta’ Deputat Mexxej Stefan Zrinzo Azzopardi, saru numru ta’ osservazzjonijiet dwar l-iskema ta’ dejn sigriet tal-Partit Nazzjonalista u dak li għadu kemm ħareġ mill-Panama Papers.

Zammit Lewis u Zrinzo osservaw li fl-ewwel ċans li kellu ta’ kredibilità u influwenza politika, Simon Busuttil ħareg bl-iskema ta’ self sigriet ibbazata fuq il-ħabi. Sfidaw lil Simon Busuttil biex jippublika l-ismijiet lil min ħa jsellef il-flus, sabiex ikun żgurat li dawn mhux ġejjin minn sorsi lleċti. Innotaw ukoll li m’hemm xejn li jiggarantixxi li min isellef se jieħu flusu lura, fid-dawl tas-sitwazzjoni finanzjarja tal-Partit Nazzjonalista.

Aqra aktar

AĠĠORNATA: L-HSBC ixejjen għal kollox il-qerq dwar Keith Schembri

Fi stqarrija HSBC Bank Malta qal li jinnota l-interess kontinwu dwar jekk il-korrispondenza mill-fergħa tiegħu tal-Bank ta’ Ħ’Attard kienetx maħruġa wara li l-fergħa kienet ingħalqet.

Il-bank ikkonferma li ċerti ittri kienu nħarġu bl-indirizz tal-fergħa ta’ Ħ’Attard wara li din għalqet. Dan seħħ minħabba żball amministrattiv fis-sistema tal-korrispondenza u templates tal-bank.

Aqra aktar

Evakwati mill-BOV tal-Marsa

Aġġornata

Bank of Valletta fi stqarrija informa lill-klijenti tiegħu li l-fergħa li tinstab fl-indirizz 5, Triq it-Tiġrija, Marsa kienet temporanjament magħluqa għan-negozju għal ftit ħin dalgħodu. Din il-miżura kienet neċessarja minħabba li żviluppat ħsara żgħira fis-sistema tal-arja kondizzjonata wara li kien hemm power surge. Il-proċeduri kollha ta’ Health and Safety kienu segwiti.

Il-klijenti u l-impjegati kollha ġew evakwati mill-bini b’mod immedjat. Ħadd ma weġġa’ f’dan l-inċident u ebda ħsara ma kienet rappurtata.

Il-fergħa issa qed topera b’mod normali.

Aktar Kmieni

Klijenti li kienu fl-istabilment tal-BOV fil-Marsa kienu evakwati minħabba riha ta’ gas qawwija.

Ħadd ma weġġa iżda r-riha ta’ gas kienet qawwija ħafna, tant li kienet tinxtamm minn barra.

 

bovmarasev

7,000 se jgawdu minn skema li tinċentiva l-użu ta’ pannelli

Bil-għan li jkun imħeġġeġ iktar l-użu ta’ enerġija Alternattiva u arja iktar nadifa il-gvern nieda fond ta’ madwar 15–il miljun ewro minn Fondi Ewropej għal sistemi ta’ Pannelli Fotovoltajiċi residenzjali.
Dan tħabbar fi stqarrija tall-Uffiċċju tal-Prim Ministru u s-Segretarjat Parlamentari għall-Fondi Ewropej meta nidew l-ewwel minn tliet skemi b’valur ta’ €5 miljun il-waħda. Huwa stmat li ftit inqas minn 7,000 familja mistennija tibbenefika minn din l-iskema.

Aqra aktar

Jinbiegħu aktar karozzi ġodda

Iċ-chairman tal-Assoċjazzjoni tal-Importaturi Maltin tal-Karozzin Joe Gasan qal li inċentivi li dan il-Gvern daħħal fis-seħħ qed ikunu ta’ ħafna ġid għas-settur. Innota li fl-ewwel kwart ta’ din is-sena, kien hemm iktar xiri ta’ karozzi ġodda milli dawk diġa użati.

l-ACIM ressqu numru ta’ rakkomandazzjonijiet biex is-suq tax-xiri ta’ karozzi ġodda jkun iktar sostenibbli.

Aqra aktar

Iffirmata dikjarazzjoni favur l-inklużjoni

Ftit tal-ħin ilu l-Ministru Helena Dalli għadha kemm iffirmat dikjarazzjoni għall-inklużjoni fil-postijiet tax-xogħol waqt l-IDAHO Forum li qed isir f’Copenhagen.

Il-Ministru Dalli indirizatt wkoll konferenza ta’ organizazzjonijiet LGBTIQ fejn tkellmet dwar il-progress li sar f’Malta fuq drittijiet ċivili matul l-aħħar snin. Hija spjegat kif it-tmexxija ta’ dan il-Gvern f’dan il-qasam kienet importanti ħafna.

Aqra aktar

L-ewwel pass lejn ajruport lest għall-futur

L-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta daħal fi sħubija strateġika mas-SITA, organizzazzjoni li tispeċjalizza fis-sistemi tal-IT fis-settur tal-avjazzjoni. Din is-sħubija hija mmirata li tagħti spinta lil operat tal-ajruport sabiex dan jilħaq livelli ogħla ta’ eċċellenza u, b’hekk, isir pijunier fit-teknoloġija flindustrija tal-avjazzjoni.

Aqra aktar

Send this to a friend