Lokali – Page 3351 – One News

Notifiki

“Nibnu fuq is-suċċess li ksibna”

Matul l-laqgħa ġenerali annwali tal-Jobsplus, il-kap eżekuttiv Clyde Caruana, ta’ rendikont tax-xogħol li sar u l-inizjattivi li tnehdew matul din is-sena.

Is-sur Caruana qal li din kienet sena li ġabet magħha numru sostanzjali ta’ bidliet, b’mixja li waslet il-Korporazzjoni għax-Xogħol u t-Taħrig għal Jobsplus; b’isem u dehra ġdida li jirriflettu mhux biss tibdil kożmetiku, iżda wkoll tibdil fil-qafas ta’ l-operat. Dawn it-tibdiliet ssarfu f’numru ta’ records fis-suq tax-xogħol, inkluż żieda fl-impjiegi b’rata d-doppju ta’ dik fiż-żona ewro, u l-inqas rata ta’ qgħad fl-Unjoni Ewropea, hekk kif tul dawn l-aħħar tlett snin il-qgħad niżel minn 7,400 għal kważi 3,000.

Fost in-numru ta’ tibdiliet ġodda li saru matul dis-sena, daħlet fis-seħħ sistema ta’ tqabbil tal-impjiegi flimkien ma’ websajt ġdida, bil-mira li jinħoloq suq ta’ xogħol virtwali, filwaqt li żdiedet ukoll l-preżenza ta’ Jobsplus fuq siti soċjali sabiex jintlaħqu aktar nies.

Inbidlet ukoll b’mod radikali il-proċedura ta’ kif persuni li qed ifittxu xogħol jirreġistraw mal-Jobsplus, u żdiedet l-interazzjoni li jkollhom ir-reġistranti mal- employment advisers bl-għan li jiġu kkreati action plans għalihom, u b’hekk jkun hemm aktar għarfien tal-ħiliet ta’ dawk li qed jirreġistraw.

Aqra aktar

Pajjiżna mogħti rating ta’ A+

L-aġenzija ta’ rating internazzjonali, Creditreform Rating AG, għadha kemm ħabbret li qed tagħti rating ta’ A+, b’outlook stabbli, lil pajjiżna. Din kienet l-ewwel darba li din l-aġenzija Ġermaniza għazlet li tagħti rating lill-ekonomija ta’ pajjiżna.

Fost il-kawżi tar-rating positiv li semmew l-esperti ta’ Creditreform, jispikkaw t-tkabbir qawwi fil-potenzjal ekonomiku ta’ pajjiżna, it-titjib sostanzjali fil-finanzi pubbliċi, qafas istituzzjonali b’saħħtu kif ukoll l-andament positiv fil-bilanċ ta’ pagamenti ta’ pajjiżna. Ir-rapport tal-Creditreform Rating AG jinnota li “Malta’s potential growth is among the highest of all euro area members”. Dan filwaqt li jirrimarka li pajjiżna għandu “dynamic growth on the back of a buoyant labour market” li huwa “supportive to income convergence towards the EU-28 average”.

Aqra aktar

Argumenti sħan dwar Paceville

Argumenti sħan bejn ix-Shadow Minister Marthese Portelli u s-Segretarju Parlamentari Deborah Schembri iddominaw ħafna mil-laqgħa tal-kumitat permanenti dwar l-ambjent u l-ippjanar tal-iżvilupp li kien qed jiddiskuti l-masterplan ta’ Paceville.

Portelli lmentat li l-kumitat kien qed jitalab itemm ix-xogħol u jirraporta lill-Plenarja meta l-Awtorità tal-Ippjanar u d-Dipartiment tal-Artijiet kienu għadhom ma tawx lill-Oppożizzjoni informazzjoni mitluba.

Minkejja dawn l-ilmenti, Portelli ħasset li kellha biżżejjed informazzjoni biex tarmi l-pjan, tisisti li għandu jkun “skrappjat” u jinħadem mill-ġdid. Meta Schembri staqsiet lill-Oppożizzjoni jgħidu x’inhuma l-oġġezzjonijiet speċifiċi tagħhom għall-pjan, l-oppożizzjoni rrifjutat, ħlief li Portelli semmiet Mercury House.

Aqra aktar

Il-PM jkompli biż-żjarat: jiltaqa’ mal-Prim Ministru tal-Irlanda

Il-Prim Ministru Joseph Muscat beda l-vjaġġi marbuta mal-Presidenza tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea lbieraħ, fl-ewwel ġurnata l-Prim Ministru ltaqa’ mal-President Franċiż Francois Hollande kif ukoll mal-Prim Ministru tal-Irlanda Enda Kenny, li ilu jmexxi l-pajjiż mill-2011.

Fuq twitter, il-Prim Ministru stqarr li Malta u l-Irlanda għandhom l-istess ħsieb prattiku li dejjem ifittxu soluzzjonijiet Ewropej.
Aqra aktar

Ireġġgħu l-arloġġ lura għall-arroganza ta’ qabel

Jason Azzopardi u l-Oppożizzjoni Nazzjonalista qed juru li jaqblu biss mal-istituzzjonijiet meta d-deċiżjoni tal-istess istituzzjonijiet tkun togħġobhom. Din hija l-istess arroganza grassa li konna naraw meta l-istess nies kienu fil-Gvern.

Hekk qal il-Partit Laburista b’referenza għar-reazzjoni ta’ Jason Azzopardi għar-ruling tal-ispeaker, fejn sabu ħati ta’ ksur ta’ privileġġ fil-konfront tal-Ministru Owen Bonnici u talbu biex jirtira d-diskors li qal, kienet; ‘li jista’ jinsa’.

Aqra aktar

Jibdew jarmaw il-presepju Malti fil-Vatikan

Dawn ir-ritratti juri l-ħaddiema jarmaw il-presepju Malti li se jkun qed jiġi esebit fi Pjazza San Pietru.

Il-presepju telaq minn Malta nhar il-Ġimgħa. Wara jumejn ta’ tgħobbija tal-materjal f’żewġ containers, telaq minn Malta lejn il-Vatikan sabiex jiġi armat fi Pjazza San Pietru u mill-ewwel ġimgħa ta’ Diċembru jkun jista’ jibda jpaxxi l-għajn ta’ min izur il-Vatikan sat-tmienja ta’Jannar.
Aqra aktar

MAM: “Il-kura tal-pazjent mhix it-tħassib ewlieni tagħna”

• L-Awditur Ġenerali: “Ħalluna naħdmu bil-kwiet”

• Jintalab ruling tal-ispeaker

Il-President tal-Assoċjazzjoni Medika Maltija, Martin Balzan, qal li fil-kwistjoni dwar il-kuntratti bejn il-Gvern u l-Vitals Health Group il-kura tal-pazjent mhix it-tħassib ewlieni tagħhom.

Hu ddikjara dan fil-Kumitat għall-Kontijiet Pubbliċi li ddiskuta t-talba tal-Union Ħaddiema Magħqudin u l-istess Malta Medical Association biex l-istess kumitat jiddiskuti l-kuntratti bejn il-Gvern u l-Vital Global Health Care Malta. Diskussjoni li jriduha tkun segwita b’rapport tal-Awditur Ġenerali.

Aqra aktar

“L-Oppożizzjoni tkompli tipprova titfa’ t-tajn”

Fi stqarrija l-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol qal li l-aħħar stqarrija giddieba tal-Oppożizzjoni qed tkompli tipprova titfa’ t-tajn fuq il-passi li ttieħdu mil-Ministeru biex kull akkuża tiġi investigata mill-awtoritajiet.

Il-Ministeru qal li hu jerġa’ jtenni li kull darba li rċieva allegazzjoni, hi x’inhi jew hi minn fejn hi, ir-risposta dejjem kienet biex dawn l-allegazzjonijiet jingħataw lill-Pulizija. Meta l-Ministeru kellu l-informazzjoni li setgħet tgħin l-investigazzjoni, dawn ġew mgħoddija lill-istess Pulizija. Li jibqa’ jingħad mill-Oppożizzjoni li l-Ministru “baqa ħalqu magħluq”, li “ħeba l-allegazzjonijiet ta’ korruzzjoni” jew li “ma ħa l-ebda passi” juri kemm l-istess Oppożizzjoni lesta taqa’ fil-baxx bil-gideb tagħha.

Aqra aktar

Send this to a friend