Lokali – Page 3261 – One News

Notifiki

Kulħadd mistieden għall-quddiesa tat-tieġ ta’ Bjorn u Maria!

Kulħadd mistieden għall-quddiesa tat-tieġ ta’ Bjorn u Maria nhar is-Sibt li ġej fis-18:30 fil-Knisja Parrokjali tal-Ħad-Dingli!

Permezz tal-paġna Facebook li l-koppja ħolqu għat-tieġ, bl-isem Bjorn & Maria’s Wedding in aid of ALS Malta, qed jistiednu lill-pubbliku jagħmel donazzjoni lill-ALS Malta.

Il-koppja semmat leħinha wara li Bjorn instab li għandu l-ALS, marda kronika u terminali li mhux qed taqtalu qalbu milli jagħmel kuraġġ lill-ħaddieħor.

Aqra aktar

Xenata fil-Parlament

L-iSpeaker Anġlu Farrugia lbieraħ filgħaxija lmenta minn dak li sejjaħ “il-mod lakoniku” li ċerti dikjarazzjonijiet isiru u ġibed l-attenzjoni ta’ kulħadd għal riġidità u attenzjoni fil-kliem li jintuża ħali ma jinqalgħux malinitiżi imma iżjed u iżjed ħalli ma tingħatax l-impressjoni – anke jekk żbaljata – li l-persuna tkun qed tiżvija l-Kamra.

Farrugia kien qed jagħti ruling mitlub mill-Ministru Evarist Bartolo wara xenata li instiga bi kliemu l-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil. Fil-ħin tal-mistoqsijiet, Busuttil għoġbu jakkuża lill-Ministru li qed jiżgwida lill-Kamra dwar l-iskema ta’ taħriġ tal-ħaddiema mill-General Workers’ Union. Busuttil insista li l-Ministru qed iqabbel skema ma’ skema oħra ta’ żmien amministrazzjoni Nazzjonalista li hija differenti minn dik ta’ qabilha. Busuttil saħansitra wasal jgħid li l-iskema tal-Ministru Bartolo ħolqot “prekarjat oxxen”.

Il-Ministru Bartolo qal li huwa jirrifuta l-akkuża u ma kienx se jwieġbu. Qal li Busuttil kien qed jgħid li huwa għal ta l-apposta kien qed jiżgwida u jqarraq bil-Kamra, li hija akkuża serja ħafna. Il-Ministru Bartolo qal li “jirrifjuta l-ħafna gideb li Busuttil jgħid kontra tiegħu barra l-Kamra”.

Aqra aktar

Jonqsu dawk li qed jirċievu għajnuna soċjali

Bħalissa f’Malta hawn 9,670 persuna li qed tirċievi għajnuna soċjali meta sena ilu, n-numru ta’ benefiċjarji kien jammonta għal 11,260.

Il-Ministru Michael Farrugia qal fi tweġiba lid-deputat laburista Anthony Agius Decelis li dawk fuq assistenza soċjali is-sena li għaddiet kienu 5,481 u niżlu għal 5,258 din is-sena; dawk fuq assistenza bħala single parents kien 3,172 sena ilu u dis-sena niżlu għal 2,897.

Il-Ministru qal li dawk li huma fuq assistenza tal-qagħad, benefiċċju li jingħata lil min ikun ilu ma jaħdimx u jirreġistra, is-sena li għaddiet kienu 2,607 u din is-sena huma 1,515.

 

Hemm żewġ embrijuni friżati f’Mater Dei

Il-Ministru għas-Saħħa, Chris Fearne ilbieraħ żvela fil-Parlament li fl-Isptar Mater Dei hemm żewġ embrijuni ffriżati wara li l-omm spiċċat fit-Taqsima tal-Kura Intensiva.

Meta kien qed jagħlaq id-dibattitu dwar l-estimi tal-Awtorità dwar il-Protezzjoni ta’ Embrijuni, il-Ministru Fearne deher li kien qed jirreferi għal kritika li għamel aktar qabel il-whip tgal-gvern Godfrey Farrugia li wissa lkill-membri parlamentari biex ma jkunux “kompliċi f’delitt” kemm-il darba jbiddlu l-liġi biex ikunu jistgħu jiġu ffriżati l-embrijuni għax dawk li ma jintużawx jispiċċaw jinqatlu.

Il-Ministru Fearne staqsa x’kien jiġri kieku l-omm mietet. Huwa tenna li din ukoll hija problema u qal li “rridu naraw kif insibu s-soluzzjonijiet għalihom”.

Aqra aktar

Mitlub jirritorna proprjetà lura

Raġel Għawdxi kien mitlub jirritorna lura trakk tal-Bedford Perkins, u kien akkużat li ma mexxiex b’mod korrett meta ħa t-trakk li kien jaf li kien għadu reġistrat fuq persuna oħra.
Aqra aktar

Il-GWU dispjaċuta li l-PN qed jużha għal skopijiet ta’ politika partiġġjana

Il-General Workers’ Union iddispjaċieha għal mod ta’ kif il-Partit Nazzjonalista qed jieħu kull okkażjoni biex jattakka lill-GWU bl-iskop li jiprova jirbaħ vantaġġ politiku partiġjan.

Fi stqarrija l-GWU spjegat li wħud mill-istess nies li qed jikkritikaw l-iskema kienu jew parti mill-kabinet jew involuti fis-servizz pubbliku meta skema simili kienet imħaddma bil-prekarjat fi żmien l-amministrazzjoni Nazzjonalista.
Aqra aktar

Busuttil ifittex konfront, ruling mill-ispeaker

Il-Kap tal-Oppożizzjoni għażel li jakkuża lil Ministru tal-Edukazzjoni li żgwida l-Kamra tad-Deputati meta fil-Parlament fisser kif l-iskema tal-Community Work Scheme hija simili għal skema li nieda l-Partit Nazzjonalista fl-aħħar amministrazzjoni. Xi ħaġa li saħansitra kkonferma l-eks Ministru Carm Mifsud Bonnici f’konferenza tal-aħbarijiet iktar kmieni llum.
Aqra aktar

Send this to a friend