Lokali – Page 3209 – One News

Notifiki

Tinsiex lill-familja meta tixrob u ssuq

Qegħdin fuq l-għatba tal-festi, infakkrukom li saħħitkom tiġi qabel kollox. Il-ħsieb dwar familtna wkoll jorbot mal-mod ta’ kif inti ġġib ruħek fit-triq matul dawn il-ġranet. Aħseb f’familtek f’kull mument.” – il-President ta’ Malta Marie-Louise Coleiro Preca

F’laqgħa li saret bejn il-Kunsill Nazzjonali dwar is-Sigurtà fit-Toroq u l-President ta’ Malta proprju matul dawn il-ġranet ta’ festi, ġie misħuq għal darb’oħra l-bżonn ta’ aktar edukazzjoni, kampanji, riżorsi u ħidma, fosthom l-inklużjoni tad-drugalyzers u t-textalyzers għal nuqqas ta’ aċċidenti fit-toroq tagħna.

Aqra aktar

Fenech Adami quddiem il-Bord ta’ Inkjesta

Il-Viċi Kap tal-Partit Nazzjonalista għall-Ħidma fil-Partit Beppe Fenech Adami kien imsejjaħ biex jagħti x-xhieda tiegħu fl-inkjesta mwaqqfa mill-Prim Ministru biex jiġi mistħarreġ il-każ fejn investigazzjoni kbira dwar ħasil ta’ flus twaqqfet qabel l-elezzjoni tal-2013.

Aqra aktar

Segwi l-intervent isteriku ta’ Fenech Adami

Dak li seħħ ilbieraħ fil-Parlament ma tantx għandu bżonn kliem miktub biex ikun spjegat. Saru domanda sempliċi u minflok wieġeb Beppe Fenech Adami nfexx f’attakk isteriku. Attakk isteriku b’ton kattiv li fl-aħħar mill-aħħar ma’ wieġeb xejn mid-domanda tal-Ministru tal-Ġustizzja.

Aqra aktar

Il-Ħadd titħajjarx taqsam lejn Għawdex f’ħin l-ikel

Fil-Milied u fl-ewwel tas-sena, l-vapur ta’ Għawdex mhux se jkun qed jagħmel il-vjaġġi tiegħu bejn 12.00 u 15.00. Is-servizz tal-Gozo Channel se jkun sospiż biex il-ħaddiema li se jkunu qegħdin jaħdmu f’dawn il-ġranet, ikunu jistgħu jqattgħu ftit ħin mal-familjari u l-ħbieb tagħhom.

Aqra aktar

Send this to a friend