Lokali – Page 3 – One News

Notifiki

Is-Servizz Pubbliku online ta’ Malta huwa l-aqwa fost 36 pajjiż fl-Ewropa

Is-servizzi pubbliċi online ta’ pajjiżna reġgħu ġew l-ewwel minn fost 36 pajjiż.

Fi stqarrija, l-uffiċċju tas-Segretarju Permanenti Ewlieni qal li s-Servizz Pubbliku Malti kklassifika fl-ewwel post minn fost il-pajjiżi kollha tal-Unjoni Ewropea kif ukoll l-Iżlanda, in-Norveġja, il-Montenegro, is-Serbja, I-Iżvizzera, it-Turkija u r-Renju Unit.Aqra aktar

Żewġ persuni l-isptar wara li nqalbet karozza f’Ħ’Attard

Żewġ persuni ttieħdu l-isptar wara li nqalbet karozza li kienet involuta f’ħabta fi Triq Santa Katerina f’Ħ’Attard.

ONE News huwa infurmat li l-inċident seħħ għall-ħabta tat-7:45pm.

Fuq il-post kien hemm membri tal-Protezzjoni Ċivili li ħarġu l-persuni u tabib tal-emerġenza.

Send this to a friend