Lokali – Page 2621 – One News

Notifiki

AĠĠORNAT: Żieda fis-suq turistiku mill-Ewropa tal-Lvant

Is-sena 2016 kienet waħda ta’ suċċess għall-gżejjer Maltin dan hekk kif kien hemm żieda fit-turisti ġejjin minn pajjiżi bħal Polonja, l-Ungerija, ir-Repubblika Ċeka u l-Islovakkja fejn din il-pożittività kompliet kif ukoll fl-ewwel ftit xhur tas-sena 2017.

Dan ħabbritu l-Awtorità għat-Turiżmu permezz ta’ stqarrija fejn sostniet li din iż-żieda fit-turisti minn dawn il-pajjiżi kienet minħabba x-xemx u l-baħar, tiġijiet, vaganzi li waqthom wieħed jista’ jesplora, għal studju tal-Ingliż, għal vaganzi qosra u kif ukoll l-LGBTIQ. Dan permezz ta’ sforzi li għamlet l-MTA permezz ta’ kampanji dwar Malta fl-istess pajjiżi.

Aqra aktar

Illum jasal l-SMS bir-riżultati tal-O u l-A-Levels

Wara xhur ta’ studju żgur mhux forsi bosta bħalissa jinsabu ħerqana jistennew ir-riżultati tal-eżamijiet u sa fl-aħħar wasal propju l-mument tant mistenni. Dan hekk kif propju ftit tas-sigħat oħra mad-disat elef u ħames mitt student f’livell tas-SEC u/jew tal-Matrikola se jirċievu r-riżultati tagħhom. Riżultati għall-eżamijiet li saru bejn il-11 ta’ Marzu u l-15 ta’ Ġunju.

Minn dawn id-disat elef, ħames mija u sittax li resqu għall-eżamijiet din is-sena, 4,019-il kandidat poġġew għal-livell tal-Matrikola.

Waqt konferenza tal-aħbarijiet li saret dalgħodu, intqal ukoll li dwar il-kwistjoni tas-smigħ li kien hemm waqt listening comprehension tat-Taljan, saret investigazzjoni u ġew ikkoreġġuti 25% tal-karti, hemmhekk ttieħdet deċiżjoni li jagħtu kumpens ta’ ħamsa fil-mija jew inkella re-sit tal-eżami.

 

Aqra aktar

AĠĠORNAT: Bulgara tintlaqat minn vettura f’Birkirkara

Mara ttieħdet l-isptar wara li ntlaqtet minn vettura f’Birkirkara.

L-inċident seħħ għall-ħabta tas-7:10 ta’ dalgħodu fil-Bypass f’Birkirkara meta għal xi raġuni vettura tat-tip Chevrolet Kalos misjuqa minn tfajla ta’ 20 sena residenti n-Naxxar laqtet mara Bulgara ta’ 54 sena residenti l-Imsida.

Aqra aktar

Isofri ġrieħi gravi wara li waqa’ t-taraġ f’lukanda fil-Mellieħa

Raġel Ingliż qed isofri minn ġrieħi gravi wara li għal xi raġuni waqa’ t-taraġ f’lukanda fil-Mellieħa.

L-inċident seħħ ilbieraħ, għall-ħabta tal-għaxra ta’ filgħaxija f’lukanda fi Triq il-Marfa, l-Mellieħa.

Għaldaqstant, il-Pulizija marru mmedjatament fuq il-post fejn irriżulta li raġel Ingliż ta’ 35 sena għal xi raġuni waqa’ f’taraġ u ġarrab xi ġrieħi.

Aqra aktar

Taljana ssofri ġrieħi serji wara li waqgħet minn residenza f’Għawdex

Mara ta’ nazzjonalità Taljana qed issofri minn ġrieħi serji wara li waqgħet minn għoli ta’ madwar tmien filati minn residenza fin-Nadur f’Għawdex.

L-inċident seħħ illum għall-ħabta tan-nofsiegħa ta’ filgħodu ġewwa Triq Girgor Buttiġieġ,  in-Nadur, Għawdex.

Il-Pulizija tad-Distrett marret fuq il-post u minn stħarriġ preliminari rriżulta li mara Taljana ta’ 36 sena, residenti n-Nadur, waqgħet għoli ta’ madwar tmien filati ġo residenza privata.

Aqra aktar

Il-PM iħabbar viżjoni ta’ 10 snin biex nofs il-kandidati tal-PL jkunu nisa

“Numru miżeru ta’ nisa ġew eletti fil-Parlament. Il-Partit Laburista naqqas in-numru ta’ kandidati nisa eletti fil-Parlament minn ħamsa għal erba’ – dan m’huwiex aċċettabbli u ma nistgħux nħalluh jgħaddi qisu ma ġara xejn. Din mhux kwistjoni politika biss iżda hija riflessjoni tas-soċjetà – nofs il-poplu mhux rappreżentat fil-Parlament.”

Kien dan id-diskors li qal il-Prim Ministru u Mexxej Laburista Joseph Muscat fl-indirizz tiegħu fil-Konferenza Ġenerali Straordinarja tal-Partit Laburista. Diskors li fih il-Prim Ministru tkellem dwar il-pjan fuq mhedda ta’ għaxar snin li se jkun qed jattwa l-Partit Laburista biex sal-2027 nofs il-kandidati tal-Partit Laburista jkunu nisa.

Aqra aktar

Nefqa ta’ €1,279,830 għall-kampanja elettorali tal-Partit Laburista

Il-kampanja elettorali tal-Partit Laburista bit-tema l-Aqwa Żmien ta’ Pajjiżna swiet €1,279,830.

Dan ir-rendikont ingħata fil-Konferenza Ġenerali Straordinarja tal-Partit Laburista mill-Kap Eżekuttiv tal-Partit, Gino Cauchi.

Cauchi qal li filwaqt li l-Partit Laburista ħaseb li jagħmel l-aqwa kampanja elettorali bil-għan li jasal il-messaġġ, ikkunsidra li din tkun iffinanzjata mill-ġbir ta’ fondi li sar.

Fil-fatt, fl-istess ħin il-Partit Laburista daħħal €1,370,000. Bilanċ pożittiv ta’ ftit iktar minn €90,000 wara li ntemmet il-kampanja elettorali.

Għalkemm din mhijiex nefqa żgħira mhijix spiża li tirrifletti x-xogħol kollu li jkun sar u l-ispejjeż kollha li kien hemm. Dan għaliex tkun inżammet kontrollata grazzi għas-sehem ta’ mijiet ta’ volontiera li diffiċli wieħed jistma’ l-ħidma tagħhom.

Il-Kap Eżekuttiv tal-Partit Laburista spjega kif  in-nefqa kienet inqas minn dik tal-2013, li kienet ukoll kampanja itwal. Peró l-poplu apprezza l-messaġġ tal-Partit laburista daqs dakinhar u iktar għaliex anke saħħaħ il-maġġoranza.

“Bir-rebħa tal-2013, fehmna lin-nies eżattament dak li qegħdin ngħidu. Il-messaġġ tal-Prim Ministru wasal bl-aktar mod ċar, fl-aħħar mill-aħħar, bil-vot tagħhom esprimew verdett li l-kampanja tagħna kienet waħda li għoġbithom iżjed minn dik tal-Partit Nazzjonalista. Dan hekk kif kienet ibbażata fuq il-verità, l-onestà u fuq il-viżjoni għall-futur,” temm jgħid il-Kap Eżekuttiv tal-Partit Laburista, Gino Cauchi. Aqra aktar

Eks-Deputati Mexxejja tal-Partit Laburista jinħatru delegati onorarji

Il-Konferenza Ġenerali b’riżoluzzjoni speċjali tista’ għar-raġunijiet eċċezzjonali tiddikjara delegati preżenti jew passati bħala delegati onorarji.

Fil-fatt hekk għamlet, dan hekk kif il-President tal-Partit Laburista Daniel Micallef ressaq reżoluzzjoni fuq ix-xewqa tal-Prim Ministru, f’isem l-Eżekuttiv tal-Partit Laburista biex sitt persuni li servew fil-kariga ta’ Deputat Mexxej tal-Partit Laburista u li matul iż-żmien ħadmu bla heda fi ħdan il-Partit Laburista jinħatru delegati onorarji.

Aqra aktar

Send this to a friend