Lokali – Page 2620 – One News

Notifiki

URĠENTI ĦAFNA! Hemm bżonn id-demm

Il-Bank tad-Demm kellu jerġa’ jagħmel appell urġenti fi ftit sigħat. Dan għax ir-riserva tad-demm mhix dik ideali u fil-fatt hemm bżonn urġenti ta’ donazzjonijiet tad-demm partikularment tal-gruppi O positive u A positive.
Aqra aktar

Simon Busuttil determinat li jżomm is-siġġu Parlamentari

Il-Kap tal-Oppożizzjoni, Simon Busuttil, għamilha ċara li hu biħsiebu jżomm is-siġġu parlamentari tiegħu anke jekk fil-parlament ikun elett wieħed mit-tliet kandidati għat-tmexxija li m’għandhomx siġġu parlamentari.

Għat-tellieqa ta’ Kap ikkontesta deputat parlamentari wieħed biss, u tlieta mill-kontestanti għandhom l-uġigħ ta’ ras li jridu jirbħu siġġu parlamentari jekk iridu li minbarra Kap tal-Partit Nazzjonalsita jkun Kap tal-Oppożizzjoni. Aqra aktar

“I’m lost for words” – il-Malti li jgħid li Linkin Park għenuh isalva f’ħajtu

Ian Fenech huwa ġuvni li jemmen il l-grupp Linkin Park għenuh jerġa’ jiġi fuq saqajh, minħabba l-lirika profonda tal-mużika tagħhom.

Iż-żagħżugħ Malti kellu l-opportunità jiltaqa’ mal-grupp mużikali, u għandu osservazzjonijiet interessanti dwar il-mod kif iħarsu lejn is-segwaċi tagħhom. Kellimnih wara li l-kantant ewlieni, Chester Bennington, miet fl-età ta’ 41 sena. Hu nstab fir-residenza privata tiegħu għall-ħabta tal-17:00 ta’ wara nofsinhar, wara li temm ħajtu.

Aqra aktar

Ħamruniż jindarab gravi f’Ħal Qormi

Vettura tat-tip Kia Avella, misjuqa minn raġel ta’ 69 sena, residenti Ħal Qormi, ħabtet ġo van tat-tip Isuzu Elf li kien wieqaf fi Triq San Bastjan, Ħal Qormi.

Wara d-daqqa, il-vann mexa u laqat raġel li dak il-ħin kien bil-wieqfa quddiem l-istess van. Ir-raġel milqut għandu 68 sena u huwa residenti l-Ħamrun.

Fl-isptar ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi. L-inċident seħħ dalgħodu, għall-ħabta tas-sebgħa neqsin għoxrin.

Ftehim li se jibbenefikaw minnu persuni vulnerabbli

Il-Presidents’ Trust u l-Federazzjonj Maltija ta’ Organizzazzjonijiet Persuni b’Dizabiltà ffirmaw ftehim ta kollaborazzjoni fuq l-inizjattiva ta’ impjiegi għal persuni vulnerabbli.

L-inizjatttiva bdiet fl-2016 u b’dan il-ftehim se jintlaħqu ferm iktar żgħażagħ permezz ta’ Supported Employment Programme. Il-Presidents’ Trust tipprovdi wkoll sistema ta’ mentoring għal dawn iż-żgħażagħ u issa, minn dan il-ftehim, se jkun provdut ukoll job coaching, skills building u gwida fuq il-post tax-xogħol. 

Send this to a friend