Lokali – Page 2619 – One News

Notifiki

AĠĠORNAT: Tibda l-isfida ta’ Michelle Muscat

16:20: Michelle temmet l-isfida b’suċċess.

15:55: Michelle Muscat bħalissa tinsab tgħum fl-akwati ta’ Tignè, Tas-Sliema.

14:30: Bħalissa Michelle Muscat tinsab tgħum fl-akwati ta’ San Ġiljan fejn s’issa lestiet madwar 7km minn total ta’ 10km. Hi se tkun qed tintlaqa’ minn żewġha, il-Prim Ministru ta’ Malta Joseph Muscat f’Marsamxett, fejn hu stmat li tasal għall-ħabta tal-16:00.

13:15: Michelle Muscat bħalissa tinsab fl-akwati ta’ Pembroke.

 

Aktar qabel: L-isfida ta’ Michelle Muscat bdiet fl-10:30am b’qabża fil-baħar tal-akwati tat-Torri tal-Għallies fin-Naxxar.

Sfida li mistennija ddum mas-sitt siegħat u se tara t-tmiem tagħha fil-Port ta’ Marsamxett, iġifieri tul ta’ iktar minn 10km.

Is-sinjura Muscat se tkun qed tgħum f’riħ ta’ forza 3 li mistenni jiżdied mal-jum min-Nofsinhar, iġifieri kontriha u għalhekk l-isfida tagħha se tkun itqal.

Aqra aktar

Jintlemaħ ‘il barra mill-kosta Maltija

It-tanker bl-isem ta’ Neverland li kien qed iġorr madwar 700,000 barmil ta’ żejt mhux raffinat mir-Reġjun Kurdistan qed jiġi rrapportat li deher ‘il barra mill-kosta Maltija u x’aktarx m’għandu l-ebda merkanzija abbord. Dan skont rapport li qed jidher fuq r-Reuters.

It-tanker taż-żejt, mikri minn Vitol, intlemaħ l-aħħar qrib il-kosta fil-Lvant tal-Kanada lejn l-aħħar tax-xahar l-ieħor wara li ntefa’ t-transponder.

Aqra aktar

AĠĠORNAT: Isseħħ serqa mill-Knisja ta’ Bormla – tinsteraq il-labra tal-brillantini b’valur ta’ €20,000

Kmieni dalgħodu l-Pulizija ġew infurmati li seħħet serqa mil-Knisja tal-Immakulata Kunċiżżjoni f’Bormla.

Il-każ ġie rrapportat għall-ħabta tas-6:40 ta’ dalgħodu fi triq il-Pellegrinaġġ f’Bormla fejn qed ikun stmat li nsterqu ‘l fuq minn €16,000 f’oġġetti u flus. Ammont li jeskludi s-serq tal-labra tal-brillantini li waħidha tiswa madwar €20,000.

Aqra aktar

Iktar minn 70 mużiċist għall-Jazz Festival

Is-soltu nassoċċjaw lill-Belt Kapitali tagħna mal-arti, il-kultura,l-arkitettura u anke l-mużika Barokk, iżda f’dawn il-jiem il-Belt Valletta qed tkun sinonima mal-mużika Jazz.

Il-Malta Jazz Festival se joffri spettaklu mill-isbaħ lill-mijiet, grazzi għal wirjiet live u workshops minn iktar minn sebgħin mużiċist.

Aqra aktar

Wasal il-jum tal-għawma għal Michelle Muscat

Wasal il-jum li matulu mart il-Prim Ministru, Michelle Muscat, se tkun qed tagħmel l-għawma annwali tagħha bl-isem ta’ North to Port fejn se tkun qed tgħum mit-Torri tal-Għallis għall-Port ta’ Marsamxett.

Għawma li t-taħriġ għalija ilu għaddej Xitwa sħiħa fejn it-taħriġ fil-baħar jibda madwar tliet xhur qabel.

Aqra aktar

Tal-inqas kollha għandhom siġġu!

Fuq stedina ta’ Chris Said l-erba’ kontestanti għat-tmexxija tal-Partit Nazzjonalista qed jiltaqgħu fi Triq ir-Repubblika fil-Belt Valletta.

Dan biex filwaqt li fil-magħluq tal-każini u fl-intervisti jgħaddu l-battuti lil xulxin anke jekk forsi ma jsemmux l-ismijiet, minn naħa l-oħra jipprovaw jagħtu l-impressjoni ta’ partit magħqud. Jidher li għal-lum ħadu ftit kafè u tazza ilma, min bil-gass u min naturali, u għal din iż-żjara sejħu biss lill-midja tal-Partit Nazzjonalista.Aqra aktar

Maġistrat jordna tfittxija madwar il-pajjiż

Il-Qorti ordnat lill-Pulizija jfittxu koppja Maltija madwar Malta kollha biex ikunu avżati jidru quddiem il-Qorti.

Dan wara li l-Pulizija fallilet milli tinnotifika lill-koppja Dimech biex jitilgħu l-Qorti għal għaxar darbiet u għalhekk il-każ ilu jkun pospost minn Frar tas-sena li għaddiet. Aqra aktar

Send this to a friend