Lokali – Page 2618 – One News

Notifiki

Id-Delegati tal-Partit Laburista jibdew jivvotaw

Il-votazzjoni għal Deputat Mexxej għall-Affarijiet tal-Parlament infetħet ftit tal-minuti ilu, propju mat-tokki tal-għaxra. Għalhekk, fiċ-Ċentru Nazzjonali Laburista hemm moviment mhux ħażin hekk kif kienu numru tajjeb ta’ delegati tal-Partit Laburista li ħasbu biex ipoġġu l-vot tagħhom kmieni. Jispikka l-eċitament fost il-kandidati u d-delegati biex ikunu jafu r-riżultat finali ta’ din l-elezzjoni. Id-Delegati jistgħu jpoġġu l-vot tagħhom sat-20.00. Komplu segwu ONE.COM.MT għall-aħħar żviluppi.

Aqra aktar

Dan it-tmiem il-ġimgħa, oħloq tbissima

Ingħata bidu għall-ħmistax-il edizzjoni tal-Maratona Oħloq Tbissima li bdiet f’nofsinhar ta’ nhar il-Ġimgħa u tibqa’ sejra bla waqfien sa nhar il-Ħadd li ġej f’nofsillejl.

Maratona li tiġbor fondi għall-ħidma tas-Soċjetà Missjunarja ta’ San Pawl fid-Dar ta’ San Ġużepp, u l-missjonijiet barra minn xtutna, fil-Peru, l-Filippini, u l-Pakistan.

Aqra aktar

Illum id-Delegati jivvotaw għal Deputat Mexxej tal-Partit Laburista

Ilbieraħ filgħaxija, fiċ-Ċentru Nazzjonali Laburista sar l-għadd tal-voti għall-kariga tad-Deputat Mexxej tal-Partit Laburista għall-Affarijiet tal-Parlament.

Votazzjoni li matula ebda kandidat ma ġab il-50% u vot u għalhekk it-tellieqa se tkompli llum din id-darba bejn żewġ kandidati: Il-Ministru tas-Saħħa Chris Fearne u l-Ministru tal-Finanzi Edward Scicluna.

Aqra aktar

Tkompli toħroġ fil-beraħ il-firda li ħakmet il-PN

L-apatija u l-firda li hemm fil-Partit Nazzjonalista bħalissa minħabba l-vot dwar il-liġi tal-ugwaljanza fiż-żwieġ kompliet toħroġ fil-beraħ.

Din ħarġet bil-kummenti ta’ Chris Said, wieħed mill-kandidati li qed jimmira li jsir il-Kap il-ġdid tal-Partit Nazzjonalista.

F’intervista mal-Independent, id-deputat Għawdxi għadda l-battuti tiegħu lejn il-Kap Simon Busuttil u sostna li kieku hu kien jagħti free vote lid-deputati tal-Partit Nazzjonalista.

Aqra aktar

KONFERMA TA’ 99%+… Fiduċja sħiħa f’Joseph Muscat

Id-delegati tal-Partit Laburista ddikjaraw fiduċja sħiħa fil-Mexxej tal-Partit Laburista, Joseph Muscat.

Ftit iktar minn xahar wara li l-poplu Malti kkonferma lil Muscat Prim Ministru, id-delegati ħadu sehem f’votazzjoni ta’ konferma fit-tmexxija li skont l-istatut tal-Partit Laburista ssir wara kull elezzjoni ġenerali Joseph Muscat kiseb il-fiduċja ta’ 99% tad-delegati li vvotaw.

Dan meta 733 ivvotaw favur u kien hemm seba’ kontra.

Id-Deputat Mexxej għall-Affarijiet tal-Partit Chris Cardona kien ikkonfermat bi 88% tal-voti favur. Dan ifisser li 639 ivvotaw favur u 87 kontra.


 

AĠĠORNAT: X’qed jiġri bħalissa fiċ-Ċentru Nazzjonali Laburista

22:40: Fearne u Scicluna jibqgħu fit-tellieqa għal Deputat Mexxej.

22:19: Fi ftit minuti oħra se jibda l-proċess tas-sorting tal-voti għal Deputat Mexxej tal-Affarijiet tal-Parlament tal-Partit Laburista.

22:15: Id-Deputat Mexxej għall-Affarijiet tal-Partit Chris Cardona kien ikkonfermat bi 88% tal-voti favur. Dan ifisser li 639 ivvotaw favur u 87 kontra.

22:00: Konferma ta’ 99%+ mid-delegati tal-Partit Laburista ddikjaraw fiduċja sħiħa fil-Mexxej tal-Partit Laburista, Joseph Muscat.

Aqra aktar

SEGWI LIVE: Ivvotaw 745 minn 756

Kienu 745 id-delegati li vvotaw fl-elezzjoni għal Deputat Mexxej tal-Partit Laburista u l-konferma fil-Mexxej Laburista Joseph Muscat u d-Deputat Mexxej Chris Cardona. Dan minn total ta’ 756 delegat biex kienu biss ħdax id-delegati li ma vvotawx.
L-għadd tal-voti, li jista’ jkun segwit hawn, se jibda bil-konferma ta’ Joseph Muscat u d-Deputat Mexxej Chris Cardona u wara jibdew jinfetħu u jingħaddu l-voti ta’ Helena Dalli, Chris Fearne u Edward Scicluna.

Aqra aktar

Send this to a friend