Lokali – Page 2617 – One News

Notifiki

Iċ-Ċittadella Arts Festival – għall-ewwel darba f’Għawdex

Il-Ministru al Għawdex Justyne Caruana ħabbret iċ-Ċittadella Arts Festival li se jsir għall-ewwel darba bħala parti mill-attivitajiet kulturali li jsiru f’Għawdex matul l-istaġun tas-sajf. Din l-ewwel edizzjoni talfestivaltikkumplimenta listaġun talfesti u se toffri għażla ikbar lill-eluf ta’ viżitaturi Maltin u barranin li jżuru lill-gżira Għawdxija fix-xhur tas-sajf.

Aqra aktar

Il-Ministeru tas-Saħħa jgħid li l-artiklu tat-Times huwa qarrieqi

B’risposta għal artiklu tal-ġurnalist Ivan Camilleri li deher illum f’The Sunday Times of Malta, il-Ministeru għas-Saħħa saħaq li l-ammont li tiswa sodda fl-isptarijiet illum, bi ftehim ma’ VGH, jikkumpara fuq l-istess livell li l-Gvern kien iħallas qabel għall-istess servizz, anke jekk il-Gvern mhux se jkun qed iħallas iżjed għat-titjib sinifikanti fl-infrastruttura u fl-apparat mediku li mistenni jirriżulta minn dan il-ftehim.

Aqra aktar

It-toroq u l-infrastruttura prijorità fil-baġit

Il-baġit għas-sena d-dieħel se jkun baġit ta’ kontinwazzjoni. Baġit li se jkunu simili għal dawk li drajna bihom taħt Gvern Laburista.

Waqt intervent telefoniku fuq One Radio, il-Prim Ministru u Mexxej tal-Partit Laburista Joseph Muscat sostna li se terġa tintuża l-istess strateġija li ntużat fl-aħħar erba snin. Irrimarka kif se tingħata imbuttatura fuq l-implimentazzjoni tal-programm elettorali.

Aqra aktar

F’Settembru: iktar tablets f’idejn it-tfal

Fil-bidu tas-sena skolastika li ġejja t-tfal li telgħin ir-raba’ sena tal-primarja jingħataw it-tablet biex hekk jibda t-tieni ċiklu tat-tqassim ta’ din l-għodda edukattiva u għas-sena skolastika li jmiss ikunu t-tfal fir-raba’ sena u fil-ħames sena tal-primarja li jużaw din l-għodda.

Dan wara li s-sena li għaddiet ingħatat lit-tfal tar-raba’ sena tal-primarja. Kien il-Ministru għall-Edukazzjoni, Evarist Bartolo, li ħabbar kif huwa maħsub li bejn Settembru u Ottubru ta’ din is-sena jibda l-proċess li jingħataw it-tablet it-tfal kollha tar-raba’ sena, għas-sena skolastika 2017/2018.

Dan ifisser li jkun beda t-tieni ċiklu, liema ċiklu jerġa’ jirrepeti ruħu fit-tielet sena. Bartolo nnota wkoll kif bdiet l-evalwazzjoni tal-ewwel ftit xhur u l-monitoraġġ ta’ kif intuża t-tablet mit-tfal.

Aqra aktar

Ambjent isbaħ għall-fejqan

Tidħol fir-Rainbow ward u fejn mingħalik se ssib ambjent ta’ dwejjaq, issib kuluri, tbissim, logħob u ferħ.

Fir-Rainbow Ward, fl-Isptar tal-Onkoloġija, tirrenja l-mentalita li l-ambjent huwa parti mill-fejqan. U l-istaff flimkien mat-tfal u l-ġenituri, jaħdmu b’hena lejn il-fejqan.

Ftit inqas minn sentejn ilu r-Rainbow Ward iċċaqalqet minn Mater Dei propju għall-isptar tal-Onkoloġija, u minnufih beda x-xogħol minn Puttinu Cares biex din is-sala tkun iktar attrezzata u akkoljenti. Kif spjegatilna Angele Cuschieri, Viċi President ta’ Puttinu Cares, u Nursing Officer f’din is-Sala.

Aqra aktar

FILMAT: L-impenn iwasslu qrib il-WWE

Beda kollox minn ħolma ta’ tifel ta’ għaxar snin li baqa’ impressjonat bl-ispettaklu sportiv tal-World Wrestling Entertainment.

Biex illum qed jikkollabora mal-istess assoċjazzjoni, mal-kumpanija li tipproduċi l-video game, u mal-Federazzjoni Ġermaniża tar-Wrestling.

Tul is-snin Romario Parnis ħadem b’saħħtu kollha lejn dik il-ħolma, biex kulma jmur qiegħed joqrob lejha.

Aqra aktar

Iċ-chairman tal-MTA dwar l-infurzar fuq il bajjiet

Is-Sibt filgħodu l-awtoritajiet ħadu passi bil-għan li l-operaturi fuq il-bajja tal-Armier ikunu konformi mal-permessi li għandhom u l-bajja ingħatat lill-pubbliku li għandu jkollu l-għażla jekk jagħmilx użu mill-faċilitajiet li jikru huma u jekk le m’għandux jispiċċa mingħajr post fuq il-bajja.

F’operazzjoni mill-Awtorità tat-Turiżmu u l-Awtorita tal-Artijiet tneħħew għexieren ta’ deckchairs u umbrelel minn fuq il-bajjiet tal-armier u little armier. Saħansitra fi stqarrija tal-Awtoritajiet qalu li tgħabbew mal-ħames trakkijiet t’umbrelel u deckchairs miġbura kienu qed jiksru r-regoli tal-permessi tal-bajjiet.

Ic-chairman tal-Awtoritá tat-Turiżmu, Gavin Gulia, spjega kif qabel  ittieħdet din l-azzjoni, l-operaturi tal-istabilimenti kienu mwissija kemm il-darba biex isegwu r-regoli u l-kundizzjonijiet.

Aqra aktar

Debono lest iċedi s-siġġu lil Delia… fi ftehim li jinkludi lil martu

Id-Deputat Nazzjonalista Jean-Pierre Debono ftiehem mal-kandidat għat-tmexxija tal-Partit Nazzjonalista, Adrian Delia, li jekk kemm-il darba Delia jinħatar kap tal-Partit Nazzjonalista, Debono jċedilu s-siġġu Parlamentari. Żvelat dan il-gazzetta KullĦadd dalgħodu li nnotat kif Debono kien elett għall-ewwel darba fil-Parlament fl-aħħar elezzjoni ġenerali mis-seba’ distrett elettorali.Aqra aktar

Send this to a friend