Lokali – Page 2616 – One News

Notifiki

L-FKNK tirreaġixxi għall-opinjoni iebsa dwar l-insib f’Malta

Permezz ta’ stqarrija l-Federazzjoni Kaċċaturi Nassaba Konservazzjonisti sostniet li mingħajr preġudizzju għal xi avviżi/azzjonijiet ulterjuri li tista tieħu, l-FKNK, li tirrappreżenta l-maġġoranza vasta tan-nassaba Maltin, tinnota l-Opinjoni tal-Avukat Ġenerali (AG) tal-UE mogħtija lill-Imħallfin tal-Qorti tal-Ġustizzja Ewropea (ECJ). Dan fil-kawża tal-Kummissjoni Ewropea kontra r-Repubblika ta’ Malta, dwar l-applikazzjoni ta’ Malta ta’ Deroga biex tippermetti l-insib tradizzjonali tal-għasafar tal-għana; inkluż ir-referenza frekwenti għall-FKNK fl-opinjoni msemmija.

Aqra aktar

Delia jinsisti li m’aħniex pajjiż normali; jiftaħar li għamel il-ħamest itfal taħt il-PN

Il-kandidat għat-tmexxija tal-Partit Nazzjonalista, Adrian Delia, qed jgħażel li jżomm l-istess lingwaġġ ta’ Simon Busuttil meta fil-każini madwar Malta u Għawdex qed jiltaqa’ mal-kunsillieri tal-Partit Nazzjonalista.

F’diskorsi mill-iktar negattivi u f’attakki bl-aħrax lejn il-Gvern Delia qed jipprova jirbaħ il-vot tan-Nazzjonalisti akkaniti billi jwassal il-messaġġ li se jżomm l-istess tonalità negattiva ta’ Simon Busuttil.

Aqra aktar

Illum l-FŻL jaħtar Eżekuttiv ġdid

Il-Forum Żgħażagħ Laburisti llum se jlaqqa’ laqgħa ġenerali straordinarja biex ikun qed jinħatar eżekuttiv ġdid.
Il-laqgħa ġenerali straordinarja se tkun indirizzata mill-Prim Ministru Joseph Muscat u se tkun l-ewwel okkażjoni minn wara l-elezzjoni ġenerali li l-Prim Ministru u Mexxej tal-Partit Laburista se jkun qed jindirizza liż-żgħażagħ.

Aqra aktar

Saret l-applikazzjoni għall-pipeline tal-gass

Iddaħlu għand l-Awtorità tal-Ippjanar u l-Ministru tal-Ekonomija Taljan l-ewwel applikazzjonijiet li għandhom x’jaqsmu mal-iżvilupp infrastrutturali tal-pipeline tal-gass bejn Malta u Sqallija. Ta dawn id-dettalji l-Ministru għall-Enerġija Joe Mizzi li spjega kif hemm bżonn permessi miż-żewġ pajjiżi biex dan il-proġett isir. Skont il-pjanijiet li hemm hu maħsub li sal-2019 ikunu ħarġu s-sejħiet għall-offerti għall-bini ta’ dan il-pipeline. Dan għax ikunu tlestew l-istudji kollha. Bil-għan li l-bini mbagħad jieħu massimu ta’ 36 ġimgħa. Hu maħsub li dan se jiswa madwar €322 miljun, għalkemm hi ċifra li tista’ tvarja minħabba li hu proġett kumpless.

Aqra aktar

Sejħa għall-membri fil-Forza ta’ Riserva fl-Armata

Il-Forzi Armati ta’ Malta se jkunu qed jerġgħu jdaħħlu numru ta’ persuni bħala membri fil-forza ta’ riserva u dawk interessati għandhom sal-erbgħa t’Awwissu biex japplikaw.

Il-Ministru għall-Intern, Michael Farrugia, spjega li dan hu t-tieni grupp li se jidħol fl-armata b’dan il-mod  wara t-tibdil fil-liġi li sar is-sena l-oħra. Aqra aktar

L-Università b’kors għall-infermiera biex jispeċjalizzaw fil-kura tal-anzjani  

Il-Fakultà tax-Xjenzi tas-Saħħa tal-Università ta’ Malta nediet il-kors tagħha fil-B.Sc. Nursing (Hons.) (Elderly Care) f’San Vinċenz de Paule. Iż-żieda fil-popolazzjoni li qed tixjieħ teħtieġ li infermiera kkwalifikati f’ambjenti tas-saħħa u l-kura soċjali jkunu ppreparati b’mod adegwat sabiex jipprovdu kura ta’ kwalità lill-adulti anzjani.

Aqra aktar

Iktar oġġetti prestiġjużi fil-Mużew Marittimu

Mal-ħamsin oġġett li kienu jintużaw fil-kummerċ tal-inbid kif ukoll mill-industrija marittima fil-bidu tas-seklu 20 u li kienu jifformaw parti mill-kollezzjoni personali tal-familja Dacoutros, issa qed jiffurmaw parti mill-kollezzjoni prestiġġjuża tal-Mużew Marittimu.

Aqra aktar

Send this to a friend