Lokali – Page 2615 – One News

Notifiki

Inqas imwiet minħabba piż żejjed

L-obeżità toffri sfidi mhux żgħar, hekk kif tista’ ġġib numru ta’ kumplikazzjonijiet fis-saħħa tal-bniedem. Studju fuq ħamsa u għoxrin sena janalizza n-numru ta’ mwiet u snin ta’ ħajja b’saħħitha mitlufa minħabba l-obeżita. F’pajjiżna, minkejja li l-obeżità żdiedet, jidher li xorta waħda qed ngħixu aħjar.

Aqra aktar

Tmien xhur ħabs wara serqa

Raġel li seraq minn residenza fil-Mellieħa tliet snin ilu intbagħat tmien xhur ħabs wara li nstab ħati mill-Qorti b’rabta ma’ serq.

Dan minkejja li qal li kien qed jakkumpanja lil sieħbu fuq qadja u għalhekk ma kienx involut.

Aqra aktar

Lesta t-triq li ddawwar San Pawl il-Baħar

Il-Ħamis filgħodu tlestiet l-aħħar biċċa tat-triq li ddur max-xatt ta’ San Pawl il-Baħar, Bugibba u l-Qawra.  B’ hekk l-unika xogħol li fadal issa huwa li jiġu mmarkati s-sinjali tat-traffiku f’ xi partijiet minnha.

Il-Proġett li nbegħda biss ftit tal-ġimgħat ilhu tlesta fil-ħin dan minkejja d-diversi ntoppi li nstabu fosthom kellhom jinbidlu xi xi servizzi taħt it-triq.

In-negozjanti tal-inħawi jqisu dan il-proġett bħala nifs għalihom hekk kif din it-triq kienet qed tagħti dehra traskurata ta’ dan il-lok turistiku.

Aqra aktar

Multilotto żżid 45 ħaddiem f’Malta

  • MALTA DESKRITTA BĦALA “KAPITALI DINJIJA FL-IGAMING”
  • MINN 30 GĦAL 75 ĦADDIEM

Il-kumpanija Multilotto, li ilha topera f’pajjiżna mill-2015, illum ħabbret li se żżid il-ħaddiema minn 30 għal 75. Dan minbarra li se tkun qed tapplika għal erba’ liċenzji oħra biex tespandi l-operat u tkun tista’ tħaddem online casino.

Aqra aktar

Regolarizzati aktar fish farms

Il-Bord tal-Ippjanar approva permess temporanju ta’ sentejn għal sitt gaġeġ tat-tonn biex dawn jitneħħew min-Nofsinhar ta’ Kemmuna. Is-sit il-ġdid huwa madwar ħames kilometri lil hinn mix-xatt, ’il barra mis-Sikka l-Bajda.

Aqra aktar

MARLENE FARRUGIA: “JIEN DEPUTAT TAL-PN”

Marlene Farrugia iddikjarat li llum hi “deputat tal-Partit Nazzjonalista.”

Meta kienet qed tixhed fil-Qorti fil-kawża li għamel il-Partit Laburista dwar iż-żewġ siġġijiet żejda li ngħataw il-Partit Nazzjonalista minħabba l-mekkaniżmu tal-kostituzzjoni Farrugia stqarret li “it-tielet partit l-animu tiegħu qiegħed f’deputat tal-Partit Nazzjonalista.”

Ikkonfermat ukoll li se tkun suġġetta għall-whip tal-Partit Nazzjonalista. Mistoqsija jekk kinetx membru tal-Partit Nazzjonalista, Marlene Farrugia qalet li fl-elf disgħa mija tmienja u disgħin ħallset tessera għal għomorha anke jekk eventwalment saret tesserata mal-Partit Laburista.

Aqra aktar

Send this to a friend