Lokali – Page 2614 – One News

Notifiki

Jibqa’ jinsisti għall-ħelsien mill-arrest qabel jibda jinstema’ l-każ

L-Avukat ta’ Kristian Zekic, li qed ikun akkużat li ħeba l-ġisem fil-każ tal-qtil ta’ Eleanor Mangion Walker u li għamel użu minn isem falz, argumentat li l-klijent tagħha għadu qed jinżamm arrestat mingħajr ħelsien, sitt xhur wara li kien arrestat, fejn fl-istess perjodu taż-żmien deher quddiem il-Maġistrat tliet darbiet dan hekk kif is-smiegħ tal-każ għadu ma bediex.

Il-każ kontra Zekic kompla kmieni dalgħodu quddiem il-Maġistrat Aaron Bugeja wara numru ta’ ġimgħat, minħabba li l-Qorti kellu impenji oħra.

Rappreżentant minn Jobs Plus qal kif ma seta’ jsib l-ebda tip ta’ rekords fuq Zekic, iżda li sab rekords għal isem ieħor li kien qed juża l-akkużat, dak ta’ Adamjohn Niasov.

L-Avukat Giannella De Marco flimkien mal-avukat Stephen Tonna Lowell, li qed jiddefendu lil Zekic, sostnew li l-aħħar li deher quddiem Maġistrat kien lura fit-28 ta’ Marzu u li l-akkużat baqa’ miżmum f’ditenzjoni mill-ewwel jum tal-arrest tiegħu.

Aqra aktar

Mara b’iktar minn passjoni waħda

Moira Delia – isem magħruf sew fix-xena tal-ispettaklu f’Malta, biż-żewġ dixxiplini tal-fencing u l-kickboxing flimkien mal-imħabba lejn l-annimali jkunu tliet elementi ewlenin li jsawru l-karattru tagħha.

Kif bdiet l-imħabba tiegħek lejn il-fencing?

L-imħabba tiegħi lejn il-fencing bdiet meta sitt xhur wara li twieled it-tifel, xtaqt nagħżel sport mhux tas-soltu u li fl-istess ħin itini saħħa psikoloġika aħjar sabiex naffaċċja l-ħajja b’ċerta pożittività.

Xtaqt ukoll li wiċċi ma jidhirx waqt li nkun qed nipprattika dan l-isport u għalhekk l-għażla awtomatika tiegħi marret fuq il-fencing.

Aqra aktar

Imnedija kampanja kontra is-sewqan taħt l-effett tal-alkoħol

Il-Gvern qed jagħraf li lil’hinn mill-liġi u l-infurzar tar-regoli fit-toroq Maltin hemm bżonn li jiżdied l-għarfien fuq l-effetti u l-periklu li wieħed ikun qed joħloq meta jsuq taħt l-effett tax-xorb alkoħoliku.
Fil-waqt li hemm il-ħsieb biex il-minimu li wieħed jista’ jixrob jonqos minn .8 għal .5 il-Kunsill tal-‘Malta Road Safety’ qed jagħmel kampanja fejn iqassam breathylisers fl-events pubbliċi biex wieħed ikun jista’ jippruvahom qabel isuq.

Ara x’għandek tagħmel jekk qed tirċievi telefonati minn numru Żvizzeru

Dalgħodu numru ta’ persuni ilmentaw fuq il-midja soċjali Facebook dwar kif bdew jirċievu għadd ta’ telefonati minn numru Żvizzeru u kif jirrispondu din it-telefonata, ma jirrispondihom ħadd fejn eventwalment il-linja tispiċċa taqta’.
Il-Pulizija kkonfermat li rċeviet għadd ta’ rapporti dwar dan, bit-telefonati bdew isiru minn numri simili ġejjin mill-Iżvizzera.
Aqra aktar

Quad bike involut f’inċident f’Ħal Luqa

Ftit tal-ħin ilu quad bike kien involut f’inċident tat-traffiku wara li għal xi raġuni mhux magħrufa kellu impatt ma’ vettura tat-tip Landrover.

L-inċident seħħ qrib Triq l-Ajruport f’Ħal Luqa.

Aktar informazzjoni fil-ħin li ġej…

Send this to a friend