Lokali – Page 2613 – One News

Notifiki

Delia jipprova mal-Konservattivi bil-free vote

Adrian Delia għamilha ċara li jekk ikun elett Kap tal-Partit Nazzjonalista, il-Partit ma jkunx qiegħed jieħu pożizzjoni dwar temi li jqis bħala etiċi u morali.
F’artiklu fin-Nazzjon, Delia qal li ma jridx li fil-Partit Nazzjonalista jweġġgħu lil xulxin u għalhekk se jitlob il-grupp parlamentari jaqbel fuq lista ta’ temi li minflok il-partit jieħu pożizzjoni ta’ prinċipju dwarhom, ikun hemm free vote.

Aqra aktar

FILMAT: Restawr fuq l-għaxqa taż-Żwieten

Iż-Żwieten huma sodisfatti li fl-aħħar ġimgħat beda x-xogħol fuq il-Knisja ta’ Santa Katarina.

Għan-nies ta’ dan ir-raħal din il-Knisja għandha valur enormi. Iżda din hi waħda mill-Knejjes madwar il-pajjiż li l-valur tagħha jmur lil hinn mill-konfini tal-lokalita anke għaliex inbniet bejn is-snin elf sitt mija tnejn u disgħin u l-elf sebgħa mija u għoxrin.

Ir-restawr qed isir riżultat ta’ finanzjament pubbliku taħt it-tmexxija tad-Direttorat għar-Restawr. Dan ukoll bl-involviment tal-kumpanija Taljana Salvatore Pitrolo li ntgħażlet wara sejħa għall-offerti.

Id-Direttur għar-Restawr, Norbert Gatt, spjega d-dettalji ta’ dan il-proġett li huwa wieħed minn kullana fin-nofsinhar tal-pajjiż.

Aqra aktar

Puttinu b’iżjed pjanijiet f’Londra

Fl-2016, il-vjaġġi ta’ pazjenti Maltin lejn l-Ingilterra għall-kura laħħaq it-823.

Statistiċi tul is-snin jindikaw kif dawn kull ma’ jmur qed jiżdiedu, biex illum il-vjaġġi l-Ingilterra għall-kura jlaħħqu bejn is-60 u d-90 fix-xahar.

Għal dan il-għan, Puttinu Cares, li fl-Ingilterra diġà xtrat dsatax-il appartament f’żewġ blokki, u tikri sitta oħra, għandha l-ħsieb li tkompli ħidmietha biex ittaffi l-problemi għall-familji li jkollhom jitilgħu l-Ingilterra biex uliedhom jingħataw il-kura.

Spjegalna iktar dwar dan, Rennie Zerafa – Fundatur ta’ Puttinu Cares.

Aqra aktar

Xita tal-ħamrija u maltemp matul il-lejl li għadda – x’se jkun it-temp fil-jiem li ġejjin?

It-Tlieta filgħodu qomna b’temp aktar frisk u b’temperatura aktar baxxa li żgur qed tinżel għasel ma’ dawk li ma tantx iħobbu s-sħana. Iżda għal dawk li fl-aħħar jiem ħaslu l-karozza jew it-twieqi din ma tantx kienet għodwa li ħadu pjaċir biha, dan hekk kif matul il-lejl li għadda għamlet ħafna xita tal-ħamrija li kienet akkumpanjata minn riħ qawwi, sajjetti u ragħad.

Aqra aktar

Linji gwida għal min irid jarma kamp fuq bajja

L-Awtorità għat-Turiżmu u l-Awtorità tal-Artijiet, permezza ta’ stqarrija konġunta, fakkru lill-pubbliku li kampijiet, tined u affarijiet simili li huma għola minn metru għandhom jitpoġġew fuq wara tal-bajja sabiex ma jkun hemm ebda tfixkil għal dawk li jmorru jgħumu.

Aqra aktar

Is-suċċess tan-nisa fid-dinja tax-xogħol

Il-Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol Evarist Bartolo u l-Ministru għall-Ekonomija, l-Investiment u n-Negozji ż-Żgħar Chris Cardona żaru kumpanija fiż-żona industrijali tal-Marsa fejn iltaqgħu mad-Diretriċi tas-Silvercraft Angel Xerri u l-impjegati fi ħdan din l-istess kumpanija. Is-Sinjura Xerri ilha tmexxi n-negozju tal-familja għal aktar minn erbgħin sena b’suċċess u tħeġġeġ aktar nisa, li għalkemm ikollhom familja xorta waħda huwa possibbli jikkunsidraw karigi għolja f’tipi diversi ta’ negozji. Aqra aktar

Send this to a friend