Lokali – Page 2612 – One News

Notifiki

Għotja mill-familja Dacoutros lill-Mużew Marittimu

Numru sostanzjali ta’ artefatti li kienu jifformaw parti mill-kollezzjoni personali tal-familja Dacoutros ingħataw lill-Mużew Marittimu mis-Sur John Dacoutros.

Din l-għotja tinkludi iktar minn 50 oġġett li kienu jintużaw fil-kummerċ tal-inbid kif ukoll mill-industrija marittima fil-bidu tas-seklu 20. L-għotja tinkludi diversi btieti tal-injam, fanali tar-ram, u numru ta’ għodod li kienu jintużaw waqt it-tbaħħir. Iżda l-aktar artefatt li jispikka huwa l-mudell tal-injam, Maria Dacutros.

Aqra aktar

Il-Gvern b’sussidju ieħor fuq ix-xiri ta’ vetturi elettriċi

Transport Malta flimkien mal-Ministeru għat-Trasport, Infrastruttra u Proġetti Kapitali se jkun qed jestendi l-iskema biex aktar persuni jixtru vetturi li ma jagħmlux ħsara lill-ambjent b’€150,000 oħra.

L-iskema għandha l-għan li tnaqqas l-emmissjonijiet iġġenerati mit-traffiku u b’hekk ittejjeb il-livelli tal-kwalità tal-arja billi tnaqqas in-numru ta’ vetturi antiki mit-toroq Maltin. Dan billi tippromwovi aktar ix-xiri ta’ vetturi u quadricycles elettriċi li jaħdmu bil-batterija. 

Aqra aktar

Casa bi sforz ieħor biex ixewwex kontra Malta

David Casa kompla bl-isforzi tiegħu biex fl-istituzzjonijiet Ewropej ikompli jħammeġ isem Malta. Wara li ftit tal-jiem ilu l-Viċi-President tal-Kummissjoni Ewropea, Franz Timmermans, ma taħtx sodisfazzjon wara li prova jdaħħlu fid-dibattitu politiku Malti maħluq mill-Partit Nazzjonalista, issa Casa reġa kitiblu.

Qallu li l-Prim Ministru, ic-chief of staff tiegħu u l-Ministru Konrad Mizzi qed iħaddmu skema ta’ korruzzjoni u ħasil ta’ flus. Konklużjoni ta’ Casa li ma tirriżulta minn imkien.

Aqra aktar

Skema sussidjata għal edukazzjoni barra minn xtutna

  • 20 student jibbenefikaw mill-iskema studji ta’ speċjalizzazzjoni għaż-żgħażagħ

Din l-iskema tippermetti lill-istudenti ta’ bejn it-18 u t-30 sena li jixtiequ jkomplu l-istudji tagħhom barra mill-pajjiż biex japplikaw għal ‘loan’ b’rata ta’ imgħax sussidjata. Din l-iskema hija r-riżultat ta’ ftehim ta’ kollaborazzjoni li għaddej bejn l-‘Aġenzija Żgħażagħ’ u l-APS Bank.

Aqra aktar

Matul dan is-Sajf se tkompli l-ħidma fuq numru ta’ toroq Maltin

Il-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali Ian Borg żar il-ħaddiema li qegħdin jaħdmu bis-sħiħ sabiex jitlesta l-proġett tal-Kappara, hekk kif infetħet għat-traffiku l-flyover tal-Kappara diversi ġimgħat qabel iż-żmien.

Iżda dan mhux se jkun l-unika proġett għal din is-sena fit-toroq Maltin dan hekk kif bejn Ġunju u Settembru 2017, Transport Malta se tkun wettqet diversi proġetti madwar il-pajjiż, bil-ħsieb li titjieb il-kwalità tat-toroq tagħna filwaqt li jiġu indirizzati l-isfidi tat-traffiku fl-arterji prinċipali.

Aqra aktar

AĠĠORNAT: Erba’ persuni bi ġrieħi ħfief wara inċident bejn 6 vetturi f’Ħaż-Żebbuġ

Erba’ persuni ttieħdu l-isptar Mater Dei għall-kura wara ħabta bejn sitt vetturi fi Triq l-Imdina, Ħaż-Żebbuġ.

Il-ħabta seħħet bejn trakk li kien qed iġorr gaffa, misjuq minn raġel ta’ 45 sena residenti San Pawl il-Baħar u ħames vetturi oħra għall-ħabta ta’ 12:30. Il-vetturi nvoluti kienu Isuzu Elf, Ford Transit, Land Rover, BMW u Mercedes.

Aqra aktar

Fabrikazzjoni oħra mit-Times of Malta

“L-istorja fuq il-faċċata tat-Times of Malta ġiet iffabbrikata. Il-ġurnalist, Ivan Camilleri, li kiteb dan l-artiklu qatt ma staqsa speċifikament lill-Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali dwar l-inkjesta Egrant u għal raġunijiet li jaf hu biss, iddeċieda li jivvinta storja bi tweġibiet ġeneriċi li għamel il-Ministeru li ġew manipulati.”

Aqra aktar

Mejju: Jiżdiedu t-turisti u n-numru ta’ ljieli fil-lukandi

Mejju reġà kien xahar pożittiv għal-lukandiera dan għaliex skont l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika, it-turisti li qagħdu fil-lukandi żdiedu filwaqt li żdiedu ukoll in-numru ta’ ljieli li qagħdu fil-lukandi.

Skont iċ-ċifri tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika 166,842 turist raqdu fl-istabbilimenti kollettivi. Bejniethom qattgħu madwar 848,039 lejl.

Aqra aktar

Send this to a friend