Lokali – Page 2611 – One News

Notifiki

Kap PN: Online Poll spiċċa għand il-pulizija

Stħarriġ tal-opinjoni pubblika ‘online’ li kien qiegħed isir minn The Malta Independent spiċċa għand il-pulizija wara li qed jingħad li kien ‘hacked’ minn nies li jappoġġjaw lil Chris Said biex il-kandidat minn Għawdex jingħata vantaġġ fuq Adrian Delia, li f’dan l-istħarriġ kien ras imb ras miegħu.

Aqra aktar

Meħlus għax ma ġiex identifikat tajjeb

Il-Qorti tal-Appell, preseduta mill-Prim Imħallef Silvio Camilleri, ħelset mill-akkużi nassab Għawdxi wara li l-prosekuzzjoni ma rnexxiliex tipprova ‘l hinn minn kull dubju li r-raġel li deher fuq il-video ppreżentat lilha huwa verament l-akkużat.

Aqra aktar

21 negozjant Malti fil-Ghana

Grupp ta’ wieħed u għoxrin intraprenditur Malti bdew il-missjoni ta’ negozju fil-Ghana organizzata minn Trade Malta u mmexxija mill-President ta’ Malta Marie Louise Coleiro Preca.

In-negozjanti se jingħataw l-opportunita li jintroduċu l-prodotti u s-servizzi tagħhom f’ dan il-pajjiż bil-għan li jinbnew kuntatti jew saħansitra jkunu stabbiliti fergħat ta’ negozji Maltin fil-kontinent Afrikan.

Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ, Carmelo Abela, li qed jakkompanja d-delegazzjoni stqarr magħna li l-Ghana kumpaniji Maltin, jew kumpaniji ibażati f’ Malta għandhom opportunitajiet kbar f’dan il-pajjiż minħabba l-potenzjal li għadu qed ikun esplorat.

Aqra aktar

L-immigrazzjoni tibqa’ kriżi madwarna

Il-baħar Mediterran qed jibqa’ jiffaċja kriżi ta’ immigrazzjoni. Anke jekk fl-aħħar ġimgħat jidher li l-affarijiet ikkalmaw xi ftit iktar minn 90,000 immigrant diġa’ daħlu l-Italja din is-sena.

Mark Micallef, ġurnalist li jispeċjalizza fir-rapportaġġ dwar l-immigrazzjoni tenna li għadu kmieni biex wieħed jinterpreta dak li seħħ fl-aħħar jiem u jekk dan ux se jibqa’ jkun kostanti.

Aqra aktar

“Is-sħana għandha żżid il-ħin tal-brejk” – OHSA

Kwarta xogħol u tliet kwarti brejk.

Hekk issostni li għandu jkun il-ħin tax-xogħol fuq barra l-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurta fuq il-post tax-xogħol. Dan fl-agħar ħinijiet tax-xemx f’dawn iż-żminijiet fejn it-temperaturi jibdew jilħqu livelli rekord.

Emfasi partikolari ssir għal siti tal-kostruzzjoni fejn li wieħed japplika l-krema protettiva u jilbes xi beritta jaf ma jkunx biżejjed.

Fil-fatt, l-ewwel parir hu li min hu responsabbli jieħu il-miżuri amministrativi  biex f’dak il-ħin ix-xogħol barra jkun evitat għal kollox.

Tant li għandhom isiru arranġamenti biex jew ix-xogħol jibda u jispiċċa kmieni jew inkella jsir xogħol fuq ġewwa taħt xi forma ta’ lqugħ.

Jekk dan ma jkunx possibbli allura r-regoli jgħidu li għandu jinbidel il-ħin tal-brejk, b’mod li ftit huma dawk konxji tiegħu.

Aqra aktar

Tabelli ċari b’dak li ma tistax tagħmel fuq il-bajjiet

Kif tħabbar ilbieraħ mill-Awtorità għat-Turiżmu u l-Awtorità tal-Artijiet, illum tpoġġew tabelli ta’ informazzjoni kemm fil-bajja tal-Armier u kif ukoll fil-bajja ta’ Little Armier. Dawn it-tabelli huma ċari kristall, li f’dawn il-bajjiet huwa projbiet li fost oħrajn, kampijiet u tined li huma għola minn metru m’humiex permessi fuq il-bajja sakemm ma jitpoġġewx fuq wara tal-bajja biex ma jkun hemm ebda tfixkil għal dawk li jmorru jgħumu.

Aqra aktar

Send this to a friend