Lokali – Page 2610 – One News

Notifiki

Il-Qorti tiċħad bosta lmenti ta’ Erin Tanti

Il-Qorti ċaħdet bosta mill-eċċezzjonijiet li Erin Tanti talab li jinbidlu jew jitneħħew fl-akkużi tiegħu għall-ġuri fil-każ tal-mewt ta’ Lisa Maria Zahra.

Fl-ilment tiegħu, Tanti – ta’ sitta u għoxrin sena – jsostni fost l-oħrajn li fl-akkużi kontrieh, l-Avukat Ġenerali ddrammatizza l-każ. Il-Qorti kellha opinjoni differenti minn Tanti, hekk kif ċaħdet bosta mill-eċċezzjonijiet u ħalliethom f’idejn il-ġurati biex jiġġudikaw.

Il-każ imur lura għal-lejl ta’ bejn it-tmintax u d-dsatax ta’ Marzu elfejn u erbatax.

Aqra aktar

“Busuttil jerġa’ jirrepeti gidba li n-nies ma tawx kasu dwarha fil-kampanja elettorali”

F’attentat iddisprat ieħor, il-Kap tal-Oppożizzjoni qed jerġa’ jirrepeti gidba li n-nies ma tawx kasu dwarha fil-kampanja elettorali li għaddiet, tant li r-rizultat kien dak li kien. Dan qed jagħmlu sempliċiment biex jipprova jiġbor ġieħu mal-Partit Nazzjonalista li huwa stess daħħal fi sqaq. Qal dan il-Partit Laburista permezz ta’ stqarrija.

Aqra aktar

Tarbija ta’ sena tindarab gravi f’inċident f’Ħaż-Żabbar

Tarbija ta’ sena ndarbet gravi wara li kienet passiġġiera f’vettura li kienet involuta f’inċident tat-traffiku f’Ħaż-Żabbar.

L-inċident seħħ għall-ħabta tat-8:30 fi triq il-Kunsill tal-Ewropa f’Ħaż-Żabbar meta għal xi raġuni mhux magħrufa s-sewwieq tal-vettura, raġel ta’ 20 sena, tat-tip Toyota IQ tilef il-kontroll tal-karozza bil-konsegwenza li kellu mpatt ma’ xarabank li kienet ipparkjata.

Fuq il-post issejħet ambulanza fejn ħadet lit-tifel ta’ sena, li kien passiġġier fl-istess vettura, l-Isptar Mater Dei biex jirċievi l-kura neċessarja.

Aktar tard hu ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.

AĠĠORNAT: Ebda provi dwar dak allegat minn Busuttil; tinvestiga inkjesta oħra maġisterjali

F’deċiżjoni dwar rikors tal-Kap tal-Oppożizzjoni fil-konfront taċ-chief of staff tal-Prim Ministru, Keith Schembri u l- Ministru Konrad Mizzi l-Qorti kkonkludiet li ma jeżistu ebda provi dwar dak allegat mill-Kap tal-Oppożizzjoni, iżda jrid ikun Maġistrat inkwirenti li jinvestiga l-allegazzjonijiet tiegħu biex jikkonkludi hemmx provi jew le.

Aqra aktar

Issa mħatri fuq logħob ta’ ħbiberija f’Malta wkoll

Donnu m’hemmx limitu għal imħatri fl-isport. Hekk kif diversi timijiet Maltin bdew il-logħob ta’ ħbiberija, kumpaniji tal-imħatri internazzjonali qed joffru l-possibbiltà li wieħed jilgħab fuq dan il-logħob b’dilettanti tal-logħba tal-ballun jgħidu li logħba ta’ ħbiberija jaf toffri iktar tentazzjoni biex tkun imbagħbsa anke għax ikun hemm inqas skrutinju.

Aqra aktar

Send this to a friend