Lokali – Page 12 – One News

Notifiki

Kameras u multi eħrex għal min jinqabad iħammeġ

Fil-ġimgħat li ġejjin se jiżdiedu l-multi għal dawk li jinqabdu jarmu skart barra, filwaqt li se jiżdied ukoll l-ammont ta’ kameras tas-sigurtà. Aqra aktar

Il-PN mhux ċert jekk hux se jagħmel l-iskrutinju lill-Kummissarju

Il-Partit Nazzjonalista għadu jrid jiddeċiedi jekk hux se jipparteċipa fil-Kumitat Parlamentari għall-ħatriet pubbliċi li se jagħmel skrutinju u jsaqsi mistoqsijiet lill-persuna li se tokkupa l-ogħla kariga fil-korp tal-Pulizija. Aqra aktar

PBO jilmenta għax sejjaħnielu Eks Segretarju Ġenerali tal-PN

Pawlu Borg Olivier ilmenta ma’ ONE News li ssejjaħ bħala eks Segretarju Ġenerali Nazzjonalista flok Avukat wara li fetaħ protest ġudizzjarju kontra l-Prim Ministru Robert Abela, il-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali Byron Camilleri u l-Brigadier tal-Forzi Armati ta’ Malta Jeffrey Curmi dwar l-immigrazzjoni.

Pawlu Borg Olivier bagħat kjarifika lil ONE News u rrifjuta li nsejħulu wkoll bħala esponent tar-Repubblika. Aqra aktar

Jitqassmu maskri b’xejn fil-Kalkara

Hekk kif ftit tal-jiem ilu, l-awtoritajiet tas-saħħa ħabbru li l-ilbies tal-maskri huwa obbligatorju f’ċertu postijiet, is-Sindku tal-Kalkara, Wayne Aquilina ħa l-inizjattiva sabiex fil-Kalkara jitqassmu maskri tad-drapp b’xejn. Aqra aktar

Send this to a friend