Lokali – Page 10 – One News

Notifiki

Sentenza sospiża wara li ħebb għall-eks sieħba

Majid Javed, Pakistani ta’ 29 sena, ammetta li kmieni s-Sibt filgħodu ħebb għall-eks sieħba tiegħu u għas-sieħeb tagħha u darab gravi lil dan tal-aħħar. Il-każ seħħ fi Triq il-Markiż John Scicluna f’Santa Venera għall-ħabta tas-2:30 ta’ filgħodu. Aqra aktar

Rebecca hija ħielsa mill-kimoterapija – Jum ta’ ċelebrazzjoni

Fuq Facebook Puttinu ħabbar li ż-żagħżugħa Rebecca hija ħielsa mill-kimoterapija.

Puttinu qalu li dan hu jum ta’ ċelebrazzjoni kemm għall-familja ta’ Puttinu kif ukoll għal Rebecca u l-familja tagħha.

Puttinu qalu li Rebecaa hija tfajla ta’ ispirazzjoni u li determinata li tagħmel suċċess.

Festival fuq tliet ġimgħat bi spettaklu divertenti

Fl-isfond tal-fortifikazzjoni storiċi fil-Port il-Kbir, bejn is-26 ta’ Ġunju u t-18 ta’ Lulju se jittella’ fesitval b’numru ta’ attivitajiet kulturali fil-Valletta Waterfront. Aqra aktar

Laqgħat ta’ informazzjoni dwar fondi għall-għaqdiet volontarji

Il-Kunsill Malti għas-Settur tal-Volontarjat qed jiltaqa’ mal-għaqdiet volontarji f’laqgħat ta’ informazzjoni. Din il-laqgħa informattiva kienet dwar l-allokazzjoni ta’ tlett miljun ewro bħala parti mill-pjan ta’ riġenerazzjoni ekonomika mħabbar mill-gvern. Aqra aktar

Proċess simplifikat għal min jgħix f’Malta

Bdiet ħidma konġuta bejn l-Awtorità tad-Djar u l-Aġenzija Identity Malta sabiex jiġi issimplifikat il-proċess biex residenti barranin f’Malta li qegħdin jikru proprjetajiet f’pajjiżna jkollhom titlu validu ta’ residenza maħruġ fl-iqsar perjodu possibbli. Aqra aktar

Send this to a friend