Kultura – Page 8 – One News

Notifiki

Il-Banda Marija Assunta tal-Gudja tferraħ lill-residenti tad-Dar tal-Providenza

Wara li s-sena 2019 kienet ikkaratterizzata b’programm estensiv ta’ ċelebrazzjonijiet mifruxin fuq medda ta’ tnax-il xahar biex jitfakkar il-100 anniversarju mit-twaqqif tal-Għaqda Mużikali Marija Assunta u l-75 sena mill-ħolqien tal-Banda tagħha, is-sena 2020 kellha bidu xejn inqas impenjattiv, meta l-bandisti tal-post tal-Banda Marija Assunta tal-Gudja marru jferrħu ‘lill-anġli’ residenti fid-Dar tal-Providenza, is-Siġġiewi. Aqra aktar

Ara l-wasla tas-Slaten Maġi fix-Xagħra Għawdex

Hekk kif il-Knisja Kattolika llum iċċelebrat l-Epifanija, iġifieri l-episodju fil-Bibbja ta’ meta s-Slaten Maġi Caspar, Melchior u Baltazhar waslu f’Betlehem u offrew id-deheb, l-inċens u l-mirra, diversi parroċċi f’Malta fakkru din il-ġrajja b’att tal-wasla tal-Maġi fuq iż-żwiemel.

Fost dawn il-parroċċi nsibu dik tax-Xagħra Għawdex, fejn fil-pjazza itella’ att li fakkar dan il-jum importanti għall-knisja, fejn wieħed setgħa jeseperjenza u jara quddiem għajnejh din il-ġrajja.

Fost il-personaġġi kien hemm ukoll ir-rgħajja u s-suldati li kellhom irwol ferm importanti f’din il-ġrajja reliġjuża.

F’Għawdex ukoll wara diversi żjjajar f’lokalitajiet f’Malta kien hemm il-wasla tas-Slaten Maġi f’Betlehem t’Għajnsielem.

L-Għaqda tal-Pawlini se tfakkar il-50 anniversarju mit-twaqqif tagħha

L-Għaqda tal-Pawlini tal-Belt Valletta din is-sena se tfakkar il-50 anniversarju mit-twaqqif tagħha li seħħ fl1970 b’inizjattiva ta’ Belti Pawlin kbir u tenur ta’ fama internazzjonali Pawlu Asciak, li fil-fatt baqa’ jkun imfakkar bħala l-fundatur tal-Għaqda. L-ewwel laqgħa preliminari tal-Kumitat tal-Għaqda kienet saret f’Novembru tal-1970 wara li fil-festa ta’ San Pawl ta’ dik is-sena, wara argumenti dwar jekk kellhiex issir il-purċissjoni minħabba l-maltemp, kien hemm ftehim li għandha titwaqqaf din l-Għaqda.  Aqra aktar

Għall-ewwel darba se jesebixxu l-ħila artistika tagħhom barra minn xtutna

L-oriġinalità, l-artistrija, l-eżattezza u l-professjonalità fix-xogħol pirotekniku maħdum mill-Kamra tan-Nar ‘Madonna taċ-Ċintura’ tal-Gudja huma magħrufin sew, u jispikkaw kemm mad-dilettanti kif ukoll ma’ dawk kollha li kellhom ix-xorti li jaraw u jassistu għal-logħob tan-nar li jinħaraq bħala parti miċ-ċelebrazzjonijiet li jsiru kemm fil-festa titulari ta’ Santa Marija kif ukoll dik tal-Madonna taċ-Ċintura ċċelebrati fil-Gudja. 

Aqra aktar

Misraħ San Filep ser jinbidel f’villaġġ tal-Milied

Il-Pjazza ta’ Ħaż Żebbuġ ser tkun qed tinbidel f’villaġġ tal-Milied, bl-isem Milied Żebbuġi.

F’dan il-villaġġ b’atmosfera festiva u li se jsir is-Sibt u l-Ħadd li ġej, ser ikun hemm diversi attivitajiet, fosthom presepju ħaj, daqq tal-banda, bankarelli, ikel u xorb assoċjati mal-Milied, logħob għat-tfal fost oħrajn.

Aqra aktar

Ir-raħal tax-Xagħra għal darb’oħra ser jinbidel f’villaġġ tal-presepji

Matul dawn iż-żminjiet ir-raħal tax-Xagħra se jkun qed jinbidel f’villaġġ ta’ presepji u din is-sena m’hijiex eċċezzjoni għaliex se jerġa jkun hawn numru sabiħ ta’ presepji fi stili differenti għall-wiri.

Dawn jammontaw għal 31 presepju mifruxin f’diversi partijitet tar-raħal tax-Xagħra li nsibuhom, fil-Knisja Bażilika ddedikata lil Marija Bambina, fiċ-Ċentru tal-Vokazzjonijiet, fiċ-Ċentru ta’ Ġesu’ Nazzarenu, f’Sant‘ Anton, fil-Mużew tas-subien u fid-djar privati tad-dilettanti tal-presepju.

Aqra aktar

Send this to a friend