Kultura – Page 7 – One News

Notifiki

Se tittella’ edizzjoni oħra tad-‘Don Bosco Grand Concert 2020’

Il-‘Gozo Youth Wind Band’ fi ħdan il-‘Gozo Youth Wind Band & Orchestra’ għal darb’oħra qed tħejji biex tippreżenta l-Kunċert Annwali tagħha, id-“Don Bosco Grand Concert 2020”. Bħal dejjem din l-orkestra qed tagħmel ħilitha biex tintroduċi arranġamenti mużikali ġodda fix-xena lokali waqt li tipprovdi serata varjata li tinżel tajjeb ma’ kulħadd. Bħas-soltu dan il-Kunċert jiġi fi tmiemu bl-Innu lil dan il-qaddis taż-żgħażagħ San Gwann Bosco. Aqra aktar

Kunċert f’ġieħ is-Surmast Carmelo Caruana b’risq Dar Bjorn

Il-Għaqda Kulturali Nazzjonali Maltija, din is-sena bi ħsieba torganizza Kunċert Sinfoniku f’ġieħ is-Surmast Carmelo Caruana. Dan il-Kunċert Sinfoniku sejjer isir fl-okkazjoni tal-15-il sena mill-mewt ta’ Carmelo Caruana nhar is-Sibt 18 ta’ Jannar 2020, liema Kunċert Bandistiku sejjer isir fit-teatru Sir Temistokele Zammit tal-Università ta’ Malta u li jibda fis-7:30 ta’ filgħaxija. Aqra aktar

Il-Banda Marija Assunta tal-Gudja tferraħ lill-residenti tad-Dar tal-Providenza

Wara li s-sena 2019 kienet ikkaratterizzata b’programm estensiv ta’ ċelebrazzjonijiet mifruxin fuq medda ta’ tnax-il xahar biex jitfakkar il-100 anniversarju mit-twaqqif tal-Għaqda Mużikali Marija Assunta u l-75 sena mill-ħolqien tal-Banda tagħha, is-sena 2020 kellha bidu xejn inqas impenjattiv, meta l-bandisti tal-post tal-Banda Marija Assunta tal-Gudja marru jferrħu ‘lill-anġli’ residenti fid-Dar tal-Providenza, is-Siġġiewi. Aqra aktar

Ara l-wasla tas-Slaten Maġi fix-Xagħra Għawdex

Hekk kif il-Knisja Kattolika llum iċċelebrat l-Epifanija, iġifieri l-episodju fil-Bibbja ta’ meta s-Slaten Maġi Caspar, Melchior u Baltazhar waslu f’Betlehem u offrew id-deheb, l-inċens u l-mirra, diversi parroċċi f’Malta fakkru din il-ġrajja b’att tal-wasla tal-Maġi fuq iż-żwiemel.

Fost dawn il-parroċċi nsibu dik tax-Xagħra Għawdex, fejn fil-pjazza itella’ att li fakkar dan il-jum importanti għall-knisja, fejn wieħed setgħa jeseperjenza u jara quddiem għajnejh din il-ġrajja.

Fost il-personaġġi kien hemm ukoll ir-rgħajja u s-suldati li kellhom irwol ferm importanti f’din il-ġrajja reliġjuża.

F’Għawdex ukoll wara diversi żjjajar f’lokalitajiet f’Malta kien hemm il-wasla tas-Slaten Maġi f’Betlehem t’Għajnsielem.

Send this to a friend