Kultura – Page 67 – One News

Notifiki

Arti fil-festa u tul taraġ rustiku

Għal darboħra, l-Art Club 2000 qed jorganizza esebizzjoni mill-isbaħ tal-arti u artigjanat bħalha parti miċċelebrazzjoni ta’ żmien il-festa tal-Vitorja ġewwa l-Mellieħa. Din l-esebizzjoni hija is-sbatax-il edizzjoni minn meta twaqqaf l-Art Club – organizzazjoni volontarja bl-għan ewlieni li tippromwovi kultura artistika fost t-tfal u anke l-kbar.

Fost ix-xogħlijiet esebiti tul it-taraġ rustiku ta’ Triq San Publju kif ukoll ġewwa l-Club inniffsu wieħed jista’ jammira pittura u skultura ta’ madwar sittin artist differenti, lkoll b’temi u lwien differenti. Issib ukoll għadd ta’ xogħolijiet artiġjanali, magħmulin minn studenti li jattendu d-diversi korsijiet li jorganizza l-istess Club.

Aqra aktar

Lejla Spanjola fil-Ġnien tal-Gardjola tal-Isla

Lejla unika ta’ kant u żfin b’tema Spanjola ser tigi imtella’ nhar il-Ġimgħa, 2 ta’ Settembru fil-ġnien tal-Gardjola, fl-Isla.

Il-post igawdi veduti mill-isbaħ, fejn minn fuq is-swar tal-Gardjola tara il-belt  Valletta, il-Port il-Kbir u l-Forti Sant’Anglu.

Din l-attività qed tkun organizzata mill-Fondazzjioni Inspire flimkien mall-klabb tas-Senglea Regatta b’kollaborazzjoni tal-Kunsill Lokali tal-Isla.  Kull min ser iżur din l-attività ser ikollu l-opportunità li jduq selezzjoni ta’ nbejjed Spanjoli Rioja, Sangria, platti tradizzjonali Spanjoli oħrajn u ma setatx tonqos il-famuża Paella!  Rioja huwa reġjun imsemmi għall-inbid, b’marka ta’ kwalifika (DOC).  L-inbid minn dan ir-reġjun huwa magħmul minn għeneb miżruh fil-komunitajiet ta’ La Rioja u Navarre kif ukoll Álava.

Aqra aktar

Maratona b’risq il-Fondazzjoni Nazareth

Il-Fondazjoni Nazareth se torganizza maratona televiżiva nhar it-18 ta’ Settembru fuq l-istazzjonijiet kollha.

Ġimgħa qabel, nhar it-tlieta ta’ Settembru, se ssir maratona oħra fil-Bajja s-Sabiħa f’Birżebbuga, mill-11:00am sal-11:00pm.  Se jsiru wirjiet tal-karozzi Ford, tittella’ fiera ta’ divertiment u jkun hemm attrazjonijiet varji.

Fondazzjoni Nazareth tnediet nhar it-8 ta’ Settembru 1995 minn Fr. Angelo Seychell, bħala organizzazzjoni għall-persuni bi bżonnijiet speċjali. Hija tipprovdi djar għal dawk li m’għandhom l-ebda familja jew ma jkunux jistgħu jgħixu mal-familja tagħhom, għal xi raġuni jew oħra. Id-dar hija mmexxija minn bord tad-Diretturi taħt id-direzzjoni tal-President u l-Amministratur tiegħu.

Imħabbar il-programm ta’ Spazju Kreattiv

Fil-Kavallier ta’ San Ġakbu ġie imħabbar il-programm ta’ Spazju Kreattiv għal bejn Settembru li ġej u Lulju tas-sena d-dieħla.

Se jkunu għaxar xhur li fihom se nkomplu naraw prestazzjonijiet multi-dixxiplinarji, kunċerti mużikali u wirjiet tal-arti li se jkomplu jixprunaw il-kreattività artistika f’pajjiżna.

F’dawn l-aħħar xhur spikka l-interess ta’ bosta li ressqu s-sottomissjonijiet tagħhom sabiex ikunu parti minn Spazju Kreattiv. Mill-applikazzjonijiet kollha ntgħażlu sittin proġett li jkopru mal-ħmistax-il forma t’espressjoni artisitika differenti.

Barra minn hekk, din is-sena wkoll mistennija tingħata importanza kif jixraq lil wirt artistiku u kulturali tal-aħħar seklu li għadda.

Aqra aktar

BIL-FILMAT: Isaħħru lill-udjenza bil-vuċi tagħhom

Il-mużika u l-Maltin żgur li jmorru tajjeb flimkien, bosta jsegwu l-mużika mhux biss dik tax-xena lokali iżda anke dik internazzjonali. Fost dawn insibu bosta li jsegwu l-Eurovision, kif ukoll numru kbir ta’ kantanti Maltin jipparteċipaw f’festivals lokali u internazzjonali.

Aqra aktar

Spettakli ta’ logħob tan-nar fil-Port il-Kbir

Fl-okkażjoni tal-festa ta’ San Lawrenz, patrun tal-Birgu, fil-Port il-Kbir se jsiru l-ispettakli annwali ta’ logħob tan-nar, li saru parti mill-kalendarju pirotekniku ta’ pajjiżna. Dawn l-ispettakli jiġu preżentati ta’ kull sena mill-Għaqda Piroteknika 10 ta’ Awwissu tal-Birgu.

L-ispettaklu pirotekniku prinċipali msejjaħ “ La Notte Di San Lorenzo 2016” se jsir lejliet il-festa, nhar it-Tlieta 9 ta’ Awissu fl-10.00 p.m.

Il-pubbliku hu mħeġġeġ jinżel fil-post fejn ser ikun hemm is-sound system u mhux jibqa’ fuq is-swar jew f’xi inħawi oħra vantaġjużi tal-Port il-Kbir, għax inkella ma jkunx jista’ jgawdi l-pakkett kollu li ser ikun offrut. Ħdejn il-club tar-Regatta tal-Birgu, se jkun hemm mużika u diversi effetti ta’ dwal biex jikkumplimentaw l-ispettaklu pirotekniku.

Aqra aktar

Wara San Pietru b’risq il-Community Chest Fund

Fl-okkażjoni tal-25 anniversarju tal-istatwa ta’ San Pietru maħduma minn Alfred Camilleri Cauchi fl-1991, is-Soċjetà Filarmonika San Pietru Banda Birżebbuġa għada se torganizza diversi attivitajiet, bil-flus miġbura se jmorru b’risq il-Malta Community Chest Fund.Aqra aktar

Gozo Ceramics Festival fix-Xlendi

Tnediet ir-raba’ edizzjoni tal-Gozo Ceramics Festival. Għal darb’oħra dan il-festival ser isir fil-bajja tax-Xlendi, nhar is-Sibt 6 ta’ Awwissu. Il-Ministru għal Għawdex esprima s-sodisfazzjon tiegħu li dan il-festival, li kull ma’ jmur qed ikun ta’ suċċess, sar parti mill-kalendarju kulturali. B’kollox din is-sena hemm 26 esebitur, f’festival  li sar sinonimu mal-bajja tax-Xlendi f’dan iż-żmien tas-sena.

Aqra aktar

Is-sajf se jkun iċċelebrat f’Selmun

Is-Sibt li ġej issir Festa Sajf Selmun, miss-19:00 ‘l quddiem, organizzata mill-Assoċjazzoni Residenti Selmun bil-kollaborazzjoni tal-Kunsill Lokali Mellieħa u l-Fondazzjoni Arkeo.

Din il-festa, li se terġa’ tieħu l-ħajja grazzi għall-Assoċjazzjoni tar-residenti, se tkun favur it-tradizzjoni Maltija, l-edukazzjoni u ambjent; valuri li l-Assoċjazzjoni tisħaq fuqhom.

Se jkun hemm kant, żfin, ikel, kummiedja qasira mtella mill-Għaqda Tejatrali Selmun u marċi brijjużi minn banda lokali. Il-mistiden speċjali ta’ din l-attività se jkun Freddie Portelli.

Aqra aktar

Send this to a friend