Kultura – Page 66 – One News

Notifiki

Sabiex qatt ma ninsew

Let us Not Forget (L.U.N.F) huwa proġett iffinanzjat mill-Unjoni Ewropea mmexxi mil-lokalità tal-Isla bis-sehem ta’ pajjiżi oħra Ewropej sabiex jiftakru t-traġedji li seħħew matul it-Tieni Gwerra Dinjija. Minn Malta, mal-lokalità tal-Isla, qed jieħdu sehem il-lokalitajiet tal-Birgu, l-Imtarfa u Bormla, ilkoll rappreżentati mill-Kunsilli Lokali rispettivi.

Kif jimplika l-isem u permezz tal-arti viżiva, il-proġett qed ifakkar it-tbatija tal-popolazzjonijiet tal-pajjiżi involuti fl-istess proġett, it-traġedji umani, il-ġuħ u d-deportazzjonijiet tal-massa, il-massakri u l-qtil tal-innoċenti. L-għan ta’ dal-proġett huwa li ngħaddu dak li nafu dwar dawn l-esperjenzi lill-ġenerazzjonijiet ta’ warajna sabiex dak li seħħ fl-istorja ma jintesa qatt.

Aqra aktar

Ara l-mara rieqda b’xejn, u aktar!

Waqt Science in the City, Heritage Malta se terġa’ tiftaħ il-Mużew Nazzjonali tal-Arkeoloġija u d-dħul se jkun b’xejn.

Science in the City se ssir fit-20 ta’ Settembru u l-Mużew se jiftaħ b’xejn bejn is-19.00 u l-23.00. Se jsiru wkoll numru ta’ attivitajiet:

Aqra aktar

Spettaklu dwar il-Perit Mintoff

Għall-ewwel darba, il-bijografija ta’ missier Malta ħielsa se tkun trattata permezz ta’ spettaklu oriġinali bil-Malti bil-Musical ‘Il-Perit’. Musical li se jitella’ fuq skala nazzjonali fis-Teatru ta’ L-Universita’ f’Tal Qroqq fit-23, 24 u 25 ta’ Settembru 2016. Dan il-musical, li huwa produzzjoni tal-Kumpanija Bronk għandu kitba ta’ Brian Bonnici, li huwa wkoll l-awtur tal-lirika kollha tat-28 kanuzetta li se jiġu interpretati minn bosta kantanti stabbiliti.

Il-mużika hija wkoll kollha oriġinali xogħol il-kompożitur Domnic Cini li ha ħsieb ukoll ir-recordings. Id-Direzzjoni Artistika hija ta’ Tonio Vella.

Il-musical se joffri spettaklu mill-aqwa u uniku ta’ kant, żfin, mużika u anke filmati awtentiċi li meta mħallta flimkien, se joffru lill-pubbliku Malti wieħed mill-aqwa musicals li saru f’pajjiżna.

Aqra aktar

Biex tiskopri x-Xlokk…

Wirt iż-Żejtun se tkun qed torganizza il-wirja annwali tagħha waqt Żejt iż-Żejtun.  Din is-sena il-wirja hija ġabra ta’ ritratti taħt it-tema: “Niskopru ix-Xlokk – Kollezzjoni Fotografika tal-Ing. Charles Mifsud”.

Il-ftuħ uffiċjali tal-wirja se jsir nhar il-Ġimgħa 23 ta’ Settembru fis-18:00 fl-intrata tal-Istitut Ġesu’ Nazzarenu fi Triq San Girgor, iż-Żejtun.

Aqra aktar

Wirja ta’ ħut f’Monte Karmeli

Il-Malta Aquarist Society qed torganizza l-wirja annwali ta’ ħut ta’ l-akkwarju fl-isptar Mount Carmel ġewwa Ħ’Attard.

Se jkun hemm varjeta kbira ta’ ħut, kollha mqassma f’kategoriji. Fosthom ħut ikkulurit bħal Siamese fighters, Guppies u anke gambli. Ħut kbir bħal Koi, Tilapia u Pacu ma jonqosx.  Ikun hemm ħut li ġie mkattar mill-membri u anke ikel u prodotti ohra minn fejn wieħed jista jixtri.Aqra aktar

Għal doża ta’ folklor, mur il-Qala!

Kull min fi tmiem il-ġimgħa bi ħsibu jżur il-gzira Għawdxija, żgur li mgħandux jitlef l-atmosfera li se tinħoloq fil-Qala, fejn għal tlett serati, l-kostumi, żfin u kant se jfakkruna fl-attività li kien ikun hemm dari fil-pjazzez Maltin u Għawdxin- dan permezz tal-Qala International Folk Festival.

Aqra aktar

Il-ġmiel tat-Torri l-Aħmar f’inżul ix-xemx

Din l-Art Ħelwa qed jistiednu lil kull min jixtieq iżuru it-Torri l-Aħmar, il-Mellieħa, jagħmel dan meta tinżel ix-xemx.

Il-voluntiera tal-għaqda qed jorganizzaw żjara mat-torri, akkumpanjata minn tazza inbid,  waqt li tinżel ix-xemx fi sfond mill-isbaħ.

Dawn ikull nhar ta’ Tlieta u nhar ta’ Ħamis fis 6.30 pm, sa tmiem Settembru, bid-dħul jiswa biss €5.

Aqra aktar

Wara 42 sena, il-Mużew Nazzjonali tal-Arti se jiċċaqlaq

 Il-Mużew Nazzjonali tal-Arti se jagħlaq il-bieb għall-aħħar darba fi Triq Nofsinhar il-Belt Valletta nhar il-Ħadd 2 t’Ottubru.

Għal 42 sena l-Mużew Nazzjonali tal-Arti opera mid-Dar tal-Ammiraljat, kif inhi magħrufa l-binja, minħabba l-użu tagħha bħala r-residenza uffiċjali tal-Ammiraljat Ingliż fil-Mediterran fil-perjodu tal-kolonjaliżmu Ingliż.

Il-Mużew Nazzjonali tal-Arti se jiġi trasferit fil-Berġa tal-Italja fi Triq Merkanti fejn bħalissa għaddej ix-xogħol bi tħejjija ħalli l-kollezzjoni tal-arti tkun tista’ tiġi trasferita fil-binja l-ġdida. Ix-xogħol miexi kif ippjanat u l-mużew se jkun magħruf bħala l-MUŻA. Il-Mużew tal-Arti l-ġdid se jerġa’ jiftaħ il-bibien tiegħu għall-pubbliku fl-2018 meta l-Belt Valletta tkun il-Belt Kapitali Ewropea tal-Kultura.

Aqra aktar

Fotografija u skultura f’Ħad Dingli

Tinsab miftuħa esebizzjoni ta’ fotografija u skultura, imtella’ mill-Kunsill Lokali ta’ Ħad-Dingli, fil-premises tan-19th Dingli Girl Guides f’ Misraħ Francis Ebejer f’Ħad-Dingli.

Fl-okkazzjoni ta’ Jum Ħad-Dingli li jaħbat nhar il-Ħadd 18 ta’ Settembru, l-Kunsill Lokali ta’ Ħad-Dingli ħaseb sabiex itella’ esebizzjoni tat-talent ta’ żewġ artisti Dinglin, Joe Smith (fotografu) u Charles Sammut (skultur). L-esebizzjoni bit-tema’ “Is-Sensi” tesplora t-tema’ li l-Kunsill għażel għall-Jum Ħad-Dingli, hekk kif wieħed jista’ jesperjenza s-sħubija ta’ raħal pittoresk bl-użu tal-ħames sensi.

Aqra aktar

Send this to a friend