Kultura – Page 62 – One News

Notifiki

Talenti mużikali f’Malta mill-Belarus

Żewġ mużiċisti stabbiliti se jesprimu t-talenti tagħhom fil-Valletta Campus Theatre. Fuq inizjattiva ta’ Dr Reuben Pace, il-pjanista Natalia Malnach u Yauhen Shymanovich bil-klarinett se jkunu qed idoqqu fil-preżenza tal-kompożitur Dr. Katsiaryna Shymanovich, ukoll mill-Belarus.

Għal żewġ siltiet se tkun qed tingħaqad magħhom il-mezzo-sopran Maltija Clare Ghigo. Se tkun interessanti ferm l-interpretazzjoni tagħhom ta’ biċċiet Maltin bħal “Fil-Qosor” u “Victoria’s Lament” tal-organizzatur, Dr Pace.

Dettalji tista’ ssibhom hawn.

Aqra aktar

L-irxoxt tal-Kalkara wara nuqqas ta’ 18-il sena

Wara nuqqas ta’ 18-il sena, il-Kalkarizi jerġgħu jiċċellebraw Ħadd il-Għid b’dimostrazzjoni bil-vara ta’ Kristu rxoxt mat-toroq tar-raħal pittoresk tal-Kalkara.

Il-vara msawwra minn idejn l-iskultru u statwarju Alfred Camilleri Cauchi hija propjeta’ tal-Għaqda mużikali San Ġuzepp, liema għaqda li fi ħdanha nsibu l-Banda San Ġuzepp li din is-sena qed tiċċellebra it-tletin sena mit-twaqqif tagħha, u l-anniversarju mit-twaqqif tal-ewwel banda fir-raħal tal-Kalkara.

Aqra aktar

Awguri, Fra!

• Wieħed mill-iktar karattri memorabbli twieled ħamsin sena ilu

Kien l-10 ta’ April 1967 meta twieled karattru simpatiku li għadu mnaqqax fil-qlub ta’ dawk li żmien il-primarja kien idur miegħu: Fra Mudest.

Aqra aktar

Fil-Forti Sant’Anġlu, jgħidu li tidher ‘is-Sinjura l-Griża’

Wara li s-sieħba tal-Kastellan de Nava heddet li tikxef ir-relazzjoni sigrieta tagħhom, hi nqatlet u ndifnet f’wieħed mill-ħitan tal-Forti Sant’Anġlu. Jingħad li s-Sinjura l-Griża bdiet tidher f’dan il-forti … sal-lum.

Wara l-interess qawwi li ntwera fis-sensiela ‘Dark Tales’, Heritage Malta se torganizza attività oħra simili bbażata fuq misteri u stejjer sopranaturali marbuta mal-Forti Sant’Anġlu. Minbarra li hu ġawhra fl-istorja kulturali ta’ Malta, dan il-forti għandu ħafna misteri u leġġendi marbuta mal-istorja twila tiegħu.

Aqra aktar

“U fit-tielet jum qam”

Is-Soċjeta Filarmonika Ġ.M. Fra. Antoine De Paule, Banda Kristu Re (Raħal Ġdid) jistiednuk tiġi żżur il-Wirja tal-Ġimgħa l-Kbira “U fit-Tielet Jum Qam”, li se ssir fil-Kantina tal-Każin għas-26 sena konsekutiva, mit-Tnejn 10 ta’ April sal-Ġimgħa 14 ta’ April 2017.

Il-Wirja hija maqsuma f’erbgħa taqsimiet. Ċenaklu “Life Size”, replika tal-liżar ta’ Kristu, sett vari ta’ l-artist Għawdxi Joe Cutajar Żahra u l-passjoni ta’ Kristu mekkaniżata. Id-dħul għal din il-wirja huwa b’xejn. Ftuħ uffiċjali tal-wirja nhar it-Tnejn 10 ta’ April fis-7:30pm mill-Kappillan tal-Parroċċa Kristu Re, Dun Marc Andre’ Camilleri flimkien ma Sindku ta’ Raħal Ġdid Domnic Grima. Il-wirja fost il-Ġimgħa tkun miftuħa mis-6:00pm sa 9:00pm, Ħamis ix-Xirka mill-5:00pm sa nofs il-lejl u fil-Ġimgħa l-Kbira mill-5:00pm sa 12:00pm.

“Miġruħ minħabba fi dnubietna”

Hekk qal il-profeta Iżaija fuq Sidna Ġesu’ Kristu.  U hekk jismgħa r-rappreżentazzjoni li l-Propera Avgesco Drama Group tal-Ħamrun ser ikun qed itella’ din is-sena fl-okkażjoni tal-Ġimgħa Mqaddsa.  Din hija r-raba’ rappreżentazzjoni ħajja li ser ikun qed jorganizza dan il-grupp bis-sehem sħiħ tal-Kunsill Lokali tal-Ħamrun, fejn għaldarba oħra iz-zuntier tal-parroċċa San Gejtanu ser jinbidel fil-belt ta’ Ġerusalem, biex twassal lil dawk preżenti l-ġrajja ta’ din l-akbar imħabba.

Aqra aktar

Id-dramm tal-passjoni għal sena oħra f’Bormla

‘Sa mill-ewwel passi ta’ tfuliti niftakar lil missieri li kien ferħan bija, anki b’ ħija. Sa minn ċkuniti kont immur ma’  missieri fuq il-baħar għax dak kien l-uniku għejxien tagħna. Imbagħad bdejt nikber u bdejt infendi għall- rasi.  Id-dinja u ta’ madwarna ftit skoprejtha. Sakemm darba fost l-oħrajn kien jum mhux bħall-oħrajn. Fil-bogħod rajt dija bħal tax-xemx illi għoddha kemmxitli għajnejja. Sa mill-ewwel passi ta’ tfuliti qatt ma rajt daqshekk bjudija. Lanqas biss kelli l-ħila nżomm għajnejja miftuħin. Staqsejt bejni u bejn il-kuxjenza tiegħi jekk kontx qiegħed noħlom! Imma noħlom ma kontx.’
Aqra aktar

Wirja ta’ litteriżmu diġitali fl-Iskola Medja tal-Kulleġġ San Benedittu

Għal ħafna snin, id-Dipartiment tal-e-Learning fi ħdan il-Ministeru tal-Edukazzjoni għax-xogħol u taħriġ kien jorganizza wirja magħrufa bħala EMBED, bl-idea li aktar nies ikunu jafu dwar it-teknoloġiji edukattivi u l-użu tagħhom fil-klassi.

Waqt li din kienet importanti, speċjalment fi żmien meta bdew deħlin teknoloġiji ġodda, id-Dipartiment tal-e-Learning li issa huwa magħruf bħala tal-Litteriżmu Diġitali qed jagħfas aktar fuq il-ħtieġa li kemm l-istudenti kif ukoll l-għalliema jużaw dawn il-mezzi ġodda b’mod tajjeb u effettiv u dan sabiex jikkontribwixxu għall-bosta ħiliet edukattivi kif ukoll jilħqu l-kompetenzi diġitali tas-seklu 21.

Aqra aktar

‘Il-Messija’; dramm ta’ passjoni tad-Drama Pageant Group, Qormi San Sebastjan

Id-Drama Pageant Group, Qormi San Sebastjan bil-kollaborazzjoni tal-Kunsill Lokali Ħal Qormi, jippreżenta; ‘Il-Messija’ – Dramm tal-Passjoni fi tliet atti, dwar l-aħħar ftit ħajja ta’ Sidna Ġesu’ Kristu, fuq kitba ta’ Shaun Formosa, taħt id-direzzjoni ta’ Sebastian Aquilina. Nhar it-Tlieta 11 u l-Erbgħa 12 ta’ April 2017, fit-8:00 ta’ filgħaxija. Fit-Teatru taċ-Ċentru Parrokkjali San Sebastjan Ħal Qormi.

Aqra aktar

Diversi attivitajiet mħejjija mill-banda San Gejtanu għal matul il-Ġimgħa l-Kbira

Programm estensiv ta’ attivitajiet marbuta mal-Ġimgħa Mqaddsa tħejja mill-Għaqda tal-Mużika San Gejtanu.

L-attivitajiet se jkunu qed jiftħu nhar it-Tlieta, 4 ta’ April meta ġewwa l-Każin San Gejtanu tiġi miftuħa uffiċjalment wirja ta’ Arti Sagra b’xogħlijiet tal-artist Antonio Mifsud. Din il-wirja tibqa’ miftuħa sal-Ġimgħa l-Kbira.

Aqra aktar

Send this to a friend