Kultura – Page 61 – One News

Notifiki

Ira Losco, Alphaville u Chris Norman fis-sitt edizzjoni tal-Beland Music Festival

Stqarrija Ghall-Istampa: Hard Rock Cafe Beland Music Festival 2017
Il-Ministru għall Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali Owen Bonnici, nieda s-sitt edizzjoni tal-Beland Music Festival. Dan l-ispettaklu se jsir bejn il-5 u t-7 ta’ Lulju li ġej. Il-festival se jsir bl-għajnuna tal-Kunsill Malti għall-Arti, bis-saħħa tal-Cultural Partnership Agreement.

Aqra aktar

L-iskola Primarja tal-Mellieħa tiċċelebra Jum il-Buffi

L-iskola Primarja tal-Mellieħa ċċelebraw Jum il-Buffi. Dan hekk kif it-tfal u l-istaff kollu ġew lebsin ta’ buffi bl-għan wara din il-ġurnata kienet li ngħollu l-moral tat-tfal li mhux dejjem ikunu qed jgħixu ħajja feliċi.

Barra minnhekk żewġ membri minn Dr Klown ġew spjegaw lill-istudenti r-rwol tagħhom meta jmorru l-isptar iferrħu lit-tfal li sfortunatament ikunu qegħdin l-isptar għal xi kura.  Xi studenti ppreżentaw kartolini biex dawn jitqassmu lit-tfal fl-isptar meta jmorru jżuruhom.

Aqra aktar

Għana u Nasori fil-Palazz tal-Inkwiżitur

Heritage Malta tippreżenta GħaNasori: Unity in Diversity (GħaNasori: Unità fid-Diversità) fil-Palazz tal-Inkwiżitur sabiex tqajjem kuxjenza akbar fuq il-wirt intanġibbli.

L-GħaNasori huwa proġett affaxxinanti ta’ Fiorella Camilleri, mużiċista tal-flute u l-piccolo mal-Orkestra Filarmonika Maltija. Il-kunċert se jinkludi Għana tal-Fatt, Għana fil-Għoli, Makjetta, Botta u Risposta u Nasori, u se jkun kumplimentat b’taħlita finali ta’ Għana u Nasori. In-Nasori Bugaku hija żifna tradizzjonali Ġappuniża li kienet tindaqq u tinżifen fil-palazzi Imperjali.

Aqra aktar

Ħarġa agrarja għall-familja kollha l-Ħadd li ġej

“Ħad-Dingli – Ħidma Agrarja u Tradizzjonijiet” Din hi l-14-il edizzjoni li se tkun qed tittella’ l-Ħadd li ġej f’Ħad-Dingli li tibda fit-8:00 ta’ filgħodu sal-17:00 ta’ wara nofsinhar. Attività li hi ffukata li tippromwovi t-tradizzjonijiet tal-Gżejjer Maltin b’mod speċjali dawk Dinglin. Din hi mera ta’ x’joffri r-raħal ta’ Ħad-Dingli fil-qasam kulturali, agrikolu, gastronomiku tradizzjonali u l-aspetti ekoloġiċi tal-madwar.

Din l-attività se sservi ta’ pjattaforma għal dak li r-raħal kapaċi joffri, b’esperjenza agrikola unika fejn il-viżitaturi jistgħu josservaw u jieħdu sehem fit-tradizzjonijiet agrikoli li, sfortunatment, qed jispiċċaw, u li posthom qiegħed jittieħed minn diversi żviluppi teknoloġiċi.

Din hija attività li ta’ kull sena tkun ta’ success. Fil-fatt, is-sena l-oħra attendew iktar minn għaxart elef ruħ, fosthom anke turisti.

Aqra aktar

Proġett favur aktar volontarjat fost iż-żgħażagħ

Qiegħdin ngħixu f’soċjeta fejn il-popolazzjoni globali taż-żgħazagħ qiegħda tiżdied jum wara jum. Illum hawn aktar minn 1.2 biljun żagħżugħ u żagħżugħa madwar id-dinja u għalhekk l-irwol taż-żgħażagħ qatt ma kien iktar importanti.

Matul l-aħħar xhur, numru ta’ żagħżagħ Maltin ipparteċipaw f’proġett bil-għan li titqajjem aktar kuxjenza fuq il-volontarjat fost iz-żgħażagħ.

Aqra aktar

Gawdi xeni mill-isbaħ tal-ambjent meta żżur it-Tempji ta’ Skorba

Heritage Malta se tiftaħ it-Tempji ta’ Skorba għall-pubbliku waqt l-attivitá ‘Frott il-bidwi Mġarri’ li se ssir nhar il-Ħadd 23 t’April 2017 fl-Imġarr.

It-Tempji ta’ Skorba jinsabu fiż-Żebbiegħ, fil-limiti tal-Imġarr, li huwa sinonimu mal-qasam agrikolu f’Malta. Is-sit fejn jinsabu dawn it-tempji mhux biss joffru xeni mill-isbaħ tal-ambjent rurali Malti iżda jfakkru lill-viżitatur fl-ambjent li kien imdawwar bih dawn it-tempji.

Aqra aktar

Herkules f’Selmun!

Nhar il-Ħadd li ġej, Selmun Residents Association  se torganizza attività bl-isem ta’ Operation Herkules, the battle at Selmun, fl-inħawi tal-Palazz ta’ Selmun.

Waqt din l-attività li tibda fl-għaxra ta’ filgħodu u tibqa sejra sa filgħaxija se jkun hemm wirjiet ta’ vetturi, ta’ armi li kienu jintużaw mill-Ġermanizi u l-Ingliżi fit-tieni gwerra dinija, taħditiet informattivi kif ukoll battalja bejn il-Ġermanizi u l-Ingliżi u ħafna iktar għall-familji kollha.

L-attività qed tiġi organizzata flimkien mall-Kunsill Lokali tal-Mellieħa, Arkeo, Battlefront Living History Group Malta u Military Vehicle Collector Club.

 

Famużi madwar id-dinja bl-ewfonju u issa ġejjin Malta

Wara s-suċċess tas-sena li għaddiet, K&G (Kurun & Gilbert) Mouthpieces bi pjaċir iħabbru li nhar l-Erbgħa 19 t’April David Thorthon u Daniel Thomas, żewġ mużisċisti li jdoqqu l-ewfonju ta’ fama internazzjonali ser jesegwixxu kunċert fil-Każin Malti fejn waqt xi siltiet se jkunu akkumpanjati mill-pjanista Ingliża Ruth Webb.

Waqt dan il-kunċert ser jindaqqu diversi stili ta’ mużika minn 21st Century Euphonium għal xogħol romantiku. Se jindaqqu ukoll diversi siltiet premier li ġew miktuba apposta għal dawn l-artisti fenomenali. Huma se jkunu qed idoqqu fuq bażi individwali, bħala dwett kif ukoll akkumpanjati mill-pjanista.

Għal aktar informazzjoni idħlu fuq www.kandgmouthpieces.com

Send this to a friend