Teatru Malta se jkollu l-uffiċċju ewlieni fir-Reġjun tax-Xlokk ta’ Malta

It-Teatru Pandora fiż-Żejtun se jkun qed jospita l-ewwel uffiċċju ta’ Teatru Malta, il-Kumpanija Nazzjonali tat-Teatru li għadha kif twaqqfet. It-Teatru Pandora huwa mmexxi mill-Għaqda Banda Żejtun u nbena bejn l-1950 u l-1955 minn Edwin England Sant Fournier. It-teatru ospita varjetà ta’ avvenimenti tal-komunità matul is-snin u huwa meqjus bħala wieħed mill-ikbar spazji teatrali fuq il-gżira. Dan l-aħħar it-Teatru Pandora għamel xi xogħlijiet fuq il-foyer u fuq l-ispazju għall-uffiċċju li issa se jilqa’ uffiċjalment fi ħdanu l-ewwel uffiċċju ta’ Teatru Malta. Teatru Malta se jagħmel ukoll użu mill-ispazju tat-teatru bħala post fejn isiru l-provi fi proġetti futuri.Aqra aktar

Jgħinu lill-istaff inaqqas l-użu ta’ fliexken tal-plastik

Filwaqt li iktar nies qed jagħmlu użu mill-ilma bbottiljat matul ix-xhur sħan tas-sajf, oħrajn f’Malta qed jagħmlu użu mill-vit fil-kċina tagħhom biex jaqtgħu l-għatx. Dan qed iseħħ permezz ta’ sussidju li l-HSBC Malta qed jagħti fuq sistemi domestiċi  ta’ reverse osmosis (RO).  

L-inizjattiva tal-Bank, li kienet disponibbli għall-membri kollha tal-istaff, wasslet biex 53 familja ażlu li jinstallaw is-sistema ta’ filtrazzjoni tal-ilma u jiffrankaw ix-xiri u l-ħażna tal-fliexken tal-ilma. Barra minn hekk, hu stmat li l-bidla mill-ilma tal-flixkun għall-ilma tal-vit filtrat qed tnaqqas il-produzzjoni u r-rimi ta’ iktar minn 45,000 flixkun tal-plastik kull sena.Aqra aktar

Jibda x-xogħol fil-Crafts Village f’Ta’ Qali

F’konferenza tal-aħbarijiet il-Ministru Chris Cardona ħabbar li inagħta bidu għax-xgħolijiet fil- Crafts Village f’Ta’ Qali. Cardona qal li dan il-proġett se jkun qed jiswa mal-14-il miljun Ewro b’għaxar miljuni minnhom ġejjin mil-Unjoni Ewropea u erbgħa oħra ġejjin mis-settur privat.

Barra minn hekk, permezz tal-Malta Enterprise inħolqu skemi sabiex l-operaturi jiġu inċentivati biex jidħlu għal investiment b’tali mod li l-istess investiment jintiret minn ġenerazzjoni għall-oħra. Cardona stqarr li n-negozji tal-familja huma indispensabbli għal Malta u jipprovdu stabbilità dejjiema.

Fejn qabel, ma kellhom l-ebda dritt legali fuq il-propjeta, tul dawn l-aħħar xhur l-operaturi ta’ ħwienet fil-Crafts Village ingħataw kuntratt li jagħtihom it-titlu ta’ ċens għal ħamsa u sittin sena fuq il-postijiet minn fejn jaħdmu.

Flimkien mal-investiment personali tal-operaturi, il- Malta Industrial Parks ser ikunu responsabbli li jagħmlu x-xogħol infrastutturali f’dan il-villaġġ, . Dan il-proġett ser jitlesta sat-tmiem tas-sena 2018.

Il-Crafts Village ser jgħaddi minn riġenerazzjoni totali. Ser isiru toroq ġodda, dwal, parking area, jitkabbru l-ispazji pubbliċi u se tinħoloq żona fejn il-familji jkunu jistgħu jieħdu lil uliedhom sabiex jitgħallmu filwaqt li jqattgħu ġurnata flimkien f’post li bħalissa żgur ma jħajjarhomx.

Cardona qal ukoll li dan il-proġett mhux biss se jirriġenera l-villaġġ, imma se jitrasformaħ f’ċentru ta’ eċċellenza għall-artiġjanat Malti u se jservu bħala vetrina għax-xogħol tradizzjonali Malti.

Huwa mistenni wkoll li jżied in-numru ta’ viżitaturi, jiġġenera aktar kummerċ u għaldaqstant tiġi żgurata s-sostenibbiltà mhux biss ta’ dan iċ-ċentru, imma tal-artiġjanat Malti.

Staġun impenjattiv għall-Orkestra Filarmonika ta’ Malta

Staġun impenjattiv għall-Orkestra Filarmonika ta’ Malta. Hekk jista’ jissejjaħ il-perjodu ta’ bejn Settembru elfejn u sbatax u Lulju elfejn u tmintax, b’aktar minn sittin kunċert skedat fil-kalendarju tal-Orkestra Maltija għall-istaġun il-ġdid.

Sa mill-bidu tal-istaġun, il-mużiċisti jkunu mpenjati minn ġimgħa għall-oħra b’numru ta’ kunċerti simfoniċi u oħrajn annwali : bħal ta’ Joseph Calleja u tal-Girgenti. Imbagħad hemm kunċerti oħra bħal dawk ta’ żmien il-Milied u l-festi tal-Għid, li l-preparamenti għalihom jibdew minn kmieni. Iżda bħalma jaf kulħadd, l-Orkestra Filarmonika ta’ Malta qed timraħ lil’hinn minn pajjiżna.

Iċ-Ċermen tal-Orkestra Sigmund Mifsud tkellem dwar żewġ tours li jispikkaw fil-programm tal-istaġun il-ġdid – waħda fir-Russja u l-oħra fil-Ġermanja. F’dan il-kuntest, il-Ministru Owen Bonnici elenka numru t’unuri u suċċessi li l-Orkestra Filarmonika qed tagħmel f’isem pajjiżna, fejn kull fejn tmur iġġorr l-identità Maltija. Iddeskriviha bħala “djamant b’ħafna wċuh”, ikkaratterizzat mid-diplomazija kulturali, il-kollaborazzjoni m’artisti diversi, u l-opportunitajiet għaż-żgħażagħ.

B’dawn tal-aħħar ikomplu jibnu fuq is-sisien tas-snin l-imgħoddija, fejn għal darb’oħra din is-sena se jkun hemm programm t’internship li se jara sitt mużiċisti fl-Orkestra taż-Żgħażagħ, isegwu provi u eventwalment jieħdu sehem f’kunċerti mal-Orkestra Filarmonika ta’ Malta.

FILMATI ESKLUSSIVI: Jasal f’Malta ix-Shabab Oman II

Il-bastiment ta’ 85 metru tal-Qawwa Navali tal-Oman El Shabab Oman II mistenni jidħol Malta fil-ħin li ġej. ONE News irċieva filmati esklussivi minn fuq il-vapur fejn wieħed jista jara il-preparamenti li jinsabu għadejjin bihom il-baħrin qabel dan il-vapur jidħol Malta.

Din il-waqfa kienet organiżżata minn Yauchting Malta, l-Awtorita Maltija għat-Turiżmu b’kollaborazzjoni mal-Ministeru għat-Turiżmu, Ministeru tal-Finanzi, transport Malta, Valletta 2018 u Yauchting in Malta.

90 sena ta’ Talkies

B’tifkira tad-90 sena anniversarju mill-wiri tal-ewwel film talkies “The Jazz Singer”, kif ukoll biex ikun imfakkar “Jum it-Talkies” li jaħbat fis-6 ta’ Ottubru, is-Soċjetà Internazzjonali Al Jolson ser torganizza żewġ wirjiet.

Aqra aktar

Arċipriet ġdid għall-Parroċċa ta’ Santa Liena f’Birkirkara

L-Arċisqof Charles J. Scicluna ħatar lill-Monsinjur Paul Carmel Vella bħala Prepostu Arċipriet tal-Parroċċa ta’ Santa Liena, f’Birkirkara.

Mons. Paul Vella twieled fit-23 ta’ Settembru 1961, fis-Siġġiewi. Irċieva l-edukazzjoni primarja fl-iskola tas-Siġġiewi, u dik sekondarja f’Ħaż-Żebbuġ. Wara li daħal is-Seminarju tal-Arċisqof, kompla bl-istudji fil-Fakultà tat-Teoloġija f’Tal-Virtù, ir-Rabat, u ggradwa fit-Teoloġija Pastorali mill-Universitàta’ Malta.Aqra aktar

Shakespeare – biċċiet u għoqdiet

Ftit aktar minn sena ilu, atturi tal-kumpanija ċlebri RSC (le, mhux Royal Shakespeare Company, imma Reduced Shakespeare Company) skoprew manuskritt ta’ aktar minn 400 paġna maġenb gozz għadam ta’ ebda importanza f’car park ġo Leicester.  Wara ftit studji, dubjużi, ġie stabbilit li dan il-manuskritt ma kien xejn għajr l-ewwel dramm miktub mill-kbir William Shakespeare fl-età tenera ta’ 17-il sena.  Iva sinjuri, dan kien il-manuskritt tal-ewwel reċta miktuba minn Shakespeare, mitlufa għal dawn is-snin kollha.

Għal xi raġuni jew oħra, din is-sejba ma ġietx rapportata la fuq TVM News, la fuq One News u lanqas fuq Net News.  L-uniku aċċenn għal din is-sejba sar fuq programm immexxi minn ċertu predikatur li jgħidu jinħasel fi xmara ta’ mħabba.  Dan jista’ jkun forsi għaliex dan il-fatt intilef ukoll mill-istampa nazzjonali li tant hi attenta li ma tkunx falza issa li d-dinja qed issofri minn diżastri naturali bħal Brexit u Trump (għalkemm hemm min jaħseb li dawn it-tnejn huma l-istess ħaġa).  U tafu intom, jekk fatt falz kemm hu falz ma jkunx irrappurtat fl-istampa internazzjonali, il-ġurnalisti Maltin ma jkunux semgħu dwaru.

Aqra aktar

L-AĠ jiċħad u jiċċara dwar ir-Russa Efimova

L-uffiċċju tal-Avukat Ġenerali ċaħad qlajjiet u allegazzjonijiet marbuta mat-tluq minn Malta tar-Russa li ma dehritx il-Qorti wara li għamlet diversi allegazzjonijiet fil-konfront ta’ persuni differenti. L-istqarrija tal-Avukat Ġenerali tgħid: 

B’referenza għall-allegazzjonijiet li dehru fil-media soċjali, fis-sens illi l-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali b’xi mod iffaċilita l-għejbien ta’ Maria Efimova, l-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali filwaqt li jiċħad dawn l-allegazzjonijiet qiegħed jippreċiża dan li ġej:
Aqra aktar

Send this to a friend