Kultura – Page 58 – One News

Notifiki

FILMATI ESKLUSSIVI: Jasal f’Malta ix-Shabab Oman II

Il-bastiment ta’ 85 metru tal-Qawwa Navali tal-Oman El Shabab Oman II mistenni jidħol Malta fil-ħin li ġej. ONE News irċieva filmati esklussivi minn fuq il-vapur fejn wieħed jista jara il-preparamenti li jinsabu għadejjin bihom il-baħrin qabel dan il-vapur jidħol Malta.

Din il-waqfa kienet organiżżata minn Yauchting Malta, l-Awtorita Maltija għat-Turiżmu b’kollaborazzjoni mal-Ministeru għat-Turiżmu, Ministeru tal-Finanzi, transport Malta, Valletta 2018 u Yauchting in Malta.

90 sena ta’ Talkies

B’tifkira tad-90 sena anniversarju mill-wiri tal-ewwel film talkies “The Jazz Singer”, kif ukoll biex ikun imfakkar “Jum it-Talkies” li jaħbat fis-6 ta’ Ottubru, is-Soċjetà Internazzjonali Al Jolson ser torganizza żewġ wirjiet.

Aqra aktar

Arċipriet ġdid għall-Parroċċa ta’ Santa Liena f’Birkirkara

L-Arċisqof Charles J. Scicluna ħatar lill-Monsinjur Paul Carmel Vella bħala Prepostu Arċipriet tal-Parroċċa ta’ Santa Liena, f’Birkirkara.

Mons. Paul Vella twieled fit-23 ta’ Settembru 1961, fis-Siġġiewi. Irċieva l-edukazzjoni primarja fl-iskola tas-Siġġiewi, u dik sekondarja f’Ħaż-Żebbuġ. Wara li daħal is-Seminarju tal-Arċisqof, kompla bl-istudji fil-Fakultà tat-Teoloġija f’Tal-Virtù, ir-Rabat, u ggradwa fit-Teoloġija Pastorali mill-Universitàta’ Malta.Aqra aktar

Shakespeare – biċċiet u għoqdiet

Ftit aktar minn sena ilu, atturi tal-kumpanija ċlebri RSC (le, mhux Royal Shakespeare Company, imma Reduced Shakespeare Company) skoprew manuskritt ta’ aktar minn 400 paġna maġenb gozz għadam ta’ ebda importanza f’car park ġo Leicester.  Wara ftit studji, dubjużi, ġie stabbilit li dan il-manuskritt ma kien xejn għajr l-ewwel dramm miktub mill-kbir William Shakespeare fl-età tenera ta’ 17-il sena.  Iva sinjuri, dan kien il-manuskritt tal-ewwel reċta miktuba minn Shakespeare, mitlufa għal dawn is-snin kollha.

Għal xi raġuni jew oħra, din is-sejba ma ġietx rapportata la fuq TVM News, la fuq One News u lanqas fuq Net News.  L-uniku aċċenn għal din is-sejba sar fuq programm immexxi minn ċertu predikatur li jgħidu jinħasel fi xmara ta’ mħabba.  Dan jista’ jkun forsi għaliex dan il-fatt intilef ukoll mill-istampa nazzjonali li tant hi attenta li ma tkunx falza issa li d-dinja qed issofri minn diżastri naturali bħal Brexit u Trump (għalkemm hemm min jaħseb li dawn it-tnejn huma l-istess ħaġa).  U tafu intom, jekk fatt falz kemm hu falz ma jkunx irrappurtat fl-istampa internazzjonali, il-ġurnalisti Maltin ma jkunux semgħu dwaru.

Aqra aktar

L-AĠ jiċħad u jiċċara dwar ir-Russa Efimova

L-uffiċċju tal-Avukat Ġenerali ċaħad qlajjiet u allegazzjonijiet marbuta mat-tluq minn Malta tar-Russa li ma dehritx il-Qorti wara li għamlet diversi allegazzjonijiet fil-konfront ta’ persuni differenti. L-istqarrija tal-Avukat Ġenerali tgħid: 

B’referenza għall-allegazzjonijiet li dehru fil-media soċjali, fis-sens illi l-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali b’xi mod iffaċilita l-għejbien ta’ Maria Efimova, l-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali filwaqt li jiċħad dawn l-allegazzjonijiet qiegħed jippreċiża dan li ġej:
Aqra aktar

Reġgħet magħna Festa Sajf Selmun

Is-Sibt 5 t`Awwissu 2017 l-Assoċjazzoni Residenti Selmun bil-kollaborazzjoni tal-Kunsill Lokali Mellieħa kif ukoll Fondazzjoni Arkeo, ser ikunu qed jorganizzaw Festa Sajf Selmun ġewwa Selmun stess mis-19:00 ‘l quddiem.

Aqra aktar

43 fotografi b’interess komuni

L-ewwel edizzjoni tal-kompetizzjoni fotografika dwar l-abitat naturali organizzata minn Heritage Malta qanqlet interess tajjeb ħafna wara li 43 fotografi ssottomettew iktar minn 340 ritratti ta’ fjurigħasafarmammiferirettiliħut u annimali oħrajn.

Il-ġurija kellha kummenti pożittivi għall-kwalitá għoljatar-ritratti sottomessi, kif ukoll bl-ispeċi varji li ‘nqabdu’ mill-fotografi. Il-kompetizzjoni issa tinsab fit-tieni fażi,fejn ir-ritratti kollha jigu iġġudikati skont il-kategorija rispettiva tagħhom: Flora, Fawna u Baħar.

Aqra aktar

Ben Camille b’reality show tiegħu!

Sharp Shoot Media ħabbret li l-attur Benjamin Camilleri – jew aħjar Ben Camille – se jkun qed ipoġġi l-ħajja familjari tiegħu għall-ispezzjoni tal-pubbliku, permezz ta’ programm televiżiv. Ir-reality show se tkun qed tiffoka fuq il-“faxxinu tal-ħajja personali tiegħu” u se tkun qed turi kemm is-suċċess kif ukoll il-problemi li jaffaċja ta’ kuljum.

Ma tonqosx id-drama familjara. Fil-programm se jkunu qed jidhru Ben Camille li għandu 29 sena magħruf għall-programm Strada Stretta flimkien ma’ martu Kristina u l-ġenituri tagħha, flimkien ma’ Carina, omm Camille, li tmexxi aġenzija tal-moda, u missieru Pierre,  parrukier famuż!

Send this to a friend