Kultura – Page 57 – One News

Notifiki

Mixja f’Ħal Qormi mal-akbar ħabib tal-bniedem

Il-Ħadd 22 t’Ottubru se tkun qed issir mixja bl-annimali f’Ħal Qormi.

Din il-mixja għandha l-għan li tkompli tibgħat messaġġ favur il-kuxjenza tal-ħarsien tad-drittijiet tal-annimali.

Il-fondi miġbura minn din il-mixja se jmorru għand il-Fondazzjoni Malta Guide Dog.
Aqra aktar

Iż-żwieġ dulliegħa jgħid il-Malti

 

Il-Malti jgħid: ‘Iż-żwieġ dulliegħa’ li jfisser li żwieġ ma tafx jekk hux se jġiblek skoss ħlewwa jew xebgħa għawġ.

Immaġina tkun qed issuq u tiltaqa’ ma’ mara tqila qed tiġbed kerettun u fuq il-kerettun hemm żewġha, iż-żewġ ulieda u l-kelb. Min jara xena bħal din jaf jgħid: ‘Dik qisha l-mara tiegħi. Hi ż-żiemel li tiġbed ’l familja ’l quddiem’. Però jaf hemm min jgħid: ‘Ma tarax, jien iż-żiemel, mela l-mara!’Aqra aktar

Patta Para Patta- Kummiedja oħra tal-Kumpanija Teatrali Aniċi

Din is-sena l-Kumpanija Teatrali Anici, ser tiftaħ l-istaġun teatrali tagħha permezz ta’ kummiedja fi tliet atti ta’ Antoine German; “Patta Para Patta”; bil-kollaborazzjoni tal-Kunsill Lokali ta’ Ħal Qormi.
F’din il-kummiedja niltaqgħu ma’ seba’ karattri. Is-Sur Alfredo; il-paċenzjuz! U paċenzja jrid ikollok biex tgħix ma’ mara b’karattru bhal dak ta’ martu. Martu, s-sinjura Ester, tħobb tistaqsi wisq u trid tkun taf kollox u fuq kulħadd! Tagħha biss tajjeb u ara biss tipprova tieħu tiegħek! Is-seftura tagħha Mananni ikollha tieħu paċenzja biha mhux ftit, dan għaliex ħafna drabi tkun hi li teħel ma’ rasha. Min naħa l-oħra, Ġulinu s-seftur tas-sur Alfredo, żgur li ma jistax jgħid l-istess għax m’għandux wisq xi jgerger mis-Sinjur. Is-Sur Beneditt, missier is-Sinjura Ester, jipprova ifihem lil bintu li n-natural tagħha mhu xejn tajjeb u li bih ser ixebba lil żewgha. Is-Sur Erkole, l-ħabib tal-familja, jipprova jikkalma kull sitwazzjoni li tinqala’! U Spiru l-kok, fiex jidħol fl-istorja? X’ser jiġri miċ-ċena li ser jorganizza is-Sur Alfredo? X’jigri f’Għar id-Dud? U fuq kollox, għaliex “Patta Para Patta”?
Biex tkunu tafu dan u aktar, ingħaqdu magħna ghal serata ta’ daħk kontinwu, is-Sibt 21 t’Ottubru 2017 fis-7:30pm u l-Ħadd 22 t’Ottubru 2017 fis-6:00pm. Fis-Sala tal-Kulleġġ San Injazju, Eks Skola Ġużè Galea San Ġorġ Ħal Qormi.
Għall-biljetti ċemplu fuq 99498012 jew 99208043.

Opportunità biex tara mill-viċin ħidmet ix-xjentisti u kif jinvestigaw oġġetti storiċi

Matul l-attivitá Science in the City, Heritage Malta qed toffri l-opportunitá lill-pubbliku ġenerali biex jara mill-viċin ħidmet ix-xjentisti tal-Laboratorji Diagnostiċi tal-aġenzija u kif jesploraw u jinvestigaw oġġetti storiċi.

Is-sistema micro-XRF tintuża minn Heritage Malta sabiex tanalizza materjali b’metodi li mhumiex invażivi. Jintużaw ukoll sistemi ta’ fotogarfija u x-rays sabiex tinġabar iktar informazzjoni fuq l-oġġett mingħajr ma jintmess.  Grazzi għal dawn is-sistemi, il-laboratorju jista’ jinvestiga materjali għal għanijiet ta’ dokumentazzjoni, deterjorazzjoni ta’ żeba u bini tal-profil tal-materjali li jkun uża artist fil-laboratorju.
Aqra aktar

Teatru Malta se jkollu l-uffiċċju ewlieni fir-Reġjun tax-Xlokk ta’ Malta

It-Teatru Pandora fiż-Żejtun se jkun qed jospita l-ewwel uffiċċju ta’ Teatru Malta, il-Kumpanija Nazzjonali tat-Teatru li għadha kif twaqqfet. It-Teatru Pandora huwa mmexxi mill-Għaqda Banda Żejtun u nbena bejn l-1950 u l-1955 minn Edwin England Sant Fournier. It-teatru ospita varjetà ta’ avvenimenti tal-komunità matul is-snin u huwa meqjus bħala wieħed mill-ikbar spazji teatrali fuq il-gżira. Dan l-aħħar it-Teatru Pandora għamel xi xogħlijiet fuq il-foyer u fuq l-ispazju għall-uffiċċju li issa se jilqa’ uffiċjalment fi ħdanu l-ewwel uffiċċju ta’ Teatru Malta. Teatru Malta se jagħmel ukoll użu mill-ispazju tat-teatru bħala post fejn isiru l-provi fi proġetti futuri.Aqra aktar

Jgħinu lill-istaff inaqqas l-użu ta’ fliexken tal-plastik

Filwaqt li iktar nies qed jagħmlu użu mill-ilma bbottiljat matul ix-xhur sħan tas-sajf, oħrajn f’Malta qed jagħmlu użu mill-vit fil-kċina tagħhom biex jaqtgħu l-għatx. Dan qed iseħħ permezz ta’ sussidju li l-HSBC Malta qed jagħti fuq sistemi domestiċi  ta’ reverse osmosis (RO).  

L-inizjattiva tal-Bank, li kienet disponibbli għall-membri kollha tal-istaff, wasslet biex 53 familja ażlu li jinstallaw is-sistema ta’ filtrazzjoni tal-ilma u jiffrankaw ix-xiri u l-ħażna tal-fliexken tal-ilma. Barra minn hekk, hu stmat li l-bidla mill-ilma tal-flixkun għall-ilma tal-vit filtrat qed tnaqqas il-produzzjoni u r-rimi ta’ iktar minn 45,000 flixkun tal-plastik kull sena.Aqra aktar

Jibda x-xogħol fil-Crafts Village f’Ta’ Qali

F’konferenza tal-aħbarijiet il-Ministru Chris Cardona ħabbar li inagħta bidu għax-xgħolijiet fil- Crafts Village f’Ta’ Qali. Cardona qal li dan il-proġett se jkun qed jiswa mal-14-il miljun Ewro b’għaxar miljuni minnhom ġejjin mil-Unjoni Ewropea u erbgħa oħra ġejjin mis-settur privat.

Barra minn hekk, permezz tal-Malta Enterprise inħolqu skemi sabiex l-operaturi jiġu inċentivati biex jidħlu għal investiment b’tali mod li l-istess investiment jintiret minn ġenerazzjoni għall-oħra. Cardona stqarr li n-negozji tal-familja huma indispensabbli għal Malta u jipprovdu stabbilità dejjiema.

Fejn qabel, ma kellhom l-ebda dritt legali fuq il-propjeta, tul dawn l-aħħar xhur l-operaturi ta’ ħwienet fil-Crafts Village ingħataw kuntratt li jagħtihom it-titlu ta’ ċens għal ħamsa u sittin sena fuq il-postijiet minn fejn jaħdmu.

Flimkien mal-investiment personali tal-operaturi, il- Malta Industrial Parks ser ikunu responsabbli li jagħmlu x-xogħol infrastutturali f’dan il-villaġġ, . Dan il-proġett ser jitlesta sat-tmiem tas-sena 2018.

Il-Crafts Village ser jgħaddi minn riġenerazzjoni totali. Ser isiru toroq ġodda, dwal, parking area, jitkabbru l-ispazji pubbliċi u se tinħoloq żona fejn il-familji jkunu jistgħu jieħdu lil uliedhom sabiex jitgħallmu filwaqt li jqattgħu ġurnata flimkien f’post li bħalissa żgur ma jħajjarhomx.

Cardona qal ukoll li dan il-proġett mhux biss se jirriġenera l-villaġġ, imma se jitrasformaħ f’ċentru ta’ eċċellenza għall-artiġjanat Malti u se jservu bħala vetrina għax-xogħol tradizzjonali Malti.

Huwa mistenni wkoll li jżied in-numru ta’ viżitaturi, jiġġenera aktar kummerċ u għaldaqstant tiġi żgurata s-sostenibbiltà mhux biss ta’ dan iċ-ċentru, imma tal-artiġjanat Malti.

Staġun impenjattiv għall-Orkestra Filarmonika ta’ Malta

Staġun impenjattiv għall-Orkestra Filarmonika ta’ Malta. Hekk jista’ jissejjaħ il-perjodu ta’ bejn Settembru elfejn u sbatax u Lulju elfejn u tmintax, b’aktar minn sittin kunċert skedat fil-kalendarju tal-Orkestra Maltija għall-istaġun il-ġdid.

Sa mill-bidu tal-istaġun, il-mużiċisti jkunu mpenjati minn ġimgħa għall-oħra b’numru ta’ kunċerti simfoniċi u oħrajn annwali : bħal ta’ Joseph Calleja u tal-Girgenti. Imbagħad hemm kunċerti oħra bħal dawk ta’ żmien il-Milied u l-festi tal-Għid, li l-preparamenti għalihom jibdew minn kmieni. Iżda bħalma jaf kulħadd, l-Orkestra Filarmonika ta’ Malta qed timraħ lil’hinn minn pajjiżna.

Iċ-Ċermen tal-Orkestra Sigmund Mifsud tkellem dwar żewġ tours li jispikkaw fil-programm tal-istaġun il-ġdid – waħda fir-Russja u l-oħra fil-Ġermanja. F’dan il-kuntest, il-Ministru Owen Bonnici elenka numru t’unuri u suċċessi li l-Orkestra Filarmonika qed tagħmel f’isem pajjiżna, fejn kull fejn tmur iġġorr l-identità Maltija. Iddeskriviha bħala “djamant b’ħafna wċuh”, ikkaratterizzat mid-diplomazija kulturali, il-kollaborazzjoni m’artisti diversi, u l-opportunitajiet għaż-żgħażagħ.

B’dawn tal-aħħar ikomplu jibnu fuq is-sisien tas-snin l-imgħoddija, fejn għal darb’oħra din is-sena se jkun hemm programm t’internship li se jara sitt mużiċisti fl-Orkestra taż-Żgħażagħ, isegwu provi u eventwalment jieħdu sehem f’kunċerti mal-Orkestra Filarmonika ta’ Malta.

Send this to a friend