Kultura – Page 55 – One News

Notifiki

Festival Internazzjonali tal-Milied fil-Mellieħa

The Mellieħa International Christmas Festival ser ikun qed jiġi organizzat mill-Kunsill Lokali tal-Mellieħa b’kollaborazzjoni mad-Dipartiment għall-Gvern Lokali, L-Awtorità Maltija Għat-Turiżmu, l-Fondazzjoni Valletta 2018, Reġjun Tramuntana u The Malta Christmas Festival. Din l-attività ser tilħaq il-qofol tagħha b’attivitajiet li se jsiru fi Triq Ġorġ Borg Olivier u Misraħ il-Parroċċa mis-7 ta’ filgħaxija.

Aqra aktar

Mixja f’Ħal Qormi mal-akbar ħabib tal-bniedem

Il-Ħadd 22 t’Ottubru se tkun qed issir mixja bl-annimali f’Ħal Qormi.

Din il-mixja għandha l-għan li tkompli tibgħat messaġġ favur il-kuxjenza tal-ħarsien tad-drittijiet tal-annimali.

Il-fondi miġbura minn din il-mixja se jmorru għand il-Fondazzjoni Malta Guide Dog.
Aqra aktar

Iż-żwieġ dulliegħa jgħid il-Malti

 

Il-Malti jgħid: ‘Iż-żwieġ dulliegħa’ li jfisser li żwieġ ma tafx jekk hux se jġiblek skoss ħlewwa jew xebgħa għawġ.

Immaġina tkun qed issuq u tiltaqa’ ma’ mara tqila qed tiġbed kerettun u fuq il-kerettun hemm żewġha, iż-żewġ ulieda u l-kelb. Min jara xena bħal din jaf jgħid: ‘Dik qisha l-mara tiegħi. Hi ż-żiemel li tiġbed ’l familja ’l quddiem’. Però jaf hemm min jgħid: ‘Ma tarax, jien iż-żiemel, mela l-mara!’Aqra aktar

Patta Para Patta- Kummiedja oħra tal-Kumpanija Teatrali Aniċi

Din is-sena l-Kumpanija Teatrali Anici, ser tiftaħ l-istaġun teatrali tagħha permezz ta’ kummiedja fi tliet atti ta’ Antoine German; “Patta Para Patta”; bil-kollaborazzjoni tal-Kunsill Lokali ta’ Ħal Qormi.
F’din il-kummiedja niltaqgħu ma’ seba’ karattri. Is-Sur Alfredo; il-paċenzjuz! U paċenzja jrid ikollok biex tgħix ma’ mara b’karattru bhal dak ta’ martu. Martu, s-sinjura Ester, tħobb tistaqsi wisq u trid tkun taf kollox u fuq kulħadd! Tagħha biss tajjeb u ara biss tipprova tieħu tiegħek! Is-seftura tagħha Mananni ikollha tieħu paċenzja biha mhux ftit, dan għaliex ħafna drabi tkun hi li teħel ma’ rasha. Min naħa l-oħra, Ġulinu s-seftur tas-sur Alfredo, żgur li ma jistax jgħid l-istess għax m’għandux wisq xi jgerger mis-Sinjur. Is-Sur Beneditt, missier is-Sinjura Ester, jipprova ifihem lil bintu li n-natural tagħha mhu xejn tajjeb u li bih ser ixebba lil żewgha. Is-Sur Erkole, l-ħabib tal-familja, jipprova jikkalma kull sitwazzjoni li tinqala’! U Spiru l-kok, fiex jidħol fl-istorja? X’ser jiġri miċ-ċena li ser jorganizza is-Sur Alfredo? X’jigri f’Għar id-Dud? U fuq kollox, għaliex “Patta Para Patta”?
Biex tkunu tafu dan u aktar, ingħaqdu magħna ghal serata ta’ daħk kontinwu, is-Sibt 21 t’Ottubru 2017 fis-7:30pm u l-Ħadd 22 t’Ottubru 2017 fis-6:00pm. Fis-Sala tal-Kulleġġ San Injazju, Eks Skola Ġużè Galea San Ġorġ Ħal Qormi.
Għall-biljetti ċemplu fuq 99498012 jew 99208043.

Opportunità biex tara mill-viċin ħidmet ix-xjentisti u kif jinvestigaw oġġetti storiċi

Matul l-attivitá Science in the City, Heritage Malta qed toffri l-opportunitá lill-pubbliku ġenerali biex jara mill-viċin ħidmet ix-xjentisti tal-Laboratorji Diagnostiċi tal-aġenzija u kif jesploraw u jinvestigaw oġġetti storiċi.

Is-sistema micro-XRF tintuża minn Heritage Malta sabiex tanalizza materjali b’metodi li mhumiex invażivi. Jintużaw ukoll sistemi ta’ fotogarfija u x-rays sabiex tinġabar iktar informazzjoni fuq l-oġġett mingħajr ma jintmess.  Grazzi għal dawn is-sistemi, il-laboratorju jista’ jinvestiga materjali għal għanijiet ta’ dokumentazzjoni, deterjorazzjoni ta’ żeba u bini tal-profil tal-materjali li jkun uża artist fil-laboratorju.
Aqra aktar

Send this to a friend