Kultura – Page 54 – One News

Notifiki

Freddie Castelleti b’cd album ġdid

Il-kantant Malti Freddie Castelletti, lejn tmiem is-sena 2017 għadu kemm ħareġ Cd Album ġdid b’isem ta’ “Sa Fejn Naf Jien”. Cd li jżomm il-livell għoli bħat-tnejn l-oħra li kien ħareġ lura lejn is-sena 2003 li kienu jġib l-isem ta’ “Freddie Castelletti” u “Back Again” li kien ħareġ fl-2009.

Il-lirika u l-mużika hija tal-bravu Alfred C. Sant, u l-vuċi partikolari ta’ Freddie Castelletti b’dik il-kisra unika assoċjata miegħu hija eċċezzjonali. Dan ic-Cd Album b’kollox fih 11-il silta, ħamsa bil-Malti li huma ġodda mitkuba mill-pinna ta’ Alfred C. Sant, kanzunetti waħda isbaħ minn oħra b’melodija u vuċi ta’ Freddie Castelletti.

Freddie Castelletti twieled il-Belt Valletta fl-1 ta’ Frar, 1939 u beda jkanta f’Strada Rjali. Kien żmien meta minn fuq ir-radju, bħala tifel kien jisma lill-idolu tiegħu Claudio Villa, u kont tisimgħu jkanta mal-kanzuneti li kien jisma, darba kien semgħu Charles Lucas hu Oscar Lucas, u kien qal lil ommhu, biex tħallih jkanta mal-banda tiegħu. Ommhu b’xi mod aċċettat u minn hemm beda jkanta f’Pjazza Reġina u f’istess waqt kien ingħaqad wkoll mal-kumpanija teatrali Stage Commandos u kien jieħu sehem wkoll mal-radju Muskettieri.

Kliem Malti antik: Attivita’ Sombor

Sombor: kelma li tfisser tajjeb ħafna, eċċellenti u tintuża propju fil-Belt Valletta. U hekk tassew jixraq li ngħidu dwar il-ftuħ li sar fil-kapitali Maltija Valletta.

Ħafna huma dawk li ħadu diksa l-bieraħ, li tfisser battikata. Hija kelma adattata għall-organizzaturi bix-xogħol kbir li ħadu biex kollox mar sew.

Dan il-kliem kien miktub fil-ktieb Fuq il-Kitba Maltija li nħareġ fl-1924 mill-Għaqda tal-kittieba tal-Malti.

L-aħħar jum qabel il-ftuħ uffiċjali ta’ Valletta 2018

Illum huwa l-aħħar jum ta’ preparamenti qabel għada ssir iċ-ċelebrazzjoni tal-ftuħ uffiċjali ta’ Valletta 2018.

Bosta hija l-istennija għal dan l-avveniment t’għada anke minħabba l-fatt li l-ispettaklu jidher li se jkunu fin. ta’ kalibru għoli u l-aqwa li qatt sar fil-Kapitali Maltija.

Ta’ min ifakkar li l-attivitajiet ma jieqfux għada filgħaxija. Għada se jkun biss il-bidu ta’ sena t’attivitajiet kulturali għal kulhadd fejn apparti li t-turisti se jitpaxxew, hija opportunità unika ghalina l-poplu Malti u Għawdxi biex nidhlu u niflu ġmiel il-kapitali Maltija; il-kapitali Ewropea tal-kultura għal din is-sena.

Grazzi għal Gvern preżenti, dawn l-aħħar snin saru proġetti kbar ta’ restawr fuq diversi postijiet storiċi li għadhom jintużaw sal-ġurnata tal-lum u jaqdu funzjonijiet diversi.

Fir-ritratt: Il-faċċata tal-Kon-katidral ta’ San Ġwann mixgħul bi speattklu ta’ dawl.

Fl-1535 sar l-ewwel karnival f’Malta

L-eqdem referenza għall-karnival Malti tmur lura għas-sena 1535.

L-ewwel karnival sar fil-Birgu, dak iż-żmien; Borgo. Dak iż-żmien il-Kavallieri ta’ San Ġwann kienu organizzaw ġlied fint bejniethom kif ukoll ġostri tipiċi.

Bdiet ukoll iż-żifna, li storiċi jistqarru li kien hemmhekk li twieldet il-parata tal-karnival.

Din is-sena l-karnival se jiġi ċċelebrat mill-10 sat-13 ta’ Frar u se jkun ukoll parti miċ-ċelebrazzjoni tal-Valletta 2018.

 

Ritratt: qoxra tal-ktejjeb tat-tifkira li kien sar għall-karnival tal-1958.

Jaqra ktieb minn wara għal quddiem

”Interesanti huwa li ġieli naqbad ktieb li meta naqra l-ewwel kapitlu tiegħu inħossu ktieb li se jżommni u jsammarni, u rrid inkun naf kif se jispiċċa, allura jkun hemm każi li wara li naqra l-ewwel artiklu jew tnejn, immur għall-aħħar artiklu biex nara kif se tispiċċa l-istorja u hawn jista jagħti l-każ li nibqa naqrah minn wara għal quddiem. Dan għalija huwa mod interessanti ħafna qisu dak il-ħin, jien qed nagħmel parti minn ġudikatura fil-qorti li qed nassisiti għal smiegħ ta’ xi kawza fejn biex nagħti eżempju, naf li sar delitt imma rrid inkun naf għaliex sar, jew inkella jekk huwa storja ta’ mħabba, irrid inkun naf dawk it-tnejn li fl-aħħar kapitlu huma ppreżentati bħala l-maħbubin universali,  mnejn telqu u dak kollu li għaddew minnu biex illum qed jiġu ppreżentati lili b’dak il-mod.”

 

Hekk saħaq Etienne Schembri, kollega tagħna fuq ONE radio li minn ċkunitu kellu namra mal-ktieb. Kompla fuq il-passi tal-ħabib tagħna Raymond Mahoney fejn anke llum il-ġurnata jwassal ir-rumanz lis-semmiegħa, kull nhar ta’ Tnejn, Tlieta u l-Erbgħa fis-13.15pm. Bħalissa qed iwassal lis-semmiegħa, ir-rumanz Marta Bint id-deffien tal-pesta ta’ Arturo Caruana fuq adattament ta’ Charles B. Spiteri.

Schembri jemmen li hemm ġeneru ta’ nies li jekk taghtihom ktieb kapaci jaqrawh malajr u jifhmuh, oħrajn li għandhom idea ta’ kif tiżvolgi storja imma ma jkollhomx l-abbiltajiet li jdommuhom flimkien biex issir kitba interessanti, u bla dubju oħrajn li kapaċi joħolqu storja, jdommuha u jagħmluha storja għal pjaċir ta’ ħaddiehor.

Idoqq waqt li jinġarr fuq karru fil-Belt Valletta

Jiġbed l-għajn dan ir-ritratt li qed jiċċirkola fuq il-mezzi tal-midja soċjali fejn qed naraw ċiklist b’karru marbut miegħu, u li fuqu hemm armat drum kit u l-mużiċist idoqq.

Dan il-mużiċist jifforma parti minn Tikka Banda li se tkun qed tgħin biex tmexxi l-folla fil-kapitali nhar is-sibt li ġej waqt iċ-ċelebrazzjoni tal-ftuħ tas-sena li fiha Valletta qiegħda tiġi nkurunata bħala l-kapitali Ewropea tal-Kultura.

Dan u aktar nhar is-sibt li ġej fil-Belt Valletta. Aħsbu kmieni.

Kor iffurmat apposta għall-Valletta 2018

Kor ta’ 100 persuna mmexxi min Pamela Bezzina ser ikantaw sinfonija korali fil ftuħ tal-festa kbira kulturali Valletta 2018 nhar is sibt li ġej.
Il-ħinijiet li fih se janimaw huma: fis-7, fit-8, fid-9, fl-10 u fil-11 ta’ filgħaxija.
Il-Kor se jkun fi Pjazza San Ġwann b’mużika oriġinali ta’ Elton Zarb u lirika ta Joe Julian Farrugia. Is-solisti se jkunu Glen Vella u Amber.
Dan il-kor li jidher fir-ritratt ġie ffurmat apposta minħabba l-avveniment ta’ Valletta bħala l-Belt Kapitali Ewropea tal-kultura.

Missierna li x’aktarx inti fis-smewwiet

Set jittella’ l-ewwel dramm Malti għal din is-sena fit-Teatru Manoel. Wara s-suċċess li l-awtur Simon Bartolo kiseb b’ Jiena nħobb, inti tħobb, kif ukoll Ħabbilni ħa nirbaħ, se jerġa’ jirritorna b’xogħol ġdid u kontroversjali għall-aħħar.

Is-suġġett trattat se jkun l-abbuż sesswali. Suċċess garantit ieħor mingħand l-Istaġun Teatru Malti. Ser tittella’ fil-15, 16, 17 u fit-18 ta’ Frar li ġej.

Int dilettant?

Tistgħaġbux…u din is-sena iżjed tistagħġbux…għax iż-żmien itir u iva avolja għadu kif kien il-Milied, minħabba li ħafna festi se jiġu ċċelebrati kmieni, ħafna huma dawk li bħalissa anke f’dan il-ħin tal-lejl (22.58)  jibdew jintasbu fl-imħażen iħitu jew jaraw x’għandhom mis-sena li ghaddiet. Avolja jmiss il-karnival qabel.

Nirreferu għad-dilettanti tal-Ġimgħa Mqaddsa għax tajjeb li wieħed jiftakar li apparti l-iskop reliġjuż, din il-festa hija marbuta ħafna mat-tradizzjonijiet minsuġa fil-karattru Malti. Maż-żmien din evolviet u bdiet tinkludi pageants li jsiru f’diversi rħula li saru popolari mmens u l-poplu jkun jistenniehom. Dawn jitqiesu bħala tradizzjonijiet ġodda ta’ żmienna.

Aqra aktar

Approvat ir-restawr tal-loġġa ta’ Pinto f’Ħal Qormi

Il-Kummissjoni tal-Ippjanar tat permess biex isiru żewġ proġetti fil-lokalita’ ta’ Ħal Qormi; ir-restawr tal-loġġa ta’ Pinto fi Pjazza Narbona u ieħor ta’ tisbieħ fi Pjazza tal-Knisja ż-żghira ta’ San Bastjan.

Il-Loġġa ta’ Pinto tinsab biswit il-Knisja ta’ San Bastjan u kellha bżonn restawr immedjat. Inbniet oriġinrajment fl-1772 biex tfakkar il-31 sena minn meta Manuel Pinto de Fonseca sar Granmastru tal-Ordni. Din il-loġġa kienet tappartjeni għal dar akbar li kienet tinkludi wkoll l-istalel tal-Gran Mastru nnifsu. Il-kumpless kien ġie żviluppat bħala post għall-akkomodazzjoni soċjali fl-1981. Il-Leġġenda tgħid li l-gran Mastru kien ipoġġi f’din il-loġġa biex jistkenn mix-xemx waqt li jsewgi t-tlielaq taż-żwiemel.

Aqra aktar

Send this to a friend