Kultura – Page 50 – One News

Notifiki

Mary Rose Mallia tgħin lill-Malta Community Chest Fund bi tnedija ta’ album ġdid

Filwaqt li minn qalbi nawgura kull suċċess lill-kantanta Maryrose Mallia fl-okkażjoni tat-tnedija tal-album tagħha, nirringrazzjaha wkoll talli permezz tat-talent tagħha, hija għażlet li tkun ta’ għajnuna għall-Malta Community Chest Fund Foundation. Nagħtiha ħajr ukoll għall-viżibilita’ kontinwa li hi tagħti lil Malta u Għawdex tagħna lil’hinn minn xtutna

Dan kien il-kliem li l-Eċċellenza Tagħha il-President ta’ Malta Mary Louise Coleiro Preca kitbet fuq Facebook b’riferenza għall-kantanta Mary Rose Mallia li mhux talli nedit l-album ġdid tagħha iżda wkoll għaddiet lill-President ta’ Malta is-somma ta’ elf ewro biex imorru għall-Malta Community Chest Fund. Dawn il-flus inġabru minn bejgħ tas-CD single Crystal Child li Maryrose ħarġet ftit taż-żmien ilu.

Is-CD single tinkludi tlett verżjoni ta’ din id-diska, bil-Malti, bl-Ingliż u bit-Taljan.

L-album il-ġdid ta’ Maryrose Mallia iġib proprju isimha u huwa maħruġ mid-dar tad-diski Taljan Crisler bi produzzjoni ta’ Michele Centonza. Jinkludi fih disa diski ġodda fosthom Share the Love li hu dwett ma’ Renato.

Ma jonqsux il-kollaborazzjoni ma’ għadd ta’ kompożituri u mużiċisti Maltin bħal Domnic Galea u Paul Abela. Dan l-album jinsab mill-ħanut ta’ D’Amato.

F’dawn il-ġranet Maryrose nediet ukoll il-paġna facebook tagħha li appuntu iġġib isimha, Maryrose Mallia

La Semana Santa de Espana fl-Imqabba

La Semana Santa de España f’Mqabba qed issir fi 3 swali fi ħdan il-każin tal-Banda San Marija u King George V, li jinsab fil-pjazza tal-Knisja Parrokkjali tal-Imqabba.

Il-wirja ssir bejn it-18 ta’ Marzu u l-1 ta’ April. Id-dħul huwa b’xejn.

Aqra aktar

Poeżija siekta f’Ħal Għargħur

Ta’ kull sena Dwal Ġodda titwaħħad mal-purċissjoni tradizzjonali tal-Ġimgħa l-Kbira li f’Ħal Għargħur sseħħ f’Ħadd il-Palm. Din hija produzzjoni li kull sena tinbidel għal kollox.

Din is-sena se ssir fil-25 ta’ Marzu 2018.

It-Tlieta 20 ta’ Marzu, fis-sitta u nofs, qabel il-premier tal-produzzjoni, se titella’ taħdita teatrali b’kollaborazzjoni tal-Friends of the Manoel u School of Performing Arts mill-Università ta’ Malta fejn Prof. Vicki Ann Cremona u Dr. Marco Galea se jitkellmu fuq l-istorja tal-Ġimgħa l-Kbira f’Malta.

Għal iżjed informazzjoni żuru: www.facebook.com/dwalgoddatheatre/

Magna taż-żmien – Il-magna ta’ memorji meraviljużi

Magna Żmien – Il-Magna ta’ Memorji Meraviljużi, huwa proġett li ġie mniedi riċentament bħala parti mill-Programm Kulturali ta’ Valletta 2018. Il-proġett joħloq opportunità unika sabiex wieħed jiġbor, jiddiġitizza u jaċċessa stejjer u memorji antiki li qed jintesew, u li jinsabu merfugħin f’kollezzjonijiet personali awdjoviżivi li jinsabu fid-djar tal-Maltin.

Aqra aktar

Mill-arkivji ta’ Bormla…tifkiriet sbieħ

Kos hux?! Toqgħod taħseb…min jaf in-nies fl-imgħoddi ħasbux kif se jinbidlu d-drawwiet, il-karatteristiċi ta’ pajjiżna u l-mod li naħsbu bih maż-żmien.

Huwa ħsieb ukoll preżenti tista’ tgħid għax jekk toqgħod taħseb; min jaf kif għad irid jinbidel iżjed madwarna?!

Il-bniedem jiġi u jmur u warajh iħalli l-marka tiegħu; jista’ jkun b’xi monument, ġrajja jew tradizzjoni.

U għalhekk huwa sabiħ li ngħożżu dak li għandna għax irridu niftakru li l-ħajja hija ċiklu u ż-żmien itir.

Ritratt li juri Triq il-Gendus li kienet msejħa Strada Toro f’Bormla juri ammont ta’ nies jitkellmu barra u tfal jilgħabu. Illum il-mument huwa mod ieħor; it-tfal ma jilgħabux barra iżda jilgħabu b’mod solitarju għax it-teknoloġija rebħet. Ma jfissirx li huwa ħażin għal kollox għax fejn hemm bilanċ, hemm l-hena.

L-iskop huwa li nfakkru l-passat b’mod nostalġiku u nsellmu lil ta’ qabilna. Min jaf…għad isellmu lilna wkoll.

Poeżiji Maltin tradotti f’films għall-ewwel darba

Ir-reġistrazzjoni għas-seminar organizzat b’rabta mal-proġett Poetry on Film mill-Fondazzjoni Valletta 2018 Foundation u Inzjamed issa miftuħ. Il-proġett jaqbad poeżiji ta’ poeti Maltin u jittraduċihom f’films li jidhru għall-ewwel darba waqt il-Festival Mediterranju tal-Letteratura ta’ Malta.

Is-seminar li se jittella’ ġewwa Studio Solipsis, ir-Rabat, nhar l-24 ta’ Marzu mit-9am sa 12pm, jintroduċi diretturi u artisti mill-qasam tal-film għall-poeżiji ta’ din is-sena. Is-seminar jibda b’introduzzjoni għall-Festival minn Dr Adrian Grima u wara jkun hemm qari mill-qrib tal-poeżiji minn Dr Immanuel Mifsud segwit minn diskussjoni. Matul is-seminar jintwerew ukoll films tal-poeżija lokali u barranin, fosthom il-films li nħadmu s-sena li għaddiet minn Nicky Aqulina/Lyanne Mifsud u Trevor Borg li se jkunu preżenti u jitkellmu dwar il-films ukoll. Il-parteċipazzjoni hi bla ħlas u b’reġistrazzoni hawnhekk sat-23 ta’ Marzu.

Aqra aktar

Iż-Żejtun Barokk – mixja kulturali minn Wirt iż-Żejtun

Nhar it-Tnejn 19 ta’ Marzu, festa pubblika, Wirt iż-Żejtun ser torganizza mixja kulturali fiċ-ċentru taż-Żejtun, bit-tema – Iż-Żejtun Barrokk.

Din il-mixja ser tibda minn Misraħ Carlo Diacono fid-9:30 ta’ filgħodu fejn matula ser naraw kif żviluppa ċentru taż-Żejtun matul is-seklu 18. Bħala parti mill-mixja se nkunu wkoll qed inżuru il-Knisja Parrokkjali ta’ Santa Katarina.

Għal aktar informazzjoni u booking idħol https://wirtizzejtun.com/2018/03/09/events-iz-zejtun-barokk/

Għawdex imżejjen anke għall-Għid il-Kbir

Jekk tlajtu Għawdex f’dawn il-jiem żgur li nnutajtu numru ta’ roundabouts imzejnin għall-Għid il-kbir b’simboli marbuta ma’ dawn iż-żminijiet.

Attrazzjoni bi ħsieb ta’ riflessjoni kif ukoll awgurju għall-akbar festa kattolika, li verament jiġbdu l-attenzjoni u fl-aħħar mill-aħħar ifakkru wkoll karatteristika Għawdxija; dik reliġjuża u tradizzjonali.

Dan ix-xogħol sar fuq inizjattiva tal-Ministeru għal Għawdex.

Lignum Crucis – L-Għuda tas-Salib mis-Soċjetà Filarmonika Leone

Is-Soċjetà Filarmonika Leone, bħal kull sena, qed ittella’ serata ta’ mużika u riflessjonijiet ftit qabel il-bidu tal-Ġimgħa Mqaddsa. Din is-serata se tkun qed tiffoka fuq l-għuda tas-Salib ta’ Sidna Ġesu’ Kristu, b’hekk l-isem Lignum Crucis. Din it-tema ġiet ispirata mir-relikwa tas-salib, meqjuma fil-Katidral t’Għawdex; fl-istess post fejn se tittella’ din is-serata.

Il-Banda Ċittadina Leone, taħt id-direzzjoni tas-Surmast Direttur tagħha Colin Attard, se tkun qed ittella’ programm mużikali magħmul minn siltiet varji tal-aktar kompożituri rinomati. Dan se jkun amalgamat ma’ riflessjonijiet rigward is-Salib li fuqu Kristu ta’ ħajtu, bi preparazzjoni għall-Ġimgħa Mqaddsa. Diversi elementi oħrajn se jkunu nkorporati f’din is-serata spiritwali.

Din is-serata se tittella’ nhar il-Ħadd 18 ta’ Marzu 2018, fit-8PM (lejliet festa pubblika). Id-dħul ikun b’xejn, fejn riservazzjoni ta’ siġġijiet jistgħu isiru fuq [email protected], 99130694 jew 79001989.

Send this to a friend