Kultura – Page 49 – One News

Notifiki

It-12-il International Spring Orchestra Festival

Għat-tnax-il edizzjoni tiegħu, l-International Spring Orchestra Festival ingħaqad flimkien ma’ Festivals Malta u mal-Fondazzjoni Valletta 2018.  L-ISO Festival, imsemmi u rinomat f’diversi oqsma, ser jibda fis-6 ta’ April 2018 permezz tat-tnedija ta’ disat ijiem bi prestazzjonijiet ta’ kwalità għolja tal- mużika klassika li jinkludu artisti ewlenin internazzjonali u Maltin.

Din is-sena ser ikun hemm ismijiet ta’ fama mondjali bħall-pjanist Spanjol Bask Joaquín Achúcarro, u l-kantanti tal-opra Mariinsky u ta’ San Pietruburgu Yuri Vlasov u Larisa Paminova, u l-konduttur Brian Schembri.  Artisti magħrufa oħra jinkludu l-pjanisti Franċiżi Roland Conil u Véronique Muzy, il-vjolinist Ġermaniż Hans-Peter Hoffman, il-kompożitur Taljan Dimistri Scarlato, l-Ungeriżi Somogyi String Quartet, il-European Union Chamber Orchestra, l-Aquilon Trio u t-Tyresias Ensemble minn Londra, u l-Baltic Neopolis Virtuosi mill-Polonja.  B’kollox ser isiru disa’ kunċerti fit-Teatru Manoel, fil-Mużew Nazzjonali tal-Arkeoloġija, fi Pjazza Teatru Rjal, u fis-Soċjetà Maltija tal-Arti (Palazzo De La Salle) – bil-parteċipazzjoni ta’ solisti, ensembles, u orkestri, li ser ikunu qed jinterpretaw firxa wiesgħa ta’ xogħlijiet minn Beethoven u r-Romantiċi,  sa Bartok, Stravinsky u mużika kontemporanja.

Aqra aktar

Esperjenza l-Ġimgħa l-Kbira fiż-Żurrieq

Matul dawn l-aħħar snin, iż-żmien tal-Ġimgħa Mqaddsa qed ikun iċċelebrat b’mod speċjali mis-Soċjeta’ Mużikali Santa Katarina V.M.

L-attivitajiet għaż-żmien tal-Ġimgħa l-Kbira organizzati mis-Soċjetà Mużikali Santa Katarina V.M. A.D. 1864 se jiftħu nhar il-Ħamis 22 ta’ Marzu 2018 permezz ta’ Kunċert ta’ Mużika Sagra li se jkun organizzat flimkien mal-Arċipriet u l-Kleru tal-Parroċċa Santa KatarinaV.M. fil-Knisja ta’ Santa Marija f’Bubaqra, iż-Żurrieq.

Tieħu sehem il-Banda Santa Katarina V.M. taħt id-direzzjoni tas-Surmast Josef Grech u l-kor Cappella Musicale
Caeciliana dirett minn Rev. Mro. Abraham D’Amato S.TH.L.

In-narratriċi se tkun Catherine Portelli filwaqt li l-preżentatriċi se tkun Anna Maria Gatt.

Aqra aktar

Id-Duluri tal-Mosta nbidlet fl-1918

L-ewwel purċissjoni fil-Mosta ħarġet fl-1866, jiġifieri ftit snin wara li tlesta l-bini tal-Knisja.

Kien ċertu Girgor, sagristan tal-Mosta li ħabrek biex isiru l-vari. Sal-1866 il-Mosta kellha żewġ vari: dik tal-Ort u l-marbut. Il-Monument sar fl-1924.

Is-sett tal-Mosta huwa uniku għaliex 9 minn 6 vari kienu saru mill-istess artist, jiġifieri Karlu Darmanin. Id-Duluri kienet inbidlet fl-1918 minħabba li kienet tinħass żgħira mal-kumplament tas-sett.

 

Ara: Santa Venera bil-wirjiet tal-Ġimgħa Mqaddsa sa mill-1985

Waħda mill-attivitajiet prinċipali li jorganizza l-Kumitat Festi Esterni Santa Venera hija l-wirja marbuta ma’ żmien il-Ġimgħa l-Kbira. Din il-wirja l-Kumitat ilu jorganizzaha sa mis-sena 1985 u kull sena jkun hemm varjazzjoni f’dak li jiġi esebit.

Din is-sena ser tikkonċentra fuq xogħlijiet ta’ minjaturi ta’ statwi li nħadmu minn artisti differenti – kemm Maltin kif ukoll barranin. Fost l-esebiti li ser naraw din is-sena nsibu dawk li huma x’aktarx il-buzzetti tal-figuri tad-Duluri u San Ġwann xogħol ta’ Karlu Darmanin, li nsibu fil-vara l-kbira fil-parroċċa ta’ San Ġorġ Ħal Qormi. Ser insibu ukoll il-buzzett tal-vara ta’ Marija Addolorata meqjuma fil-knisja Parrokkjali ta’ Santa Venera, xogħol ta’ Alfred Camilleri Cauchi.

Aqra aktar

Id-Dawl tal-Fidwa f’Ta’ Sannat

Il-Kunsill Lokali flimkien mal-Għaqda Drammatika Sannat tippreżenta dramm bibliku bl-isem Id-Dawl tal-Fidwa.

Fuq kitba ta’ Sunny Scicluna, dan id-dramm se jsir nhar il-Ħadd 18 ta’ Marzu 2018 fi Triq il-Gruwa Ta’ Sannat mis-7.00pm ‘il quddiem.

Fejn taħseb li hu dan il-post?

Kos hux…dan ir-ritratt juri meta l-mument kien forsi aktar apprezzat u wieħed ma kienx ikollu ġenn biex jara x’se jagħmel fil-minuta li jmiss.

Ġaladarba ma kienx kmieni filgħodu, għaliex filgħodu kien ifisser ħidma mmedjata fl-għelieqi qalb il-bhejjem u dan kien ifisser li tkun produttiv u bla telf ta’ ħin. Ovvjament dan kien isir biex titgħajjex familja.

Jidhru nisa lebsin l-għonella u l-irġiel Maltin għandhom ilbies li llum jitqies tradizzjonali u forsi narawh f’xi attivita folkloristika fejn ikun hemm it-turisti.

Imma bħal donnu kull ħin kien hemm waqtu…Illum sirna napprezzawh il-mument?

Ikkumenta fejn taħseb li hu dan il-post.

Redemptor Mundi mill-Banda Peace tan-Naxxar

Il-Banda Peace tan-Naxxar tippreżenta kunċert funebru nhar l-Erbgħa li ġej 21 ta’ Marzu fis-sala Marija Bambina tal-istess sede.

Il-kunċert jibda fis-7.30pm fejn se jindaqqu selezjoni ta’ marċi minn librett ġdid li ser jiżżanżan fil-purċissjoni ta’ din is-sena.

Aqra aktar

Ara: Fotografija dwar l-abitat naturali esebiti fiċ-Ċittadella

Ir-ritratti rebbieħa tal-kompetizzjoni fotografika dwar l-abitat naturali organizzata minn Heritage Malta se jkunu esebiti wkoll f’Għawdex fl-uffiċċju tal-aġenzija fiċ-Ċittadella.

Il-kompetizzjoni kienet miftuħa għal tliet kategoriji, Flora, Fawna u Baħar. Minbarra li ntgħażlu tliet ritratti rebbieħa f’kull kategorija, intgħażel ukoll l-aħjar ritratt minn fost l-għaxar finalisti. It-tliet ritratti rebbieħa kif ukoll is-sitt ritratti li kklassifikaw fit-tieni post f’kull kategorija kienu għall-wiri fil-Mużew Nazzjonali tal-Istorja Naturali.

Issa se jkunu esebiti wkoll fl-uffiċċju ta’ Heritage Malta fiċ-Ċittadella bejn l-20 ta’ Marzu u t-30 t’April. Heritage Malta spiss tirrepeti attivitajiet f’Għawdex sabiex iżżid l-aċċessibbiltà għall-kollezzjonijiet. Il-wirja se tkun miftuħa mit-Tnejn sal-Ġimgħa bejn id-9.00am u l-4.00pm. Id-dħul huwa b’xejn.

Aqra aktar

Send this to a friend