Kultura – Page 46 – One News

Notifiki

L-Imdina Medieval Festival – Titilfuhiex

Nhar is-Sibt 5 u l-Ħadd 6 Mejju, 2018, l-Imdina għandha terġa’ tieħu l-ħajja għall-Imdina Medevial Festival organizzata mill-Kunsill Lokali Mdina li din is-sena qed tiċċelebra l-10 anniversarju tagħha. Matul dawn il-jumejn, il-viżitaturi se jkollhom l-opportunità jgawdu minn gruppi lokali u barranin ta’ mużika medjevali, sbandieratori, illużinisti, maġija medjevali, falkunerija, għasafar tal-priża, lectures, kunċerti, suq medjevali, kċina medjevali u attivitajiet għat-tfal.

Aqra aktar

L-ewwel tour nazzjonali minn ŻfinMalta

Rekord ta’ 650 żeffien professjonali minn 25 pajjiż differenti qed jaspiraw li jingħaqdu mal-ewwel kumpanija nazzjonali taż-żfin Maltija: ŻfinMalta.

Id-direttur artistiku Paolo Mangiola sostna li kellu mumenti iebsin biex ikun jista’ jnaqqas il-lista tal-applikanti għal 50 mara u 30 raġel fejn qal li se tkompli tkun iżjed diffiċli meta se jiġi għall-għażla finali wara auditions li se jsiru.

6 żeffiena biss minn 650 kienu Maltin. Dan juri li hawn bżonn urġenti li tiżdied din il-vokazzjoni fejn il-Maltin jiġu nkoraġġuti jitgħallmu din il-passjoni sabiħa.

Il-kumpanija ŻfinMalta se tkun qed tagħmel l-ewwel tour nazzjonali Carmen f’ erba’ villaġġi madwar Malta u Għawdex; jibdew min-nhar il-Ġimgħa 13 ta’ April fl-Auditorium ta’ Santa Agatha fir-Rabat, fil-21 ta’ April fit-Teatru Pandora fiż-Żejtun u fit-30 ra’ April u fl-1 ta’ Mejju fit-Teatru Astra fir-Rabat Għawdex.

Għal aktar informazzjoni żuru: http://zfinmalta.org jew ċemplu fuq 2099 4532.

 

Poeżija, Jazz u tazza nbid

Għal kważi ħamsin sena Victor Fenech ilu wieħed mill-poeti ewlenin ta’ pajjiżna. Mhux biss huwa poeta ta’ ħiliet lingwistiċi mill-aqwa, imma wkoll innovatur, li fost oħrajn introduċa l-poeproża fil-letteratura Maltija. Is-sena li għaddiet huwa ingħata rikonoxximent mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb għall-kontribut uniku tiegħu fil-letteratura ta’ pajjiżna.

Aqra aktar

Għamluhielek il-quċċija?

Waħda mill-ħafna tradizzjonijiet Maltin interessanti u li għadha popolari sal-lum hija magħrufa bħala l-quċċija.

Din it-tradizzjoni bdiet tiġi pprattikata f’Malta mis-seklu 18, u tista’ tgħid li baqgħet popolari sal-lum il-ġurnata. L-idea wara din it-tradizzjoni hija li tipprevedi l-karriera jew l-istil ta’ ħajja futura ta’ tarbija. Ovvjament dan dejjem fuq kumbinazzjonijiet għaliex dak li hemm miktub għalina, ma jafu ħadd mhux hekk?

Aqra aktar

Ara tagħrafx lil xi ħadd – x’aktarx kien waqt funeral

Ġmiel ta’ ritratti antiki spiss qed ikunu jiċċirkolaw fuq facebook li mhux bilfors juru xeni imma juru anke nies li llum il-ġurnata ħallewna.

Dawn ukoll nistgħu nsejħulhom ġmiel ta’ ritratti għal bosta raġunijiet. Wara kollox huwa ġmiel li terġa tara membri tal-familja mill-passat li llum m’għadhomx magħna.

Aqra aktar

Fjuri madwar il-wiċċ ta’ Kristu fl-Imsida

Għadd ta’ fjuri kkuluriti magħmulin mill-karti tpoġġew b’tali mod li ġie ffurmat disinn sabiħ madwar wiċċ ta’ Kristu Redentur.

Din l-opra artistika saret fuq iz-zuntier tal-Knisja ta’ San Ġużepp fl-Imsida.

Din saret mill-Kummissjoni Armar u Proġetti fi ħdan l-Għaqda Melita, Banda San Ġużepp. Id-disinn juri l-bust tal-Ecce Homo.

Send this to a friend