Kultura – Page 43 – One News

Notifiki

Red Electrik f’Bormla

Fit-26 ta’ Lulju inagħqdu magħna fit-Triq Santa Tereza f’Bormla (fuq il-klabb tar-regatta) flimkien mal-ħbieb u l-familji tagħkhom mit-8pm il quddiem. Lejla Maltija mimlija divertiment u ikel mill-aqwa!

Tickets jistaghu jinxtraw minn għand il-Benbow Kiosk Bormla kif ukoll tistghu ċċemplu fuq 99045859/ 99604820/ 99865523.

Tickets €15 inkluz l-ikel.

Tfal taht l-10 snin jidhlu b’xejn kif ukoll ha kun hemm ikel speċjali għalihom.

Studenti jingħataw ċans jaħdmu ma’ professjonisti fil-qasam kulturali

 

Heritage Malta u l-Kulleġġ Malti tal-Arti, Xjenza u Teknoloġija (MCAST) qegħdin jagħtu opportunitá lill-istudenti li jattendu fil-kors tal-Advanced Diploma in Cultural Heritage Skills jikbsu esperjenza ta’ xogħol bħala parti mill-iskema tal-apprentistat.

Din il-kollaborazzjoni tifforma parti minn ftehim bejn iż-żewġ entitajiet bil-għan li tissaħħaħ ir-relazzjoni ta’ kollaborazzjoni bejniethom kif ukoll biex issaħħaħ l-għarfien tal-istudent fil-wirt kulturali.

Il-kors tal-Advanced Diploma in Cultural Heritage Skills offrut mill-Istitut tal-Arti Kreattiva fi ħdan l-MCAST jindirizza n-nuqqasijiet fil-ħiliet fis-settur tal-wirt kulturali. Skond is-suġġett magħżul, l-istudent jikseb għarfien, ħiliet u kompetenzi biex jikkollabora ma’ professjonisti fil-qasam kulturali. La darba jiggradwaw l-istudenti jsibu impjieg fil-qasam kulturali bħala l-persuni ewlenin fil-ħarsien tal-wirt kulturali.

Aqra aktar

Dħul imraħħas fit-Tempji ta’ Ħal Tarxien nhar il-Ħadd li ġej

Fl-okkażjoni ta’ Jum Tarxien, nhar il-Ħadd li ġej Heritage Malta se tkun qegħda tiftaħ it-Tempji ta’ Ħal Tarxien bi prezz imraħħas.

Il-kumpless tat-Tempji ta’ Ħal Tarxien, li jifforma parti mil-lista tal-Wirt Dinji tal-UNESCO, huwa kompost minn erba’ tempji. L-erba’ strutturi megalitiċi inbnew fin-Neolitiku (bejn it-3600 u l-2500 sena QK) u reġgħu intużaw fil-perjodu tal-Bronż (bejn l-2400 u l-1500 sena QK). L-eqdem tempju f’dan is-sit huwa dak li jinsab fit-tarf tan-naħa tal-lvant u nbena bejn it-3600 u t-3200 sena QK. It-Tempju fin-nofsinhar huwa l-aktar dekorat bi xbiegħat ta’ annimali u spirali mnaqqxa fil-ġebel. It-Tempju tan-nofs jispikka minħabba l-pjan uniku tiegħu kompost minn sitt ikmamar f’forma ta’ nofs ċirku.Aqra aktar

Iġġudika l-inbid… Kompetizzjoni tal-Inbid bla ħlas fiż-Żejtun

Il-Kunsill Lokali taż-Żejtun se jkun qed jagħti opportunità mill-isbaħ lill-għassara billi se jkun qed jorganizza s-sittax-il edizzjoni tal-Kompetizzjoni tal-Inbid nhar il-Ħamis, 5 ta’ Lulju, 2018, fi Ġnien l-Għannejja Żwieten (Ta’ San Girgor) mis-7:30 p.m. ‘il quddiem waqt lejla mużiko-letterarja, Lejla għall-Eroj.

Il-kompetizzjoni se tkun maqsuma fi tlett kategoriji; inbid aħmar, abjad u rosè. L-inbid se jkun qed jiġi ġġudikat minn ġurija esperta fuq iċ-ċarezza, il-kulur, ir-riħa, u l-palatt. Din hi opportunità għal dawk li jixtiequ li l-inbid tagħhom jiġi ġġudikat biex ikun jista’ jitjieb.

Kull reġistrazzjoni għal din il-kompetizzjoni hi bla ħlas u tista’ tapplika mill-uffiċċju tal-Kunsill Lokali taż-Żejtun, Triq Sant’ Anġlu, iż-Żejtun jew minn fuq is-sit tal-Kunsill Lokali www.zejtunlocalcouncil.com. L-inbid irid jasal sa mhux aktar tard mill-Erbgħa, 4 ta’ Lulju, 2018 u l-kompetizzjoni hi miftuħa għall-Maltin u l-Għawdxin kollha.Aqra aktar

Il-Festa tal-Imnarja fil-Buskett

Ġimgħa ‘l bogħod mill-Festa tal-Imnarja,  fil-Buskett għaddejjin fl-aqwa tagħhom il-preparamenti għal din il-festa tradizzjonali.

Il-Fest tal-Imnarja se tiġi iċċelebrata bejn l-Ħamis u l-Ġimgħa tal-ġimgħa d-dieħla. Il-Buskett jinbidel f’villaġġ agrikolu fejn l-bdiewa u r-raħħala jingħataw l-opportunità li jesebixu l-frott u l-ħxejjex tagħhom.

Filfatt, Anna Zahra li ilha snin taħdem ir-raba’ spjegat kif l-Imnarja hija festa ta’ ċelebrazzjoni ta’ dak kollu li huwa prodott malti.

Aqra aktar

Kun parti minn Mewġa Mużika!

Il-Fondazzjoni Valletta 2018 qed toħloq Orkestra kbira kommunitarja biex tagħti prestazzjoni finali fid-9 ta’ Settembru 2018.

Bil-proġett Mewġa Mużika, li huwa parti mill-programm Kulturali ta’ Valletta 2018, diversi komunitajiet qed jieħdu sehem f’workshops intensivi mal-Maestro ta’ Ondamarela, u Tim Steiner. Dan huwa proġett mużikali interattiv ikkummissjonat mill-grupp Portugiż Ondamarela. Bħala proġett li għandu l-għeruq tiegħu fil-kooperazzjoni u l-kollaborazzjoni, jipproponi l-ħolqien ta’ rappreżentazzjoni mużikali pubblika li tibni s-solidarjetà permezz tal-mużika.

Aqra aktar

Send this to a friend